Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724
"OQOGĦDU attenti f 'liema gyms tibagħtu t-tfal tagħkom jitħarrġu. Qabel taslu għad- deċiżjoni finali għamlu r-riċerka tagħkom." Dan kien l-appell ta' Edwin Micallef f 'isem il-Malta Boxing Association li f 'intervista qasira mal-gazzetta ILLUM saħaq fuq il-bżonn ta' aktar infurzar fil-konfront ta' dawk li jabbużaw minn sustanzi illeċiti fl-isport tal- Boxing. "Il-problema mhix limitata biss għall-boxing, iżda f 'dan tal-aħħar hi kbira. L-isteroids qed jinxtraw min fuq l-idejn u diversi atleti qed jittaqqbu fil-gyms fejn jattendu wkoll numru ta' tfal. Tlifna l-kontroll," sostna Micallef. Il-ġimgħa l-oħra din il- gazzetta żvelat operazzjoni sħiħa ta' laboratorji illegali ta' steroids f 'Malta li qed jipproduċu u jbigħu dawn id-drogi għal €35 d-doża u saħansitra esportati lejn pajjiżi bħal Ċipru, il-Ġermanja u l-Italja. Micallef, li huwa wkoll il-konsulent tekniku għall- MBA jiżvela s-sitwazzjoni preokkupanti ta' ċertu gyms li qed jitmexxew minn persuni li attwalment jinsabu sospiżi minħabba li kisru r-regoli tad- doping. "Fl-aħħar ħames snin, l-MBA issospendiet sitt atleti fuq l-użu ta' dawn l-isteroids. Minkejja dan ftit huma s-sospensjonijiet li qed jiġu onorati. Suppost l-atleti li jinqabdu bid- doping ma jistgħux joffru taħriġ lit-tfal. Din qiegħda miktuba iswed fuq abjad fis-sospensjoni. Minkejja dan kollu, din mhux qed tiġi inforzata. Hawn diversi gyms li qed jitmexxew minn dawn l-atleti sospiżi," saħaq Micallef. Skontu din hi ta' inkwiet kbir, hekk kif it-tfal qed jiġu introdotti f 'ambjent iddominat minn dawn id-drogi. "Jekk naraha jiena mhux se tagħmilli differenza iżda għal tifel t'età żgħira taf tkun influwenti ħafna. Neħħenja l-kunċett ta' dixxiplina," sostna l-konsulent tekniku tal-MBA. Iżda allura l-MBA ma tista' tagħmel xejn? Għaliex fid- dawl ta' din l-informazzjoni, l-Assoċjazzjoni ma tiħux passi? Fuq din Micallef kien pront jisħaq li, "l-MBA hi Assoċjazzjoni u mhux Awtorità u għalhekk is- sospensjonijiet, sorveljanza u azzjonijiet diretti kollha jridu jiġu mill-Għaqda Nazzjonali ta' Kontra d-Doping (NADO). Madanakollu, hu ilmenta li sorveljazzjoni u azzjonijiet diretti minn din l-għaqda f 'Malta ftit li xejn isiru. 'Jekk tkun gym onest ma tkampax' Mistoqsi mill-ILLUM fuq kif dawn id-drogi qed jiġu introdotti fil-gyms, Micallef irrakkonta kif il-kożmetika u dehra fiżika saret instrumentali fl-għażla taż-żgħażagħ. "Jiena kelli gym, u kien wieħed onest. Meta tkun onest ma tkampax, meta jkollok gym jaħdem 'bl- imbarazz' timxi." Dan għaliex skontu, "ikollok ftit persuni li jiġu għaliex verament iħobbu l-isport u ħafna oħrajn li jfittxu l-isport għad-dehra u kożmetika. Dawn tal-aħħar, ħafna drabi ma jkollhomx paċenzja u allura meta jsibu gym li joffri dawn id-drogi malajr jibdew jaraw ir-riżultati." Skont Micallef, "dawn il- gyms li joffru drogi illegali li jsebbħuk f 'qasir żmien u li huma ta' periklu kbir għas- saħħa tal-bniedem qed joħolqu stampa falza għall-isport." L-użu ta' steroids speċjalment dawk immanifatturati fil- black market huma ta' periklu kbir għas-saħħa tal-bniedem. Marbut ma' dawn id-drogi hemm relatati lista twila ta' effetti sekondarji fosthom, problemi fil-kliewi, riskju ta' kanċer, dipressjoni, ansjetà, acne, telf tax-xagħar, pressjoni tad-demm għolja, aggressività u rata ta' qalb mgħaġġla. 3 Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 | illum Aħbarijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "Jiena kelli gym, u kien wieħed onest. Meta tkun onest ma tkampax, meta jkollok gym jaħdem 'bl- imbarazz' timxi" Wara li l-ġimgħa l-oħra din il-gazzetta żvelat l-operazzjoni ta' laboratorji illegali li qed jipproduċi steroids illegali, konsulent ewlieni -isport tal-boxing f'Malta jwissi u jappella għal aktar infurzar u dixxiplina Edwin Micallef: Konsulent Tekniku fi ħdan il-Malta Boxing Association (MBA) 'Oqogħdu attenti f 'liema gyms tibagħtu t-tfal tagħkom' Xi żvelajna l-ġimgħa l-oħra? Bħal-lum ġimgħa din il- gazzetta żvelat l-operazzjoni ta' diversi laboratorji illegali li qed jimmanifatturaw steroids anaboliċi illegali sabiex jintużaw mill-atleti. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta spjegaw fid-dettall li l-aktar drogi komuni huma: Sustanon, Nandrolone Decatonate, Trenbolone Acetate u Testosterona Cyponate. Dawn qed jiġu mmanifatturati f 'laboratorji illegali u mibjugħa f 'dożi ta' 10ml għall-prezz ta' €35. Apparti minn hekk, is-suq għal dawn id-drogi tant huwa kbir li apparti li jinbiegħu f 'Malta, dawn qed ikunu wkoll esportati f 'pajjiżi barra minn xtutna b'servizz ta' courier express fosthom lejn Sqallija, il-Ġermanja u Ċipru. Il-bejgħ u l-użu ta' dawn id-drogi mingħajr riċetta tat- tabib jew liċenzja neċessarja hu illegali u jġorr miegħu piena ta' ħabs. Madanakollu sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta kienu spjegaw li l-użu ta' steroids illegali fl-isports hi prassi komuni f 'Malta u li l-awtoritajiet idawru wiċċhom għal dawn l-operazzjonijiet illeċiti għax ma jqisuhomx fl- istess livell ta' drogi oħrajn.