Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 intervista IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum 'Kull deċiżjoni li ħa George dejjem Miriam Vella' YENDRICK CIOFFI Nirreferu għaliha bħala l-'First Lady' iżda anke jekk tidher ħafna maġenb il- President George Vella, it li xejn nafu dwarha anke jekk tħobb titħallat ħafna man-nies. Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM żaret il-Palazz ta' San Anton u ltaqgħet mas-Sinjura Miriam Vella biex issir taa aħjar. Poġġejt bilqiegħda fuq sufan, f 'waħda mill-kmamar bellezza ta' dan il-Palazz storiku, imdawra b'għamara antika u mill- isbaħ. Quddiemna it ħelu ppreparat mill- kċina tal-Palazz. Malli waslet is-Sinjura Vella, l-eċitament malajr tar u minnufih qbadna diskursata sħiħa. Tkellimna fuq il-ħajja privata tal-familja Vella, il-ġurnata tipika tal-First Lady, l-irwol tagħha, il-kċina tal-Palazz, l-imbierka pandemija, l-isfidi li kellu jiffaċċja l-President u elf ħaġa oħra. "Jiena mara sempliċi ħafna. Mara tad-dar. Twelidt iż-Żejtun. Iżżewwiġt żgħira. Għandi tlett itfal. Ħajti ddedikajtha għalihom u għar- raġel. Kull deċiżjoni li ħa George, dejjem sab lili warajh. Dik hi Miriam Vella." Hekk iddeskriviet lilha nnifisha l-First Lady meta bdejt nistaqsiha it mistoqsijiet bil-għan li nsiru nafuha aħjar. Spjegat magħna wkoll kemm kienet ta' sostenn u appoġġ għall-President Vella, tul il-karriera professjonali tiegħu ta' tabib. Meta kien jipprattika bħala tabib kienet teħodlu ħsieb l-appuntamenti kollha tal- pazjenti. Illum il-ġurnata, lis-Sinjura Vella narawha ta' spiss takkumpanja lill-Eċċellenza Tiegħu fid-diversi appuntamenti u attivitajiet li jkollu. Hi stess saħqet mal-ILLUM li jħossuhom komdi ħafna flimkien u li, anke jekk imħabbta, jaħtfu kull okkażjoni biex ikunu flimkien. 'Ħafna mumenti ta'sodisfazzjon ... iżda din il-Presidenza għandha ħafna sfidi' Issa George Vella ilu aktar minn sena President. L-ILLUM staqsiet lis-Sinjura Vella kif kienu dawn l-aħħar xhur għalihom, bil-First Lady minnufih tammetti li bħal kollox, fil-ħajja, issib is-sabiħ u l-ikrah. "F'dawn ix-xhur iffaċċjajna ħafna sfidi imma kien hemm ħafna mumenti ta' sodisfazzjon kbir," saħqet Vella. Tispjega kif bħalissa qed jinħass in- nuqqas ta' attivitajiet u ta' żjarat li jġibuk qrib il-poplu, u dan qed ikollu impatt ħażin anki fuq ix-xogħol ta' volontarjat u għajnuna li tmexxi hi. Fi kliemha, il-ġbir ta' fondi hu bżonjuż għal dawk il-ħafna pazjenti u familji li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet kbar. "Din il-Presidenza għandna sfidi kbar. Il-Covid-19 ma għenitx. Ġabet id-dinja kollha għarkuptejha u aħna mhux speċjali. Imbagħad ikun hemm mumenti sbieħ ukoll. Allaħares kollox ħażin." Kien hawn li l-gazzetta ILLUM staqsiet lis-Sinjura Vella jekk qattx, f 'dawn ix- xhur, iddispjaċiha li daħlu għal din il- ħajja. Twieġeb fin-negattiv. Tgħid biss kif minħabba li l-impenji żdiedu sew, ma tantx għadu jkollha ħin ma' wliedha u n-neputijiet. Kompliet tisħaq kif kull rwol iġib responsabbiltajiet miegħu, u hi adattat faċilment f 'din il-ħajja ġdida. Fil-Palazz ta' Sant'Anton tinsab komda u kuntenta u faħħret ħafna lill-istaff. Iżda possibbli, meta tara l-isfidi li kellu jiffaċċja l-President, qatt ma xtaqet li kieku dan kollu qatt ma seħħ u baqgħu kwieti d-dar u komplew igawdu l-pensjoni għall- kwiet? "Din konnha ħsibna ħafna fuqha. It-tnejn mhux żgħar u ġieli ħsibna kif setgħat tkun ħajjitna kieku ma dħalniex għal din l-isfida. Forsi konna nkunu aktar mistrieħa, kalmi u liberi, iżda nemmnu t-tnejn li aħna li stajna nkomplu nagħtu kontribut lill-pajjiż u s-soċjetà. Xejn ma jiddispjaċini li ħadna din id-deċiżjoni," saħqet. 