Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 ISSAJF huwa ġeneralment staġun kwiet ħafna f 'dak li għandu x'jaqsam m'aħbarijiet ħlief għal xi eċċezzjonijiet, bħas- sajf tal-2017 meta kellna l-ġirja għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, jew inkella dak tal-1998 meta Gvern Laburista kien jinsab f 'nofs kriżi politika li ratu jaqa' mill-Gvern. Dan is-sajf, minkejja li kien xott mhux biss mill-ilma imma wkoll mill-avvenimenti / kwistjonijiet li seħħew, ma ħalliniex b'xejn. Mill-bandiera ta' Malta u l-vot ta' fiduċja f 'Adrian Delia, għat-tfigħ ta' bajd u qtugħ ta' siġar. Il-Bandiera ta' Malta bil-kuluri tal-qawsalla Fl-aħħar ġimgħat qamet kwistjoni 'ħelwa' li kien hemm min ħadha b'offiża u b'serjetà kbira. Bħala simboliżmu, xi ħaġa li fil-fatt saret f 'pajjiżi oħrajn bħall-Istati Uniti u l-Kanada, parti mill-bandiera Maltija ngħatat il-kuluri tal-qawsalla li hija sinonima mal-komunità LGBTIQ. Din kienet interpretata bħala pass esaġerat u żebliħ tal- bandiera, simbolu importanti nazzjonali. Fid-diskussjoni u l-kor tad-diżapprovazzjoni daħal id-Deputat Konservattiv Nazzjonalist u Mosti Edwin Vassallo, li qal illi minoranza qed tieħu kontroll tal-maġġoranza. Mhux ċar jekk hux qed jirreferi għall-omosesswali, li skontu qed jieħdu kontroll tal- eterosesswali, f 'liema każ qed jgħid ċuċata kbira jew inkella hux qed jirreferi għal-lobby group li jirrappreżenta lill- komunità LGBTIQ, f 'liema każ xorta hemm bżonn li jispjega kif parti qed tieħu kontroll ta' oħra. Bla dubju dan kien xi ftit ta' bidu iebes għall-Ministru l-ġdid Edward Zammit Lewis, li kellu jirrikonċilja l-bilanċ bejn min kien ġenwinament imħasseb dwar din l-inizjattiva u min fil-fatt ġie bl-idea. Forsi fil-ħeġġa biex jinża' minn fuqu l-perċezzjoni li mhuwiex il-persuna denja għall-Ministeru bil-portafoll tal-ugwaljanza, Zammit Lewis nesa li dawn it-tip ta' inizjattivi huma bħal xafra li taqta' miż-żewġ naħat u ferm sensittivi. Bejn min jemmen li dawn iżidu d-doża tal-ugwaljanza u min (anke persuni LGBTIQ) li jemmnu illi dawn huma esaġerazzjonijiet li m'hemmx bżonn isiru. Il-proġett li qajjem għagħa u rabja fost l-ambjentalisti Matul dan is-sajf assistejna għal kwistjoni oħra ambjentali; il-qtugħ tas-siġar biex ikunu jistgħu jitwessgħu t-toroq. Peress li qed isiru bosta proġetti tat-toroq bħalissa, qed jidher illi l-qtugħ tas-siġar huwa mifrux u rampanti, xi ħaġa li qajmet rabja fost setturi ta' nies li għandhom għal qalbhom l-ambjent. Saret protesta kontra l-proġett Central Link li għaliha attendew numru sabiħ ta' nies u li fiha bosta ntrabtu mas-siġar bħala sinjal ta' protesta. Iżda daqskemm hemm min ipprotesta, daqstant ieħor hemm min jaqbel mal-proġett. Fil-fatt sondaġġ xjentifiku li kien ippubblikat min din il-gazzetta juri kif 51.6% jaqblu mal-proġett, filwaqt li huma biss mad-19% li ma jaqblux . Ħafna minn dawk li huma favur il-proġett jisħqu illi: 1) il-proġett ilu biex isir snin twal u baqa' ma sarx, 2) il-proġett kif se jsir illum huwa iżgħar u allura ħafna mill-art se tkun salvata u 3) se jitħawlu siġar biżżejjed biex jikkumpensaw u aktar minn hekk. Dan apparti li Infrastructure Malta tfakkar illi s-siġar fuq medda twila ta' triq mhumiex se jinqalgħu, inkluż tat-telgħa tas-saqajja. Naturalment il-kwistjoni ħadet sfumatura politika, bil-Ministru Ian Borg taħt pressjoni biex iwieġeb mistoqsijiet u jispjega. Jidher li għalissa l-kwistjoni mietet xi ftit, għall-inqas sakemm jibdew jinqalgħu s-siġar. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Is-sajf u mhu jiġri xejn! Insomma mhux xejn ... Xahar ieħor u anke s-sajf jgħaddi. Staġun xott, mill-ilma, mill-istejjer u mill-ġrajjiet kurrenti. Imma f'dawn l-aħħar ġimgħat xorta rnexxielna nsibu biżżejjed kontroversji li dwarhom żammejna d-diskussjoni għaddejja. L-ILLUM tħares lejn il-kwistjonijiet l-aktar kontroversjali -aħħar xahrejn ... Nixxemmxu u nitgħażżnu imma xorta nsibu fuqiex niddiskutu!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019