Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 NICOLE Sciberras - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin fejn fil- jiem li għaddew ingħaqdet mal-ġganti Taljani ta' Juventus. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Inħossni vera fortunata li għandi ċ-ċans ngħix din l-esperjenza kif ukoll sodisfatta li s-sagrifiċċju li qed nagħmel, dak li ngħix 'il bogħod mill-familja, qed ipatti b'mod pożittiv. Huwa unur kbir li nirrappreżenta lil dan il-klabb prestiġjuż u nemmen li f 'din l-istruttura professjonali ta' Juventus, ħa nkompli nikber fil-logħba tal-futbol. Ninsab eċitata ħafna għall-kampjonat li ġej! Il-karriera tiegħi ta' futboler bdiet meta skoprejt il-futbol ta' disa' snin. L-interess biex nibda nitgħallem dan l-isport kienet sorpriża għall- ġenituri tiegħi għaliex ħadd ma kien jilgħab jew isegwi l-futbol fil-familja tiegħi. L-imħabba għal dan l-isport baqgħet tikber u ngħaqadt mal-klabb tal-Mosta. Wara ftit żmien ingħaqadt ukoll mal-akkademja nazzjonali tat-tfajliet ta' taħt it-13–il sena. Minn hemm il-futbol ma baqax biss mezz ta' pjaċir imma kien sar prijorità f 'ħajti u kont nara kif nagħmel biex nitjieb f 'kull sessjoni ta' taħriġ li kelli. Fl-2011 applikajt biex nidħol fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport u wara proċess twil sirt naf li kont aċċettata. Għalkemm kont ftit imdejqa li kont se nitlaq il-ħbieb li kelli mill-Primarja kont naf li din l-opportunità ma stajtx nitlifha. Kont nitħarreġ kuljum, filgħodu l-iskola u filgħaxija mal-klabb. Il-fatt li kont nitħarreġ mas-subien u darbtejn kuljum ħalliet impatt kbir fuq it-titjib tiegħi bħala plejer. Dawn il-ħames snin f 'din l-iskola kienu jirrikjedu sagrifiċċju u impenn kbir sabiex immur tajjeb kemm fl-isport kif ukoll fl-iskola u kieku żgur m'iniex qiegħda fejn qiegħda bħalissa mingħajrha u mingħajr id-determinazzjoni u l-persistenza tas-Surmast George Micallef. Matul dawn is-snin irrappreżentajt lil pajjiżna kemm-il darba fi friendlies internazzjonali kif ukoll f 'tournaments prestiġjużi mat-tim tat-tfajliet ta' taħt is- 17-il sena: darbtejn fil-UEFA European Qualifiers tal-2016 u l- 2017, darbtejn fil-UEFA development tournament fl- 2016 u l-2017 u matul is-sena li għaddiet ħadna sehem ukoll fil-UEFA Qualifiers ta' taħt id- 19-il sena. Inħossni fortunata li lgħabt kontra timijiet kbar bħat-tim tal-Italja ta' taħt is-17-il sena u t-tim Ingliż ta' taħt id-19-il sena. Inħossni wkoll onorata li ġejt mgħajta biex nirrappreżenta lil pajjiżna mat-tim tal-kbar fi friendlies internazzjonali u qed inħares 'il quddiem biex inkompli naħdem għal aktar. Fis-sajf tal-2017 iddeċidejt li nagħmel il-pass biex nitla' nilgħab barra minn Malta. Kont għadni kemm irċevejt ir-riżultati tal-O levels u b'riżultati pożittivi ddeċidejt li dan kien mument tajjeb biex immur għal xi trials. Wara trials pożittivi, ħadna d-deċiżjoni bħala familja li nqatta' l-istaġun tal- futbol l-Italja u minn hawn nirringrazzja lill-ġenituri talli ħallewni ngħix il-ħolma tiegħi. Ovvjament mhix esperjenza faċli tgħix waħdek 'il bogħod mill-familja u l-ħbieb u tidħol ġo ambjent ġdid, imma kont lesta nieħu dak ir-riskju u nagħmel is-sagrifiċċju biex ngħix il-ħolma tiegħi u nkompli ntejjeb lili nnifsi fil-futbol. Kont iffokata ħafna fuq il-futbol imma apparti hekk kont ukoll nistudja waħdi sabiex inġib l-A levels u l-intermediates. Wara sena pożittiva mat-tim tal- Grifone Gialloverde fis-Serie B iddeċidejt li nqatta' staġun ieħor magħhom din is-sena. Mingħajr l-appoġġ kontinwu tal-familja u l-ħbieb żgur m'iniex qiegħda fejn qiegħda llum. Ix-xewqa tiegħi bħala futboler hija li nilgħab f 'livell professjonali u li nkompli nagħmel ġieħ lil pajjiżi. Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 | illum 'Nemmen li ma' Juventus ħa nkompli nikber fil-logħba tal-futbol' Nicole Sciberras (lemin) Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019