Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 festi u kultura illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 L-Imġarr kien l-aħħar parroċċa li kellu vara ta' Santa Marija. Il-vara ġiet ordnata mingħand G. and C. Busuttil, ir-Ramli, ta' Triq San Pawl, il-Belt u nxtrat minn Marsilja fi Franza. Fl- ewwel Ħadd fuq l-Għid, fit-18 ta' April 1922, fost il-ferħ kbir tal-poplu tal-Imġarr, miġbur quddiem il-knisja, il-vara ta' Santa Marija waslet minn Marsilja u fuq iz-zuntier infetħet il- kaxxa li fiha kien hemm din il-vara. L-ewwel ma deher, ippakkjat fil- karti, kien l-anġlu kerubin li għandha ħdejn riġlejha. Magħmula mill-kina u ċ-ċeramika, din il-vara tħallset minn 13-il benefattur mill-istess raħal u swiet is-somma ta' it aktar minn 65 lira. In-Nobbli Konti Bernardino Manduca Piscopo Macedonia, magħruf bħala l-Konti tal-Wardija u li wiret il-Kastell ta' Żammitellu, irregala lill-Madonna l-istellarju tal-fidda, li tqiegħed fuq ras il-vara. Xi nisa Mġarrin bdew joffrulha d-deheb biex iżejnuha bih fil-festa. Il-vara, imżejna kif jixraq, ħarġet għall-ewwel darba fil-purċissjoni tal- festa tat-18 ta' Awwissu 1922. Refgħuha l-benefatturi, kif kien miiehem meta sar il-ġbir biex tinxtara l-vara. Ġużeppi Bugeja ħadem il-pedestall, il-bradella u l-bankun. Din il-vara reġgħet ġiet indurata fl-1946. Taħt il-figura tal- Madonna ma nsibux qabar imma pedestall artistiku tal-injam indurat bid-deheb. Il-vara ta' Santa Marija matul is-snin ingħatat ħafna rigali tad- deheb mill-familji tal-parroċċa, u kienet daħlet id-drawwa li lejlet il-festa l-vara tiġi mżejna b'ħafna deheb, bħalma huma ċrieket, brazzuletti, ġirakor u barbazzal sbieħ ħafna. Din id-drawwa spiċċat għalkollox meta l-vara ġiet indurata mill-ġdid u d-deheb inbiegħ biex issir l-induratura. Fil-preżent salib pettorali tad-deheb tal-kanonċi tal-katidral biss jiddendel mal-girlanda tal-uri artifiċjali, u miegħu żdiedet kullana tad-deheb mogħtija minn Carry Galea. Dan is- salib tad-deheb kien ingħata bħala rigal mill-parroċċa tal-Imġarr lill-ewwel kappillan, Dun Ġlormu Chetcuti, meta dan spiċċa minn Kappillan u sar kanonku tal-Katidral. Monsinjur Chetcuti ħalla fit-testment tiegħu dan is-salib tad-deheb lil Santa Marija bil- kundizzjoni li kull sena fil-purċissjoni jitqiegħed fuq il-vara. Fis-sena 2010 sar l-aħħar restawr fuq il-vara u l-pedestall minn ReCoop, il-koperattiva tar- restawr. Toħroġ purċissjoni Ħadd fuq il-15 ta' Awwissu. L-IMĠARR Wara Awwissu 1966 il-Kanonku Dun Ġorġ Bonello wera x-xewqa li ssir vara ta' Santa Marija mir-Rabti Ġlormu Dingli. Hekk ġara u hekk sar, għax il- vara preżenti, magħmula mill-kartapesta, hija xogħol ta' Ġlormu Dingli u tlestiet f 'Ġunju tas-sena 1967. Fis-sena 1970 żgraawha u indurawha għand ir-Rabti Willie Attard. Il-pedestall tagħha huwa indurat, disinn ta' Salvu Bugeja, maħdum mid-ditta Mangion tal-Ħamrun. Tul il- jiem tal-festa tkun armata taħt mant tal- bellus fuq bradella. Toħroġ purċissjoni forma ta' pellegrinaġġ kull sena fit-toroq tal-madwar fil-15 ta' Awwissu. IL-ĦAMRUN Il-vara ta' Santa Marija kienet saret fl- 1948 mill-artist Wistin Camilleri u ġiet irregalata mill-Kaptan Charles Vassallo. Il-vara tissimbolizza l-Qalb ta' Marija, imma hija magħrufa bħala Santa Marija. Fis-sena 2016 din il-vara ġiet irrestawrata mill-artist żagħżugħ Għawdxi Manwel Farrugia. Ir-rinovazzjoni kienet tikkonsisti f 'ħafna preparamenti u xogħol, peress li l-vara kienet ilha ħafna ma tingħata attenzjoni. Ix-xogħol tal-induratura sar minn Dominic Xerri u l-istellarju sar minn Joseph Vella. Tbierket mill-ġdid is-Sibt, 22 ta' Awwissu 2016 fil-Port tal-Imġarr, qabel bdiet il-vjaġġ tagħha lejn Kemmuna akkumpanjata minn diversi dgħajjes. Wara, fis-6.00 p.m., saret quddiesa fil- knisja ta' Kemmuna, ikkonċelebrata mill- Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex. Toħroġ purċissjoni s-Sibt wara l-15 ta' Awwissu. KEMMUNA Din l-informazzjoni nġabret kollha bl-għajnuna ta' Joseph Grech li huwa l-awtur tal-ktieb 'Il-Vari ta' Malta u Għawdex' (it-tieni edizzjoni). Dan il-ktieb ta' 200 paġna jinkludi informazzjoni u ritratti fuq 140 vara/ritratt. Il-ktieb jinsab għal bejgħ mill-ħwienet kollha ewlenin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020