Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202
27 Sports Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum BENJI Cachia - plejer żagħżugħ ta' Sliema ASC u tat-tim nazzjonali tal- waterpolo b'futur mill- isbaħ quddiemu f 'dan l-isport li tant iħobb. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Minn meta kont żgħir jien dejjem kont il-pitch ta' Tas-Sliema, minħabba li missieri kien jilgħab il- waterpolo. Meta kont żgħir kont nitħarreġ fil-futbol sakemm kelli 12-il sena imma bdejt il-waterpolo bħala passatemp fis-sajf biss meta kelli disa' snin. Meta kelli 12-il sena kelli nagħmel deċiżjoni bejn il-waterpolo u l-futbol u ddeċidejt li nagħżel il- waterpolo. Minn hemm 'il quddiem bdejt nitħarreġ fix-xitwa kif ukoll fis-sajf u sal-lum il-ġurnata kuntent ħafna bid-deċiżjoni li ħadt meta kelli 12-il sena. X'tikkummenta fuq l-istaġun li għadda ma' Sliema? L-istaġun li għadda kien wieħed pożittiv għal Sliema għax irnexxielna nitilgħu erba' finali minn erbgħa, li naħseb li hija qabża kbira mis-snin ta' qabel. It-tim kif ukoll il-kowċ Sergio Afric se naħdmu bl-aħjar mod possibbli biex nerġgħu naraw lis-Sliema fl-ewwel post. X'tikkummenta fuq il- pixxina li fiha titħarrġu u tilagħbu f Malta? Ir-riżorsi tal-pixxina huma ferm limitati! Pixxina waħda trid tinqasam bejn il-klabbs kollha tal-waterpolo, għawm u għawm sinkronizzat. Huwa diffiċli ħafna biex taqsam pixxina waħda bejn dawn l-għaqdiet kollha. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Li tkun plejer tal- waterpolo jinvolvi ħafna sagrifiċċji. Ftit minnhom huma taħriġ li jispiċċa tard bil- lejl, taħriġ kmieni filgħodu kif ukoll ħafna impenji matul is-sena kollha. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudju u mal- waterpolo? Jien dejjem nipprova nsib bilanċ bejn l-istudju u l-waterpolo għaliex it- tnejn huma importanti. Sabiex inlaħħaq mat-tnejn, nipprova ma naħlix ħin fil- ħin liberu tiegħi sabiex ma jkollix nieħu l-ħin minn tat-taħriġ għall-istudju. Meta jkun il-ħin tal- waterpolo, għandek tinsa kollox u tiffoka fuqu biss u l-istess għandu jkun waqt l-istudju. Taqbel mas-sistema tal- play-offs? Il-play-offs jagħmlu l-kampjonat iktar interessanti u iktar ġust għal min jilgħab il-logħbiet kollha fl-ogħla livell. Minħabba f 'hekk jien naqbel mas-sistema tal- play-offs . Tqis li fil-futur tilgħab mat-tim nazzjonali tal- waterpolo mmexxi minn Karl Izzo? Il-kowċ Karl Izzo dejjem emmen fija, u dejjem tani l-opportunità li nkun parti mill-iskwadri tiegħu. Jien min-naħa tiegħi, dejjem se naħdem bl- aħjar mod possibbli biex inżomm posti. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo? Jien bħalissa qiegħed kuntent ħafna mas-Sliema u se nagħmel minn kollox sabiex naraw lil Sliema jerġgħu jkunu fl-ewwel post tal-klassifika. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Jekk int għandek ħolma ibqa' aħdem għaliha u qatt taqta' qalbek. Id-determinazzjoni u d-dedikazzjoni huma fundamentali biex tilħaq il-ħolma tiegħek! 'Jekk int għandek ħolma ibqa' aħdem għaliha u qatt taqta' qalbek' Cristian Antony Muscat Benji Cachia Pixxina waħda trid tinqasam bejn il-klabbs kollha tal-waterpolo, għawm u għawm sinkronizzat. Huwa diffiċli ħafna biex taqsam pixxina waħda bejn dawn l-għaqdiet kollha Il-play-offs jagħmlu l-kampjonat iktar interessanti u iktar ġust għal min jilgħab il- logħbiet kollha fl-ogħla livell