Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 | illum xejn. L-ewwel nett huwa suġġett għall-abbużi u fih jistgħu jweġġgħu n-nies," kompla jisħaq is-Sindku. Waqt li kompla jesprimi t-tħassib tiegħu dwar din iż-żona, Dean Hili qal li l-Kunsill Lokali kemm-il darba rrapporta lill-Pulizija minħabba klieb li jitħallew jiġru bla ċinga f 'dan l-iscrapyard. 'Għandu jingħalaq jew jiċċaqlaq' Dwar iċ-Ċentru tar-Riżorsi San Miguel, is-Sindku saħaq li filwaqt li l-iscrapyard kien hemm qabel iċ-ċentru, ma jħossx li hu xieraq li l-istudenti jkollhom jgħaddu ta' kuljum minn qalb ċimiterju ta' karozzi biex imorru jitgħallmu. Waqt li fakkar li fl-aħħar snin il-Pulizija mmodernizzat ħafna mill-faċilitajiet tagħha, esprima x-xewqa li ma jdumx ma jsir l-istess għal dan l-iscrapyard. "Irid jagħlaq, jew inkella jiċċaqlaq," saħaq is-Sindku bla tlaqliq. Ngħiduha kif inhi, iż-żona mhijiex żgħira u tista' tintuża għal skopijiet ħafna aħjar u li minnha jgawdi kulħadd. Pulizija jikkonfermaw li l-vetturi huma suġġetti għal investigazzjoni Dwar il-karozzi mitfugħa f 'dan l-iscrapyard, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' żewġ sorsi tagħha fi ħdan il-Korp. It-tnejn li huma kkonfermaw li l-vetturi li jintefgħu f 'dan l-iscrapyard, anke jekk involuti f 'inċidenti mhux daqstant kbar, ikunu suġġetti għal investigazzjonijiet u anke inkjesti. ta' sigurtà L-iscrapyard tal-Pulizija u ż-żona fejn jidher il-ħaxix maħruq Iż-żona fejn jidher ċar il-ħaxix maħruq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019