Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875
Id-dar tal-bajja (L-ewwel parti minn erbgħa) 23 rakkont illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 I l-karozza li kienet ġiet għalih l-ajruport, wasslitu eżatt quddiem id-dar li kien ra fuq ir-rivista. Kien beda jaraha mill-bogħod. U kienet eżatt. Eżatt kif kien xtaqha hu. Eżatt kif kien ikkontempla li jsibha. Id-dar. Id-dar tal-bajja. Ħaġa tal-iskantament, fil-bidu kien xi it xettiku. U bir-raġun. Jonas kien xtara dar mingħajr qatt ma kien medd saqajh fiha. Mingħajr qatt ma kien flieha sew. Mingħajr qatt ma kien raha mill-qrib. Imma b'dak il-prezz........... B'dak il-prezz, x'kont ser tixtri? "Din ġennata minn tiegħek!" kienet saħqet miegħu ommu xi it xhur ilu, meta kien tarrfilha li kien imħajjar jixtri dar kbira ġewwa Sqallija, imdawwra bir-raba, eżatt fit- tarf ta' bajja ramlija, bajda. "Id-dar li dejjem ħlomt li jkolli, ma!" kien stqarr magħha b'għajnejh ileqqu, xuejh kważi xotti bl-eċċitament li kien ħa kontroll fuqu dak il-ħin li kien irranġa kollox ma' dik il-mara tal-propjeta li kienet wegħditu li kellha tirranġalu kollox hi minn naħa tagħha. "Lanqas għandek għalfejn tiġi taraha, jekk ħajtek hija daqshekk impenjattiva!" kienet qaltlu b'ton edukat u ferrieħi. "Tirranġali kollox inti mela?" kien staqsieha, kważi lanqas biss jemmen lil widnejh. Kienet aktar ixxaqleb lejn villa. Villa mibnija fuq żewġ sulari, stil modern, ħafna ħġieġ u b'ħafna turġien li jagħtu lejn il-bajja meraviljuża fuq in-naħa ta' wara. Villa fuq bajja pittoreska. Qrib il-port fejn kien iwasslek il- katamaran li jitlaq minn Malta. Malli kien raha fuq ir-rivista, ħsibijietu mill-ewwel kienu ħarbu bih 'il bogħod. Vaganzi. Bajja ramlija. Ġnien imdaqqas. Il-ħoss tal-baħar billejl. Ir-riħa ta' alka niejda fuq il-bajja. Il-ħsejjes ta' insetti notturni. Kellu seba' mitt sena biex iqatta' xi ġranet ġo fiha! Kienet id-dar tal-ħolm li dejjem kien xtaq. U wara xi xhur. Wara ħafna ħolm, telefonati, battibekki, kuntratti onlajn, aġendas finanzjarji............ Fl-aħħar. Kienet waslet dik il-ġurnata. Bilkemm felaħ jasal s'hawn bl-eċċitament li kien ħakmu. L-aħħar ġranet kienu għaddew wisq bilmod. Ma setgħetx tasal din il-ġurnata! Kien ilu jipprepara. Id-dar fiha nnifisha kien xtraha vojta, ġebel u saqaf. L-aħħar xahar kien għaddieh jitkellem ma' wieħed li kien qabbad jeħodlu ħsieb id-dekorazzjonijiet interni ta' dik id-dar. Kien fdah. Wara ħafna tifħir li kien sema' fuqu, ma setax joġġezzjona meta sieħbu stess kien tah in-numru tat-telefon tiegħu u rrakkomandah. U kien ċert li kien għamillu biċċa xogħol tajba. Iem id-dar fejn kien joqgħod Malta ma kienet xejn ta' lussu. Dar imdaqqsa bi stil modern. Kien xtraha lesta minn kollox, allura kien franka t-taħbil il-moħħ li joqgħod jiddekoraha hu. Imma dejjem qdietu u kien iħossu komdu fiha. Kien dara n-nies li kienu joqgħodu maġenbu u kellu pass għan- neċessitajiet kollha. Kien ilu jberren biex jixtri villeġġjatura x'imkien qrib Malta! Hu kien persuna maqtugħ għalih waħdu. Agħtih li joqgħod idur qalb il-kampanja, jistejqer fl-għelieqi, jassorbi l-arja pura qalb il-ħdura u jistagħna ruħu f 'postijiet qrib il- baħar fejn ma tantx kien ikun hemm nies. Forsi għax kien romantiku. Forsi għax kien kittieb. Forsi għax hekk kien imdorri. Il-fatt li Jonas kien tifel uniku, imrobbi kemmxejn maqtugħ għalih waħdu jaf kien il-kaġun ta' dan ir-raġunament tiegħu. U issa................. Issa kien wasal. Niżel minn ġol-karozza u ħallas lix-xufier