Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum Inqas traffiku fil-baħar minħabba l-Covid-19 seta' wassal għal aktar ċaqliq tal-fkieren Ħafna għaqdiet ambjentali internazzjonali qed iħarsu lejn il-ħidma tal-voluntiera f'Malta hekk kif ir- rata ta' suċċess fit-tfaqqis tal-bajd tal-fkieren qed tkun fenomenali. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Kap Eżekuttiv ta' Nature Trust Malta Vincent Attard YENDRICK CIOFFI Din il-ġimgħa rajna r-raba' fekruna f 'dan is-sajf li telgħet tbid il-bajd tagħha fuq bajja Maltija u jista' jagħti l-każ li anke hawn il- Covid-19 ħalla effett, anke jekk din id-darba kien wieħed pożittiv. Dwar dan il-fenomenu, li f 'Malta sar kważi kważi komuni, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Vincent Attard, il-President Eżekuttiv ta' Nature Trust Malta Azzopardi spjega kif fl-aħħar xhur ġie nnutat ħafna moviment ta' ieren fil-Mediterran u x-xjentisti qed jisħqu li dan jista' jkun riżultat ta' inqas storbju u inqas traffiku fil-baħar kawża tal-pandemija tal- Covid-19. Għalhekk għall-ieren kien aktar sigur li jivjaġġaw u jersqu viċin il-kosta. Apparti minn hekk, it-tibdil fil- klima u għalhekk il-baħar aktar sħun, jista' jkun li wkoll qed iħalli l-effetti tiegħu. Attard kompla jispjega kif raġuni oħra, għaliex aktar ieren ressqu lejn bajjiet ġodda, huwa l-fatt li jkunu ntilfu bajjiet oħra fejn is-soltu jbidu, forsi kawża ta' żvilupp, Fil-fatt, fi kliem il-President Eżekuttiv ta' Nature Trust, iż-żieda fil-bejtiet tal-ieren mhux qed tkun irreġistrata f 'Malta biss imma anke fuq diversi bajjiet oħra fi bliet Ewropej, bħal f 'Valencia F'sena fekruna tbid darbtejn jew tlieta Vincent Attard kompla jispjega mal-gazzetta ILLUM kif fekruna tbid, bejn wieħed u ieħor kull sentejn. F'dik is-sena, il-fekruna x'aktarx li tbid bejn darbtejn jew tliet darbiet. Fil-fatt, Nature Trust għandha suspett li l-fekruna li biedet nhar it- Tnejn li għadda fl-Għadira, kienet l-istess fekruna li biedet fuq l-istess bajja fid-29 ta' Lulju li għadda. Mhux il-bajd kollu jfaqqas ... ir-rata tas-suċċess f 'Malta hija fenomenali Anke jekk fekruna ġeneralment tbid 'il fuq minn 100 bajda, ma jfissirx li kollha kemm huma se jfaqqsu. Propju għalhekk li Nature Trust Malta tieħu ħsieb li timmoniterja l-bejta minn kull periklu u kull ħaġa oħra li tista' thedded dan il-proċess, biex ifaqqsu l-akbar ammont possibbli ta' bajd. "Xi drabi n-natura tkun kontrina. Il-bajd tal-aħħar fekruna li biedet fl-Għadira jfaqqas f 'Ottubru allura nistennew xi maltempata," saħaq Attard. Iżda l-voluntiera ta' Nature Trust għandhom biżżejjed espejrenza biex jaħsbu u jilqgħu għal dan. Is- sena li għaddiet kienu dawru bejta ta' fekruna fil-Ġnejna bi xkejjer tar- ramel biex iservu ta' lqugħ. Fil-fatt, minn 112-il bajda, kienu faqqsu 111. "Normalment ir-rata ta' suċċess tkun ta' 75%," saħaq Attard. Il-ġimgħa li għaddiet faqqsu wkoll 81% (84 bajda) tal-bajd fir- Ramla l-Ħamra. Normalment, il-bajd tal-ieren idum bejn 54 u 70 ġurnata biex ifaqqas. Mhux kollha jfaqqsu fl- istess jum. Kont taf li t-temperatura taffettwa s-sess tal-ieren? Spunt ieħor interessanti li spjega Attard huwa li t-temperatura fil- bejta taffettwa s-sess tal-ieren. Fil-fatt, il-bajd li jkun fil-wiċċ u li allura