Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875
21 editorjal illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ġ ara dak li kien se jigri. Malta issa spiċċat mal-kumplament tal-pajjiżi li għandhom problema serja tal-COVID-19 bil-konseg- wenzi li s-safar sar u ser isir aktar difficli. Nistgħu nippuntaw u nitfgħu t-tort fuq il-Gvern talli ma rax 'il boghod minn imnieħru. Imma jibqa' l-fatt li issa huwa l-mument li naraw x'se nagħmlu. Jidher ċar li fuq livell ta' prekawzjonijiet hemm diskrepanzi kbar. Fuq il-vapur ta' Għawdex trid tilbes il-maskra u toqgħod żewġ metri 'l bogħod minn ħaddieħor, imma max-xatt ta' Marsalforn hemm xena ta' briju u massa li ċertament tirredikola l-kontrolli mitluba. Hemm riċetta biex il- COVID-19 jinfirex b'mod allarmanti. Żmien il-logħob bil-kliem għadda. Issa hemm bżonn azzjoni bbażata fuq argumenti mediċi. L-awtoritajiet tas-saħħa għandhom l-irwol li jitkellmu ċar. Charmaine Gauci trid tibqa' tkun għassiesa għas-saħħa tan-nies u tas-saħħa tal-komunità. Il-Gvern irid issa jaħseb għal tliet episodji importanti: • Li jrażżan it-tixrid tal-COVID 19, b'azzjonijiet ċari u istruzzjonijiet diretti. • Li jara li l-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja u dawk privati jiħu l-bibien tagħhom. • Li jitkomplew l-iskemi tal- għajnuna lill-industrija kollha u l-oqsma kollha. Bħal ma konna smajna fil-bidu nett, mhux se naraw dawl sa 2021. Nieħdu biss ir-ruħ meta jasal il-vaċċin u meta d-dinja tkun ċerta li tista' terġa tiffaċċja ħajja ġdida. Mhux qed ngħixu żminijiet normali. Il- Gvern ħaseb li din se tiġi u tisparixxi jew li l-għajnuna lill-privat ser tkun temporanja. Lanqas xejn. Irridu nbiddlu ħajjitna. Il-mod kif ngħixu, it-tamiet li kellna. Irridu nagħmlu sagrifiċċji, biex kulħadd ikun jista' jkompli u dan ifisser li dawk li jaħdmu mal-Gvern ukoll iridu jagħmlu s-sagrifiċċji. Wara kollox kulħadd jinsab f 'baħar wieħed. Hija sfortuna li gvern li jrid li jkollu għal qalbu r-ruħ soċjali mhux qed jagħraf dan l-argument. Ninsabu f 'salib it-toroq. Il-mewġa ġiet u mhijiex illużjoni. Bernard Grech Bernard Grech beda t-triq tal- kampanja biex isir il-Kap il-ġdid tal- Partit Nazzjonalista. Kiber għax kien preżenti fi programmi televiżivi. Kien hemm jitkellem meta l-PN kien xott u nieqes minn personalitajiet li setgħu jargumentaw favur jew kontra oġġett. Ma nafux biżżejjed fuq Grech. Għadu kmieni wisq. Jidher li ma għandux it-toqol ta' Adrian Delia u għandu riħa friska u nadifa. Imma hu x'jista jsarraf? Tgħallimna li fil-politika mhux biżżejjed kif tidher jew kemm tkun taf titkellem. Irid ikollok ħolma. Partit mingħajr ħolma qisu ikla bla togħma. Matul l-aħħar snin, il-Partit Nazzjonalista tilef iċ-ċans li joffri ħolma. Jitkellem fl-astratt u iffissat fuq l-istess tema. Grech irid jerġa' jsib it-tama, ir-raguni għalfejn in-nies għandhom jabdikaw u jinsew il-Partit Laburista u jagħtu fiduċja lill-PN. Mhux se tkun facli. Imma ċertament għandna ntuh ċans. Għandna naraw kemm ser jirnexxilu. Azzjoni mhux paroli