'Osservajna r-regoli bħal kulħadd... immissjajt ħafna lit-tfal' Iż-żmien li, bħal ħafna familji Maltin, kellhom jingħalqu ġewwa minħabba l-virus, kien żmien diffiċli ħafna għas-Sinjura Vella, tant li hi stess, għal aktar minn darba, għamlet referenza għal dan tul l-intervista. L-aktar ħaġa li ddispjaċiha kienet li ma setgħetx tara lill-uliedha u lit-tfal tagħhom. "Waqaf kollox. Minn dak il-kalendarju mimli b'kollox – safar, attivitajiet u laqgħat – spiċċajna f 'sitwazzjoni ta' iżolament, bħal kull min kien jitqies vulnerabbli skont id- direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Almenu konna ninżlu sal-ġnien u naqraw xi kotba u nsegwu l-aħbarijiet, imma r-rutina ta' kuljum sfumat fix-xejn. Kulħadd għadda minn żmien diffiċli, inklużi George u jien," saħqet is-Sinjura Vella. Issa xi it jew wisq, anke jekk il- pandemija għadha fostna, l-affarijiet reġgħu bdew jiċċaqilqu u għalhekk il-ġurnata tal- President u s-Sinjura tiegħu bdiet timtela' wkoll. "Almenu issa qed noħorġu it, dejjem fl-osservanza tar-regoli. Anke George qed ikollu it laqgħat barra mill-Palazz," kompliet tirrakkontalna. X'inhu l-irwol tal-First Lady? Staqsejtha x'inhu l-irwol tagħha bħala First-Lady u jekk għandhiex affarijiet jew inizjattivi li tmexxi hi. Semmiet minnufih il-kampanja tal-Piggy Bank, dak il-karus li jitqassam fl-iskejjel u lilhinn biex anke t-tfal jieħdu sehem fl-Istrina. "Din is-sena ġietna l-idea li nqabbdu lit-tfal jagħmlu t-tpinġijiet ta' xi tfisser għalihom din l-inizjattiva u anke jpinġu dwar dan iż-żmien li fih kienu d-dar. Minn dis-sena l-karus mhux se jkun tal-plastik, ħalli nieħdu ħsieb l-ambjent. Se jkun tal- kartun u fuqu se jkun hemm it-tpinġijiet li għamlu t-tfal," kompliet is-Sinjura Vella. Tgħidilna li x-xewqa tagħha hija li, jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu, it-tfal u l-ġenituri tagħhom jitlaqqgħu fil-Palazz biex il-President u hi miegħu jkunu jistgħu jirringrazzjawhom. Ovvjament, kollox jiddependi mis- sitwazzjoni tal-pandemija. Għal Jum il- Mara, is-Sinjura Vella kellha l-aħħar attività kbira qabel il-Covid. Fakkret kif Jum l-Omm ġie fi żmien meta l-attivitajiet kienu wieqfa u xorta rat kif tgħin lin-nisa li jgħixu fix-xelters li jagħtuhom kenn minħabba l-vjolenza domestika b'ġest altruwista. Għal Jum il- Missier saret attività oħra, bil-miżuri ta' mitigazzjoni, fejn ġew mistiedna missirijiet li għaddew minn sfidi u li fosthom sabu l-għajuna tal-MCCFF. "It-talbiet għall-għajnuna mhux se jistennew il-pandemija tgħaddi. Dawk baqgħu ġejjin u bqajna naraw kif se ngħinuhom. Bqajna niltaqgħu kull ġimgħa biex żgur ma nħallu lil ħadd jistenna," saħqet is-Sinjura Vella. Ta' min isemmi wkoll ix-xogħol li twettaq is-Sinjura Vella fi ħdan diversi strutturi, inkluża l-MCCFF inifisha, bħall-Bord tas- Soċjal, biex tingħata l-assistenza medika, u kultant anki finanzjarja, lil min ikollu bżonn. Is-Sinjura Vella hija wkoll attiva ma' strutturi oħra bħalma huma l-Hospice Movement, u tagħti wkoll sehem f 'diversi kampanji bħal ma hija dik ta' kontra l-vjolenza domestika. Id-dar jew il-Palazz? L-ikel tagħha jew tal-kok? Ħallejna it il-Covid-19 warajna u anke l-irwol uffiċjali tas-Sinjura Vella u komplejna nitkellmu magħha dwar aspetti mill-ħajja ta' kuljum. X'tippreferi Miriam Vella? Id-dar taż- Żejtun jew Sant'Anton? "Id-dar nimmissjaha. Kelli nżarma ħafna affarijiet minnha qabel tlaqt. Meta naraha żarmatha, taqbadni ħlewwa ta' qalb. Inħoss in-nuqqas taż-Żejtun u taż-Żwieten, li dejjem irrispettawna. George kien tabib tajjeb ħafna u maħbub. Iżda hawnhekk, fil-Palazz ta' Sant'Anton, ninsab kuntenta ferm ukoll." Qaltilna. Meta kienet id-dar, Miriam Vella kienet issajjar hi, inkluż għat-tfal meta kienu jmorru jieklu għandhom fil-Ħdud. Illum issib l-ikel lest. X'tippreferi? "Ma kontx xi koka prima għall-bidu. George dejjem isemmi kif, meta konna għadna miżżewġin friski, ma tantx kont ninqala', iżda wara it ħadt il-qagħda sew u kont naqla' ħafna kumplimenti, kemm mingħandu kif ukoll mingħand it-tfal. Is- sigriet kien li nsajjar b'imħabba," irrakkontat. "L-ikel tal-Palazz inħobbu ħafna u vera jieħdu ħsieb li jkun ikel ġenwin u tajjeb għas- saħħa. Li ma tkunx ippreparajt inti, jinżillek għasel," tgħidilna bid-daħka simpatika tagħha. 'Meta ninżel iż-Żejtun, xorta mmur s'għand tal-merċa' Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' għall-ewwel darba mas-Sinjura Miriam Vella biex issir tafha aħjar. X'tippreferi? Id-dar jew San Anton? L-ikel tagħha jew tal-kċina tal-Palazz? Kif qattgħuh iż-żmien meta kellhom jissakkru fil-Palazz minħabba l-pandemija? Għandha rimorsi? It-tfal jistgħu jmorru jżuruha? MIRIAM VELLA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020