Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST MADWAR 3,000 PERSUNA TISTENNA DJAR TAL-ANZJANI: Il-lista ta' stennija għad-dħul f 'djar tal-anzjani tkompli tiżdied minkejja ż-żieda fin-numru ta' sodod mixtrija mill-Gvern fi djar privati u tal-Knisja. Nr 676 • 29 ta' Settembru 2019 Ara paġna 8 L-irġiel għandhom jitħallew jixtru l-Morning After Pill? Francesca Fenech Conti twieġeb Ara paġna 11 Il-gazzetta ILLUM hija infurmata minn sorsi affidabbli li għadha għaddejja t-tfittxija għal affarijiet li ġew irrapportati nieqsa mill- Kunvent tal-Patrijiet Agostinjani tal-Belt Valletta. Fiċ-ċentru ta' dan il-każ hemm l-eks Kappillan Patri Deo Debono li qed ikun investigat mill-Pulizija b'rabta mal-għibien ta' pitturi prezzjużi mill-istess Kunvent u anke fidda antika mill-Monasteru ta' Santa Katarina, immexxi mis-Sorijiet Agostinjani fil-Belt Valletta wkoll. Bħalissa, Patri Debono jinsab fuq police bail, anke jekk għadu ma tressaqx il- Qorti kif diversi ġurnali kienu qed jindikaw li kellu jiġri din il-ġimgħa. Sorsi, li tkellmu mal-ILLUM, spjegaw kif il- Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha, fosthom għax hemm affarijiet, x'aktarx apparti l-pitturi, li huma nieqsa mill-Kunvent u li għadhom ma nstabux. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-ġurnal in-Nazzjon, irrapporta kif mill-Kunvent Agostinjan instabu nieqsa wkoll diversi pitturi antiki. Hu mifhum li l-Pulizija, apparti Patri Debono, qed tinvestiga terzi persuni wkoll b'rabta ma' dan il-każ. Bħal-lum ġimgħa, l-ILLUM irrapportat kif il-parroċċa li kien imexxi Patri Deo Debono kienet u probabbilment għadha qed tiffaċja problemi u diffikultajiet finanzjarji, x'aktarx kawża tal-ispiża enormi fuq il-festa ta' Santu Wistin, tant li Patri Deo kien waqa' lura fil- ħlasijiet. Intant, din il-gazzetta hija infurmata wkoll li kien hemm persuni li taw is-servizz tagħhom għall-festa ta' din is-sena, li meta marru biex isarrfu ċ-ċekk li ngħatalhom għal xogħolhom, dan ma ssarrafx għax Patri Deo huwa l-firmatarju. Affarijiet li naqsu mill-Kunvent ta' Patri Deo għadhom ma nstabux