Illum previous editions

ILLUM 29 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1172202

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 | illum Minn Yendrick Cioffi ANKE jekk għal sena skolastika oħra l-iskola primarja tal-Mellieħa reġgħet spiċċat b'nuqqas ta' spazju, għad ma hemm l-ebda indikazzjoni meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq il-bini tal- estensjoni ta' din l-iskola. Sa ftit tax-xhur ilu, l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-iskola (PA2255/18) kienet fl-istadju tal-"iscreening", madanakollu bħalissa, skont l-informazzjoni pubblika fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-istess applikazzjoni għall-estensjoni tal-iskola tinsab sospiża fuq talba tal-perit. Dan ma jfissirx li l-applikazzjoni waqgħet. Hija prattika komuni li perit jitlob aktar żmien speċjalment jekk ikun għad fadal aktar studji xi jsiru. Fil-fatt, kelliema għall-Ministeru kkonfermat mal-gazzetta ILLUM li għadhom qed isiru l-istudji bħala parti mir-rekwiżiti għall-proċess tal- applikazzjoni tal-permess. Dan minkejja, li għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Robert Cutajar u li saret fl-10 ta' Ottubru tal- 2016, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien qal li "hu ppjanat li ssir estensjoni tal-iskola tal-Mellieħa fl-2018. Deċiżjonijiet tekniċi u applikazzjonijiet għandhom isiru għall- ħabta ta' nofs l-2017." Madanakollu huwa ċar li bdiet sena skolastika ġdida u għal darb'oħra, l-estensjoni ta' din l-iskola għadha qed tistenna, minkejja li n-nuqqas ta' klassijiet baqa' jinħass kif inħass matul l-aħħar snin. Fil-fatt, l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa għadha lanqas ma hi mniżżla fis-sit tal-Fondazzjoni għall- Iskejjel ta' Għada bħala parti mil-lista tal-proġetti li l-Fondazzjoni qed taħdem fuqhom. L-istudenti tal-Kindergarten jibqgħu bil-klassijiet barra mill-iskola.... Sadanittant, kelliema għall-Ministeru għall-Edukazzjoni kkonfermat ma' dan is-sit li bħas-snin l-imgħoddija, l-istudenti tal-Kindergarten se jkollhom il-klassi tagħhom fil-klabb sportiv tal- Mellieħa (Mellieħa Sports Club), liema klabb jinsab biswit l-iskola primarja. Apparti minn hekk, fl-istess klabb se jkun hemm żewġ klassijiet għall- istudenti barranin li jkunu qed jieħdu dak magħruf bħala 'induction' fil-Malti bħala Lingwa Barranija. Madanakollu, meta mistoqsija minn din il-gazzetta, il-kelliema saħqet li anke jekk din is-sena studenti se jkunu qed jirċievu t-tagħlim tagħhom barra mill-iskola, l-għadd tal-klassijiet fil- klabb sportiv mhux se jkun qed jiżdied. Spjegat kif f 'din is-sena skolastika daħlu madwar 60 student ġdid li l-biċċa l-kbira minnhom se jkunu fil-klassijiet tal-kindergarten 1 u għalhekk saħqet li ma kienx hemm bżonn li jiżdiedu aktar klassijiet fil- Mellieħa Sports Club. Dan ifisser, li bħas-sena li għaddiet, skont l-informazzjoni li kienet ġiet ipprovduta mill-istess Ministeru, il-klabb sportiv qed jilqa' fih minn tal-inqas 80 student imqassma f 'seba' klassijiet. Il-bżonn tal-estensjoni ilu snin jinħass... Il-gazzetta ILLUM ilha għal dawn l-aħħar sentejn tirrapporta dwar in-nuqqas ta' spazju f 'din l-iskola, fosthom għax il-popolazzjoni tal- Mellieħa kulma jmur qed tiżdied, anke għax diversi familji barranin qed jagħżlu li jgħixu f 'din il- lokalità. L-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa se tkun qed tinbena kantuniera ma' Triq Napuljun Caruana Dingli u Triq il-Mitħna l-Ġdida. Skont l-aħħar pjanti disponibbli, bl-estensjoni tal-iskola se jkunu qed jiżdiedu madwar 25 klassi, apparti kamra tal-IT u librerija, fost oħrajn. Taħt l-istess estensjoni se jkun qed jinbena parkeġġ ta' żewġ sulari. L-iskola primarja tal- Mellieħa terġa' bla spazju u l-estensjoni għadha tistenna L-iskola primarja tal-Mellieħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 September 2019