Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 'B'€400 paga inqas kif se naħdem karru? Il-Karnival għandu jitħassar minn issa' YENDRICK CIOFFI Il-Karnival fadallu sa Frar iżda diversi dilettanti tal-Karnival ikunu bdew jaħsbu jekk mhux diġà jkunu bdew jiltaqgħu fl- imħażen, biex iħejju l-karru u anke jibdew jaħsbu għaż-żfin u l-kostumi. Madanakollu, din is-sena, minħabba l-imxija tal- Covid-19, hemm inċertezza kbira u diversi dilettanti li tkellmu mal- gazzetta ILLUM saħqu li għalihom se jkun kważi kważi impossibbli li jtellgħu l-kumpanija u minkejja li l-Karnival huwa ħajjithom, huma stess insistew li għandu jitħassar minnufih. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li kien hemm kumpanija li diġà infurmaw liż-żeffiena tagħhom li s-sena d-dieħla mhux se jkunu qed jieħdu sehem. 'Il-Karnival għandu jkun pospost minn issa ... jekk le se jsalbuna' Wieħed mill-parteċipant, li ma xtaqx li nxandru ismu u li għandu kumpanija tal-Karnival, insista li ma jistax jiem kif il-kumitat organizzativ se jistenna sa Ottubru (ara aktar 'il quddiem) biex jiddeċiedi dwar jekk il-Karnival hux se jsir jew le. Fi kliemu, anke jekk il-każi jonqsu u l-pandemija tisparixxi, ħafna mid-dilettanti ma jifilħux jidħlu għall-ispejjeż "Jekk il-Karnival mhux se jkun pospost se jsalbuna. Iż-żeffiena ma jridux jinżlu għaż-żfin għax qed jibżgħu, sponsors mhux se nsibu u hemm minn spiċċa bla xogħol. Għidli inti jekk leader spiċċa bla xogħol kif se jiflaħ jonfoq €15,000 fuq karru," spjega magħna dan id- dilettant. Fakkar li anke l-fatt li fl-attivitajiet organizzati ma jistax ikun hemm gruppi ta' aktar minn għaxar persuni miġbura fi grupp wieħed, se jkun qed jagħmel il-Karnival impossibbli li jsir, dejjem jekk ir- restrizzjonijiet jibqgħu dawk li huma. "Kieku mix-xahar id-dieħel irridu nibdew nippreparaw għaż- żifna. Kif se niġbru 40 persuna ġo sala waħda," insista magħna. "U x'jiġri jekk tagħmel xhur taħdem u ħmistax qabel il-Karnival ikun hemm xi membru tal-kumpanija tiegħek li jirriżulta pożittiv għall- virus? Se niġu skwalifikati u narmu l-ħidma kollha?" Propju għalhekk li dan l-istess leader insista li fl-opinjoni tiegħu l-Karnival għandu jkun pospost minn issa u ma jaraw għaliex id-deċiżjoni għandha tittieħed f 'Ottubru. "Żeffiena qed iħassru għax qed jibżgħu. Hemm min spiċċa bla xogħol? Kif se jħallas għall- kostum? Hemm leaders li jaħdmu għal rashom u li xogħolhom ġie affettwat. Kif se joħorġu dawk il- flejjes kollha? Anke jekk il-każi jonqsu, se jkun hemm min mhux se jkun jiflaħ," temm jisħaq. 'Sa Novembru nkun diġà ħriġt €10,000 ...' Parteċipant ieħor li l-gazzetta ILLUM tkellmet miegħu, ukoll insista li l-Karnival għandu jitħassar minn issa u meta mistoqsi għaliex ma jaqbadx u ma jiħux sehem hu, insista magħna li ma jaqbillux jagħmel dan, għax inkella jispiċċaw iwaqqgħuh sezzjoni. "Jiena spiċċajt b'€450 inqas paga. L-ispejjeż qed inħosshom doppji. Diġà nfaqt €300 ħadid. Biex tixtri mutur illum malajr trid €500. Għandi tnejn irrid nirranġahom. Għandi mal-€200 il-wieħed," insista magħna dan il-parteċipant. "La