li poġġielu l-bagalja b'mod kemmxejn delikat iżjed milli suppost għal mal-art. Għal mument, ix-xufier baqa' jistenna lil Jonas jagħmel xi mossa promettenti billi jagħtih xi ħaġa żejda tal-flus bħala ringrazzjament, iżda xħin induna li dan ir-raġel imferfex li kien rikkeb mill-ajruport lanqas biss kien qed jindenja jagħti kasu, b'għajnejh ileqqu lejn dar kbira wara xatba mdaqqsa tar-ram, ix-xufier baxxa rasu u bewweġ 'l hemm bla ħoss. Jonas kien eċċitat! Fl-aħħar! Għal mument għalaq għajnejh. Iż-żiffa ħelwa ta' Sqallija ħassha tmellislu wiċċu. Ir-riħa tfuħ b'mod naturali u ħelwa tal-uri bojod tal-plumeria li kienu jidhru spuntati minn siġar madwar it-triq imlietlu l-pulmun. Kwiet. Għajr l-għasafar ipespsu qalb is-siġar kbar li kienu joffru xi tip ta' kenn mill-qilla tax- xemx, ma kont tisma' xejn. U fetaħ għajnejh. Qabad il-manku tal-bagalja u mexa biha lejn ix-xatba tar-ram ileqq u ġdid, jaqbad il-pum b'idejh u jdawwru bla tbatija. Infetaħ. Jonas daħal fil-ġnien u għalaq ix-xatba warajh. Kemm kien indukrat sew u sabiħ! Id-disinnjatriċi li kien qabbad kienet għamlet xogħla sew! Kien jidher passaġġ kbir u sabiħ li jagħti lejn it-taraġ li kien imserrep madwar il- ħamrija ħamranija li seta' jxomm ma' kull nifs hekk kif ħalla l-bagalja qrib ix-xatba u beda jpassi madwar il-ġnien, josserva s-siġar kbar tal-palm li kien ordna, ix-xtieli eleganti u sbieħ, u l-uri li kienu ġibdulu l-għaxqa ta' għajnejh fuq il-katalogu onlajn li kienet bagħtitlu dik il-mara li kienet ħadet ħsieb kollox. U waqaf ħesrem. Isserja. Ħass dehxa tiġri ma' ġismu kollu! Il-ħoss tal-baħar! Il-ħoss tal-baħar li kien ħolom bih kemm- il darba! U telaq jiġri! Għadda jħaffef bejn xi siġar taċ-ċipress u d-dwieli twal li kienu ggranfati mal-ħitan tal-ġebel tal-ġnien tad-dar! U eżatt............ Eżatt malli wasal fit-tarf tal-ġnien, ra qisu ħajt baxx, differenti minn dawk taż-żewġ naħat l-oħra, magħmul mill-injam mastizz, fuq linja li kienet tifred ir-ramel abjad minn dak tal-ġnien sabiħ li seta' faċilment jgħid li kien tiegħu. Ir-riħa tal-baħar Sqalli belgħatu. F'temp ta' sekonda f 'moħħu għaddew ħsibijiet ta' mħar, alka u rizzi minn dawk li kien jogħdos għalihom ma' nannuh meta kien għadu daqxejn ta' tfajjel! X'bajja dik! Bajja vojta. Ramel abjad. Baħar ċar kristall u nadif! Xi ġmiel! X'hena u trankwilita! Din id-dar kienet eżatt kif kienu iddeskrivewlu! Kienet eżatt kif kien ħolomha! Anzi pjuttost isbaħ! Jonas fetaħ idejh, ħall il-qmis li kien liebes, iċċekkja li kellu l-bwiet tal-qalziet vojta u erħielha 'l barra minn bejn apertura żgħira li kienet bejn dak il-ħajt baxx li kien jifred daru minn dik il-bajja sabiħa ferm. Hu u jiġri lejn il-baħar, dawwar ħarstu lejn il-bajja u ħass li kienet donnha ma tispiċċa qatt! Fuq iż-żewġ naħat. U baqa' nieżel fl-ilma, iħoss il-baħar jibilgħu u jagħmlu tiegħu! "Jonas?" sema' lil xi ħadd isejjaħlu. U raha. Dik il-mara li kien qagħad jagħmel kuntatt magħha fuq it-telefon u onlajn kienet qiegħda biswit il-ġnien tiegħu, tħares lejh iċafċaf ġol-ilma qisu tifel żgħir! Waqaf bilwieqfa ġol-ilma. Kien kważi beda jistħi. Imma kif kienet diġa waslet? Suppost kien wasal xi nofs siegħa qabel. "Skużani!" qalilha fil-pront, jgħaddi idejh minn ġo xagħru mħabbel, skur u iswed, jipprova jitbissmilha fix-xemx li kienet qiegħda tgħammixlu wiċċu. U tela' minn ġol-baħar, jipprova jiġbor il-qmis u ż-żarbun li kien tefa' la kaaf fuq ir-ramel, ħalli jiltaqa' mad-disinjatriċi u ddaħlu fid-dar. Id-dar tal-bajja. Sharon Calleja