Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 MIGUEL Ciantar - plejer ta' esperjenza wiesgħa fil-futbol lokali fejn bħalissa jinsab jilgħab ma' Tarxien Rainbows fejn qed iħares 'il quddiem u b'ottimiżmu għall-istaġun li ġej. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol kienet influwenzata minn missieri li wkoll kien plejer tal- futbol. Kien hu li wittieli t-triq minn età żgħira, sabiex il-passjoni tiegħu lejn il-futbol jgħaddiha lili. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Tarxien Rainbows? Nemmen li bħala staġun kien wieħed li spiċċa fuq nota pożittiva. Irnexxielna niksbu ħafna mill-punti fl-ewwel rawnd tal-logħob u għalhekk kienet iktar faċli li nsalvaw fil-Kampjonat Premier. Kien staġun li fih affaċċjajna ħafna ostakli iżda fl-aħħar mill-aħħar irnexxielna negħlbu dawn l-isfidi u b'hekk ilħaqna t-tragwardi tagħna. Fl-opinjoni tiegħi, kellna wkoll fejn niksbu aktar punti u ntejbu l-pożizzjoni tagħna fil-klassifika minħabba l-fatt li kellna grupp ta' plejers ta' livell tajjeb ħafna, flimkien mal-istaff tekniku, iżda ċerti riżultati ma ġewx favurina. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Naħseb li b'10 jew 12-il tim fil-Premier ikun wieħed ideali u nemmen ukoll li jkun kampjonat ibbilanċjat fejn kull tim jista' jirbaħ jew jitlef ma' kulħadd. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Din id-differenza ma narawhiex biss Malta imma wkoll f 'pajjiżi oħrajn. Dejjem ħa jkun hemm xi tip ta' differenza bejn dawk it-timijiet li qed jippruvaw jirbħu l-kampjonat u dawk li qed jiġġieldu għar- relegazzjoni. Id-differenza mhijiex biss fil-kwalità tal-plejers iżda wkoll il-faċilitajiet sportivi, il-faċilitajiet mediċi, il-kwalità tal-amministrazzjoni, il- professjonaliżmu u ħafna oħrajn. Però, fil-grawnd kollox jista' jiġri u kull tim kapaċi jikseb riżultati mhux dejjem mistennija. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Naħseb li l-Kampjonat Premier għandu jibqa' b'seba' barranin għaliex irridu nagħtu ċans u nappoġġjaw it-talent Malti sabiex jilagħbu fl-ogħla livell. Għalhekk nemmen li jekk tgħaddi din il-proposta ħa tkun diffiċli sabiex plejers promettenti Maltin jingħataw iċ-ċans u jtejbu l-livell tagħhom. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? F'Malta hawn ħafna barranin ta' livell għoli ħafna fejn żgur li qegħdin jagħtu spinta lill-futbol Malti. Iżda jien nemmen li din id- diskrepanza bejn il-plejers Maltin u dawk barranin għandha tinqata' u l-klabbs jagħtu importanza lill-kwalitajiet tattiċi u tekniċi li għandu bżonn it-tim, irrelevanti jekk il-plejer huwiex Malti jew barrani. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Il-faċilitajiet sportivi f 'Malta qegħdin jitjiebu wkoll, speċjalment l-Istadium Nazzjonali ta' Ta' Qali fejn il- ħaxix huwa ta' kwalità tajba ħafna li kull plejer żgur jieħu pjaċir jilgħab fuqu. Dawn id-dettalji żgħar kapaċi jaffettwaw il-livell tal-futbol Malti b'mod pożittiv. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun sa issa? Il-livell tar-referis f 'Malta wkoll qiegħed jogħla u nemmen li fl-aħħar staġun għamlu xogħol tajjeb ħafna. Madankollu, bħala Tarxien Rainbows dan l-istaġun batejna xi ftit jew wisq mid-deċiżjonijiet tar-referis f 'diversi partiti. Però, kulħadd huwa uman u żbalji jsiru minn kulħadd, għalhekk għandek taċċetta d-deċiżjonijiet fi spirtu sportiv. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji li jagħmel plejer tal-futbol huma ħafna. Plejer għandu jżomm dieta bbilanċjata u joqgħod attent x'jiekol u x'jixrob. Ukoll, permezz ta' taħriġ intensiv, il-ġisem ikun għajjien u għalhekk trid tkun kapaċi tirkupra fl-inqas ħin u bl-aħjar mod possibbli. Ħafna mill-ġranet trid tqattagħhom tistrieħ qabel xi logħba jew wara t-taħriġ waqt li sħabek ikunu qegħdin jiddevertu. Għall-plejers Maltin huwa wkoll sagrifiċċju li trid tlaħħaq max- xogħol flimkien mal-futbol u mhux dejjem hija faċli. Trid titħarreġ kuljum u f 'kull eventwalità ta' temp speċjalment f 'Malta fejn tagħmel ħafna sħana. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Jirnexxili nlaħħaq għaliex naħdem filgħodu bħala għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika u mbagħad filgħaxija mmur għat- taħriġ tal-futbol. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Bħalissa ninsab ferm kuntent li nifforma parti mill-klabb ta' Tarxien Rainbows u b'hekk nixtieq inkompli nagħti s-servizzi tiegħi lil dan il-klabb li laqagħni ħafna. Ninsab ferm ħerqan għall- istaġun li jmiss sabiex nibdew naħdmu flimkien u nilħqu t-tragwardi tagħna. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. L-iktar ħaġa importanti hija li tieħu pjaċir tilgħab il-logħba tal- futbol. L-element tal-pjaċir awtomatikament iġiegħlek tesprimi ruħek bl-aħjar mod possibbli fil-grawnd. Fatt ieħor indispensabbli huwa li tkun kapaċi taċċetta l-kritika kostruttiva u b'hekk taħdem iktar sabiex ittejjeb ċerti nuqqasijiet fil-logħba tiegħek. It-talent mhuwiex kollox, iżda trid dejjem tagħti l-mija fil-mija tal-abbilità tiegħek u titħarreġ iktar mill-oħrajn. illum Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 'It-talent mhuwiex kollox, iżda trid dejjem tagħti l-mija l-mija tiegħek' Garry Carr minn Cristian Antony Muscat Miguel Ciantar -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019