Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 12 59 55 74 88 16 73 58 New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi St. Bartholomew Pharmacy, 230, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera D'Argens Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira Balluta Pharmacy, 30, Triq il-Kbira, San Ġiljan Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (pre- viously "Agius Pharmacy"), Paola Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, Isla Milia's Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka (previously "San Tumas Pharmacy"), Marsascala Health Junction Pharmacy, Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba De Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ Spiżerija Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Joyce's Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 5 BAĦAR: Qawwi L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Grieg il-Lvant forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar il-Lbiċ forza 4 BAĦAR Qawwi Grupp ta' żgħażagħ Maltin jorganizzaw kungress Ewropew fuq is-saħħa mentali BEJN it-22 ta' April u l-Ħadd 29 t'April, grupp ta' żgħażagħ Maltin se jkunu qegħdin itellgħu kungress b'differenza. Il-kungress li għalih mistennija jattendu 200 student tal-psikoloġija madwar l-Ewropa se jkun qed jsir ġewwa l-Paradise Bay Hotel ,se jkun qed jolqot it-temi tas-saħħa mentali, il- personalità u d-diversità. Il-ħidma sabiex jittella' dan il-kungress ilha għaddejja 'l fuq minn sentejn u apparti milli jiddiskuti temi relatati mas-saħħa mentali dan se jkun qed jgħaqqad flimkien aspetti soċjali relatati mal-kultura Ewropea, l-istorja ta' Malta u l-aspett xjentifiku relata mal-kultura soċjo-psikoloġija Ewropea. Il-Kungress tal-EFPSA qed jiġi mtella' bl-għan li jwitti t-triq għal aktar għarfien fuq tema li potenzjalment hemm bżonn ta' iktar riċerka u edukazzjoni fuq skala nazzjonali u globali, dik tas-saħħa mentali. PN: 'Il-Gvern sfida lill-Parlament' ILPARTIT Nazzjonalista qal li n-nies jixirqilhom li jkunu jafu jekk hux veru li l-Gvern awtorizza kumpanija privata Awstraljana sabiex tħaddem impjant tal-kannabis mediċinali f 'Malta fuq medda ta' 4,000 metru kwadru ta' art pubblika mogħtija mill-Malta Enterprise. Dan wara li l-midja rrappurtat stqarrija ta' din il-kumpanija li saret b'rabta ma' talba għall- finanzjament fil-Borża tal- Awstralja. Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li kull 'letter of intent', liċenzja jew kull awtorizzazzjoni oħra dwar dan tista' tinħareġ biss bis-saħħa ta' liġi li għadha ma ġietx approvata mill- Parlament. Jekk l-istqarrija li għamlet il-kumpanija Awstraljana hija minnha, dan ikun ifisser li l-Gvern sfida l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, f 'qasam li huwa sensittiv. "Mingħajr dewmien, il- Gvern għandu jispjega jekk hux minnu li ħareġ 'letter of intent', ta xi kuntratt jew awtorizzazzjoni lil din il- kumpanija jew xi kumpaniji oħra biex issir attività marbuta mal-produzzjoni tal- kannabis għall-użu mediku." Tifel ta' sitt snin jintlaqat minn karozza f 'Tas-Sliema ILBIERAĦ, għall-ħabta tal-11:30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq C. De Brocktorff, l-Imsida, minħabba inċident tat-traffiku. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li tifel ta' 6 snin, għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip BMW 420D li kienet qiegħda tinstaq minn mara Russa ta' 39 sena, li toqgħod Tas-Sliema. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018