Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875
02 aħbarijiet IL-ĦADD16 TA' AWWISSU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Floriana Dispensary, Floriana Cosmed Pharmacy, Ħamrun Pinto Pharmacy, Qormi St. Jude Pharmacy, Birkirkara Remedies Pharmacy, Ta' Xbiex Ta' Giorni Pharmacy, San Ġiljan Remedies Pharmacy, Sliema St. Michael Pharmacy, Lija Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Paul's Bay Pharmacy, St Paul's Bay Tarxien Pharmacy, Tarxien Vittoriosa Pharmacy, Birgu May Day Pharmacy, Żabbar Gerada's Pharmacy, Żejtun Kirkop Pharmacy, Kirkop Santa Marija Pharmacy, Żebbuġ Nova Pharmacy, Rabat Azzopardi Pharmacy, Victoria, Gozo Xagħra Pharmacy, Xagħra, Gozo MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 25˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab u lokalment imċajpar għall-ewwel, li jsir sabiħ Viżibilità Tajba minbarra f 'xi rqajja ta' ċpar Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent forza 3 għal 4. Mal-lejl idur mill- Punent Majjistru lokalment forza 4 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 25˚Ċ Temp Sabiħ mal-jum li jsir pjuttost imsaħħab u lokalment imċajpar mal-lejl Viżibilità Tajba minbarra f 'xi rqajja ta' ċpar Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Il-Partit Demokratiku saħaq li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ma għandha l-ebda triq oħra, ħlief li tirriżenja. Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku kkritika lill- Ministru Farrugia Portelli għax fi kliemu, bl-aġir u d-deċiżjonijiet tagħha, is-settur tat-turiżmu qed ibati. "Għalhekk nappellaw lill-Prim Ministru biex jagħmel dak li hu mistenni minnu u jpoġġi lil xi ħadd kompetenti," saħaq il-PD. Il-Partit Demokratiku saħaq kif diversi operaturi, fis-settur tal-ospitalità, urew it-tħassib tagħhom dwar il-futur tas-settur, in-negozju tagħhom u l-impjieg tal-ħaddiema tagħhom. "Minħabba d-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu, il-prodott turistiku Malti qed ibati. Ir- reputazzjoni ta' Malta issa se tkun ta' gżira irresponsabbli li moħħha fil-parties," kompla l-PD. L-istqarrija tkompli li Malta għandu jkollha tim kompetenti, magħmul min-nies li huma kkwalifikati u anke ta' esperjenza u li kapaċi jwaqqfu l-emoraġija u jerġgħu jagħtu stabbilità lill- industrija. Kien għalhekk li talab għar-riżenja immedjata tal-Ministru u biex il-Prim Ministru jpoġġu lil xi ħadd li kapaċi jwettaq dan. Il-PD isejjaħ għar-riżenja tal- Ministru Julia Farrugia Portelli Ministru Julia Farrugia Portelli Il-Partit Demokratiku qed jappella lill-PM biex ipoġġi minflokha lil xi ħadd kompetenti li kapaċi jerġa' jagħti stabbilità lis-settur tat-turiżmu Il-linja tal-ajru EasyJet ħassret it- titjiriet kollha tagħha lejn Malta sal-aħħar ta' Awwissu. Din l-aħbar ħarġet wara li l-Gvern Ingliż żied lil Malta, Franza u l-Olanda mal-lista ta' pajjiżi meqjusa mhux siguri u għalhekk kull min jidħol fir-Renju Unit minn dawn il-pajjiżi, qed ikun kostrett jagħmel kwarantina ta' 14-il ġurnata. Kelliem għal-linja tal-ajru qal li bħalissa l-kumpanija tinsab fil- proċess li tħallas lura lill-passiġġieri kollha. Għalissa, l-EasyJet se tkun qed iżomm l-iskeda tagħha għal Settembru iżda qed toffri lill- passiġġiera ċ-ċans li jbiddlu l-btala tagħhom għal xi mkien ieħor minflok Malta. Din tista' titqis bħala l-aħħar daqqa ta' ħarta għas-settur tat-turiżmu f 'Malta hekk kif diversi pajjiżi Ewropej, inkluż l-Italja, neħħew lil Malta minn fuq il-lista ta' pajjiżi siguri u poġġew restrizzjonijiet fuq is-safar minn Malta. L-EasyJet tħassar it-titjiriet tagħha lejn Malta Għalissa l-linja tal-ajru qed iżomm l-iskeda tagħha għal Settembru iżda qed toffri ċ-ċans lill-passiġġieri biex jagħżlu destinazzjoni oħra minflok Malta