Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum Carmel Cacopardo Edward Scicluna: bla boċċi Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika I x-xhieda ta' Edward Scicluna f 'nofs il-ġimgħa fl-inkjesta dwar l-assas- sinazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia hi offensiva u triegħex. Mix-xhieda tiegħu stess Scicluna joħroġ bħala Ministru tal-Finanzi bla sinsla, dgħajjef u beżżiegħ: inkapaċi li jkun deċiżiv fil-konfront tal-abbuż. B'riżultat ta' dan spiċċa jiċċertifika lilu nnifsu bħala li mhux kapaċi jerfa' fuq spallejh r-responsabbiltajiet ta' Ministru. F'dan kollu mexa fuq il-passi tal- kollega tiegħu il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo. Fl-istess inkjesta, Bartolo, xehed ix-xahar l-ieħor meta qal li kien jippreferi strateġija ta' sopravivenza: li jsalva l-ħajja politika tiegħu biex ikun possibli li jkompli l-ġlieda politika "fil-futur". Dan qalu meta kien rinfaċċat bin-nuqqas ta' azzjoni konkreta min-naħa tal- Gvern (li minnu hu kien u għadu jifforma parti) fil-konfront tal-involviment tal-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, fl-iskandlu magħruf bħala Panama Papers. Il-każ ta' Edward Scicluna mhux wieħed iżolat. Il-qarrejja jiftakru s-seduta ta' smigħ ta' Leo Brincat fl-2016 fil-Parlament Ewropew meta ġie mgħarbul mill-Kumitat tal-Budget in vista tan-nominazzjoni tiegħu biex ikun jifforma parti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Meta, in vista tad- dikjarazzjonijiet tiegħu kien ippressat għal tweġiba mill-Membri tal-Parlament Ewropew dwar il-għala ma rreżenjax, Leo Brincat kien wieġeb li ma kellu l-ebda xewqa li jkun "eroj għal ġurnata biex imbagħad, wara jispiċċa f 'baħħ politiku". Edward Scicluna quddiem l-inkjesta qal: "għalfejn għandi nirreżenja jien, meta hu ħaddieħor li għamel il-ħażin?" Żied jgħid li hu "daħal fil-politika biex jagħti servizz" u dan minkejja li kien komdu Brussel bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'salarju ta' €100,000. Li jagħti l-pariri lil Joseph Muscat biex jiddistakka ruħu mill-impatti tal-iskandlu tal-Panama Papers mhux biżżejjed. Edward Scicluna kien bla dubju jaf, anke kif jirriżulta mix-xhieda tiegħu, li dawk ta' madwar Joseph Muscat kienu qed iduru mar-regoli biex jevitaw obbligi dwar trasparenza u kontabilità, u dan biex jilħqu l-għanijiet tagħhom. Bħala Ministru tal-Finanzi Scicluna seta', kieku ried, jaħsad ras dan l-abbuż mill-ewwel, bla ma jħallieħ jikber. Iżda minflok ipprefera jitfa' ir-responsabbiltà fuq ħaddieħor: ipprova jiddistakka ruħu biex jevita l-inkwiet u jibqa' komdu. Ir-responsabbiltajiet ta' Edward Scicluna bħala Ministru tal-Finanzi imorru lil hinn milli jħejji l-budget bi stimi ta' dħul u infieq. Għandu wkoll l-obbligu li jassigura li l-infieq tal-Gvern ikun wieħed trasparenti b'kontabilità sħiħa, u dan irrispettivament minn liema awtorità, Ministeru jew ċrieki madwar il-Prim Ministru li jkunu fdati minn xi proġett speċifiku. Il-Prim Ministru għandu l-obbligu li jmexxi bl-eżempju: għandu jassigura ruħu li kemm il-Kabinett tiegħu kif ukoll dawk kollha madwaru jimxu bi trasparenza u kontabilità sħiħa. Jekk jonqos milli jagħmel dan hu obbligu tal-membri kollha tal-Kabinett li jew jisfurzawh jaġixxi sewwa inkella li jirriżenjaw mill-Kabinett u jkomplu l-kritika tagħhom minn barra. Kull membru tal-Kabinett li jonqos li jaġixxi b'dan il-mod ikun kompliċi u responsabbli flimkien ma dawk li jkunu qed jabbużaw. Dawk madwar il-Prim Ministru m'għandhomx jitħallew imexxu b'mod li jevitaw li jagħtu kont ta' għemilhom u b'hekk iġibu fix-xejn il-ħidma tal- Parlament li kontinwament isus fuq it- trasparenza u l-kontabilità bla eċċezzjoni. Hu irresponsabbli li Edward Scicluna issa jipprova jiddistakka ruħu pubblikament minn Joseph Muscat u dawk ta' madwaru. Issa li Muscat m'għadux Prim Ministru hu faċli li jagħmel dan! Messu kellu l-boċċi li jaġixxi immedjatament li nduna x'kien għaddej. Bħala Ministru tal- Finanzi Scicluna seta', kieku ried, jaħsad ras dan l-abbuż mill-ewwel, bla ma jħallieħ jikber. Iżda minflok ipprefera jitfa' ir- responsabbiltà fuq ħaddieħor: ipprova jiddistakka ruħu biex jevita l-inkwiet u jibqa' komdu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020