qalulna nkomplu, ma nistax ma nagħmel xejn. Fis-sezzjoni tiegħi hemm il-kompetizzjoni." Saħaq ukoll kif ħafna mill- voluntiera huma żgħażagħ ta' madwar l-14-il sena u l-ġenituri tagħhom, bir-raġun, mhux qed iħalluhom jinżlu l-maħżen. "Kif se naħdmu karru b'erba' min-nies biss," kompla jisħaq. "Kif inhi s-sitwazzjoni ma tistax tlaqqa' ħafna nies. Fil-maħżen, meta l-ħidma tikkarga, ġieli nkunu 20. Anke għaż-żifna, hawn min jiġi bit- tfal ukoll." Kien għalhekk li insista li jekk għandha tittieħed deċiżjoni, din għandha ttieħed issa u mhux f 'Ottubru. "Sa Novembru jien inkun diġà nfaqt €10,000," insista. Temm jisħaq li l-Kumitat għandu żewġ għażliet. Jew li jħassar kollox jew almenu jiddeċiedi li s-sena d-dieħla l-Karnival isir fuq skala iżgħar u mingħajr kompetizzjoni, għax hekk l-ispejjeż, bla ma trid, se jonqsu għal kulħadd. Normalment malli jidħol Settembru u anke qabel, il-kumpaniji tal-Karnival jibdew iħejju ż-żfin, il-kostumi u l-karrijiet tagħhom. Iżda x'qed jiġri din is-sena? Il-Karnival se jsir? Jekk id-deċiżjoni tkun li jsir, il- leaders jifilħu joħorġu flus? Se jsibu sponsors? Iż-żeffiena se jħallsu l-mijiet għall-kostum? L-ILLUM titkellem mad-dilettanti u l-organizzaturi Dwar dan kollu, il-gazzetta ILLUM tkellmet mad-Direttur Artistiku tal-Karnival ta' Malta, Jason Busuttil li spjega kif għaddejin diskussjonijiet kontinwi mal-għaqda li tirrappreżenta lill-parteċipanti.Mistoqsi dwar it-tħassib li diversi dilettanti tal-Karnival urew mal-gazzetta ILLUM, anke għax kieku dalwaqt iridu jibdew jaħdmu, Busuttil insista li hemm qbil li f 'nofs Ottubru se tkun qed tittieħed deċiżjoni finali dwar jekk il-Karnival għas-sena d-dieħla hux se jsir jew le."Sadanittant aħna ma nistgħux nibqgħu idejna fuq żaqqna u se nkomplu bil-preparamenti kollha neċessarji," insista Busuttil. "Għalissa kollox business- as-usual. Mhux aħna biss ħriġna l-poster tal- Karnival 2021. Karnivali oħra madwar id-dinja, fosthom Reggio Calabria fl-Italja, ukoll għaddejin bil-preparamenti tagħhom u hemm min ukoll ippubblika l-poster tiegħu." Madanakollu, Busuttil irrikonoxxa li jekk ir- restrizzjonijiet jibqgħu dawk li huma, fosthom anke li persuni ma jistgħux jitlaqqgħu fi gruppi kbar, se jkun impossibbli li l-Karnival isir, waqt li fakkar li kumpanija taż-żfin ikollha xejn inqas minn 40 parteċipant miġbura flimkien. "Se nieħdu kollox inkonsiderazzjoni. Kemm ir-restrizzjonijiet u anke s-sitwazzjoni personali tal- parteċipanti. Qed naħdmu id f 'id magħhom u f 'Ottubru se niddeċiedu," Busuttil. Mistoqsi dwar kumpaniji li ddeċidew li s-sena d-dieħla ma jiħdux sehem, Busuttil saħaq li għandux din l-informazzjoni. Anzi insista li kollox jindika li jekk il-Karnival isir se jkun hemm numru rekord ta' parteċipanti. 'Għalissa business-as-usual ... deċiżjoni f'Ottubru' – Jason Busuttil Id-Direttur Artistiku tal-Karnival ta' Malta, Jason Busuttil L-ILLUM tinsab infurmata li kumpaniji diġà bdew jinfurmaw liż-żeffiena li s-sena d-dieħla mhux se jieħdu sehem fil- Karnival

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020