jkun espost għal temperaturi ta' bejn it-30 u t-33 grad ifaqqsu fi ieren femminili. Mill-banda l-oħra, dawk li jkunu taħt u għalhekk it-temperatura tagħhom tkun inqas, ifaqqsu maskili. Għalhekk, u forsi din it jafuha, il-voluntiera li jkunu għassa mal-bejtiet tal-ieren ikunu qed jimmoniterjaw ukoll it- temperatura. Fil-fatt, xjentisti qed iwissu kif minħabba t-tibdil fil-klima, jekk ma jkunx hemm monitoraġġ tat- temperatura, hemm ċans li tiżdied ħafna l-popolazzjoni tal-ieren femminili u tonqos dik tal-ieren maskili u dan ipoġġi f 'riskju l-ispeċi. "Għalhekk aħna, meta nkunu fuq il-bajjiet 24 siegħa kuljum, mhux biss qed nimmoniterjaw l-ambjent, imma anke t-temperatura tal-bejta u l-madwar," spjega Attard. 'Nipproteġu wkoll minn predaturi' Il-predaturi wkoll jistgħu jpoġġu riskju għal dawn il-bejtiet, tant li Attard spjega kif il-voluntiera jkunu b'seba' għajnejn għall- ġrieden li għandhom tendenza jħaffru u jisirqu l-bajd. Fir-Ramla l-Ħamra kellhom ukoll l-isfida ta' dak magħruf bħala l-ghost-crab. Attard spjega kif meta kienu jilmħu dan il-granċ pjuttost kbir, kienu jressquh kemm jista' jkun 'il bogħod biex jagħmel il- ħofra tiegħu 'il bogħod mill-bejta. "Dan għandu tendenza li meta l-ieren ifaqqsu, joħroġ jiġri u jaħtaf xi fekruna u jeħodha fil-ħofra biex jikolha. Għalhekk importanti li kemm jista' jkun inżommuh 'il bogħod," kompla Attard. Meta l-bajd ifaqqas kmieni filgħodu, hemm ukoll il-gawwi li għandu ħabta jinżel jiġri u jaħtaf lil dawn il-ieren żgħar. Kont taf li fekruna ġeneralment tbid fuq il-bajja li tkun faqset fuqha? Ta' min isemmi wkoll li bosta ieren, jagħżlu li jbidu fuq dawk il-bajjiet li snin qabel ikunu faqqsu fuqhom. "Bħalissa qed nieħdu testijiet tad- DNA biex fil-futur insegwu aħjar dan il-fenomenu u jkollna aktar evidenza. Għalissa ma nkunux nafu jekk fekruna tkunx telgħet minħabba din ir-raġuni jew għax tkun tilfet xi bajja u tkun sabet oħra ġdida," spjega. Qal ukoll kif kull DNA test jiswa €2,500, iżda qed insibu appoġġ enormi min-nies. Fil-fatt, spjega Attard, Malta qed tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni għax għaqdiet ambjentali oħra qed iħarsu lejn dak li qed tagħmel Malta biex ikollha rata daqshekk ta' suċċess. "Dawn il-bejtiet u r-riżultati li kellna, poġġew lil Malta fuq il-mappa. Sabiħ li tara xogħlok apprezzat," spjega. 'Hawn turisti li jiġu apposta biex joqogħdu għassa mal-bejtiet' Attard kompla jispjega li hawn turisti li jiġu Malta apposta biex joqgħodu għassa mal-bejtiet. "Hawn ħafna kuxjenza. Hawn min jiġi btala u joffri tliet sigħat kuljum biex jgħinna ngħassu l-bejtiet," kompla jispjega. 'Insibu koperazzjoni kbira mill- operaturi fuq il-bajjiet' Il-ieren fl-Għadira u anke f 'Golden Bay, biedu f 'nofs bajja, fil-post fejn operaturi għandhom għandhom il-permess li jagħmlu d-deckchairs u l-umbrelel. "L-operaturi jikkoperaw ħafna magħna," saħaq Attard. "Anke għax aħna rridu nkunu żguri li ma jkunx hemm umbrelel li jagħmlu dell żejjed fuq il-bejtiet." Attard temm jirringrazzja wkoll lill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi u anke lill-Awtorità għat-Turiżmu għall-koperazzjoni tagħhom. Vincent Attard Il-bejta fir-Ramla l-Ħamra kif kienet protetta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020