Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 Aħbarijiet 32 Minn Albert Gauci Cunningham ILKUMMISSARJU għall- Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ rapport li jgħid li ministri u d-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) m'għandhomx joħorġu stqarrijiet għall-istampa li mhumiex marbuta ma' materji uffiċjali jew li huma miktubin b'ton partiġġjan. Ir-rapport tal-Kummissarju George Hyzler jittratta dwar stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru għat-Turiżmu permezz tad-DOI fis-6 ta' Frar 2019. L-istqarrija qalet li l-Ministru Konrad Mizzi kien qiegħed jirtira numru ta' kawżi ta' libell li huwa kien fetaħ biex jikkontesta allegazzjonijiet kontra tiegħu dwar ħasil ta' flus, billi dawn l-allegazzjonijiet kienu diġà ġew iddikjarati bla bażi mill- qrati. Il-Kummissarju għall- Istandards ikkunsidra dan il- każ wara li rċieva ilment dwar l-istqarrija mingħand l-avukat Andrew Borg Cardona. Fir-rapport tiegħu, il- Kummissarju jasal għall- konklużjoni li l-istqarrija għall- istampa tittratta kwistjoni politika li toħroġ mill-interessi personali tal-Ministru Mizzi, u li mhijiex marbuta mad- dmirijiet uffiċjali tiegħu. "Il-Ministru Mizzi fetaħ il- kawżi ta' libell f 'ismu, u kieku ma rtirahomx u nqatgħu favur tiegħu kien jirbaħ id-danni hu personalment. Barra minn dan, l-istqarrija hija miktuba b'ton partiġġjan. Fost affarijiet oħra l-istqarrija takkuża membri tal-oppożizzjoni li nisġu xibka ta' qerq u li tefgħu t-tajn." Il-Kummissarju qal li hu tal-fehma li lingwaġġ bħal dan mhux xieraq biex jintuża fi stqarrijiet uffiċjali maħruġa mid-DOI. "Il-Kummissarju tal-fehma wkoll li l-prattika li stqarrijiet bħal din jintbagħatu lid-Dipartiment tal-Informazzjoni, sew jekk l-istqarrija tkun dwar materja li tinteressa lill-pubbliku (b'kuntrast ma' materja fl- interess pubbliku) u sew jekk ma tkunx, u sew jekk din il-prattika hix stabbilita jew le fis-sistema politika Maltija, mhix prattika tajba u għandha tieqaf," qal Hyzler. Fl-istess waqt il- Kummissarju rrikonoxxa li fin-nuqqas ta' policy bħal din il-Ministru Mizzi seta' ġie żvijat. Il-Kummissarju kkonkluda li fiċ-ċirkostanzi ta' dan il-każ, ir- rimedju xieraq hu li l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjali tiegħu biex ikunu aktar sensittivi lejn id-distinzjoni bejn materji uffiċjali u materji privati jew partiġġjani, "u biex fil-futur ma jużawx id-DOI f 'konnessjoni ma' materji privati u partiġġjani." Fir-rapport tiegħu l-Kummissarju jgħid li l-Ministru Mizzi aċċetta li għandu jieħu din l-azzjoni. Il-Kummissarju tal-Istandards jiftħilha kontra l-użu tad-DOI għal stqarrijiet partiġġjani Hu kien qed jirreferi għall-lment mill- Avukat Andrew Borg Cardona kontra stqarrija mill-Ministru Konrad Mizzi George Hyzler, Kummissarju tal-Istandards

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019