Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 15 ta' April 2018| illum Aħbarijiet LEKS plejer Norveġiż, John Arne Riise li fil-passat lagħab ma' diversi clubs fosthom Liverpool u Roma, li magħhom rebaħ diversi unuri fosthom l-UEFA Champions League sostna ma' din il-gazzetta li fil- jiem li għamel Malta prova joħloq diversi kuntatti sabiex plejers Maltin jibdew jimxu fl-leagues ikbar. "It-Tlieta li għadda tkellimt mat-tim ta' Valletta bl-għan li possibbilment nibdew nagħmlu xi negozjar, nixtieq li plejers Norveġiżi jibdew jimxu fl-Ewropa u plejers Maltin jimxu f 'leagues ikbar," saħaq Riise. F'Novembru tas-sena 2017, wara li uffiċjalment irtira mill-futbol professjonali Riise waqaf il-Kumpanija tiegħu Europe Global FInest Athletes u beda jopera bħala aġent tal-plejers. Riise li huwa ambaxxatur tal-kumpanija Bettson Global, saħaq mal-ILLUM li verament xtaq jilgħab fit-tim preżenti ta' Liverpool taħt it-tmexxija tal-kowċ Ġermaniż, Jurgen Klopp. Apparti minn dan, meta mistoqsi minn din il- gazzetta liema timijiet jixtieq jara fil-finali taċ-Champions League hu kien pront biex jgħid "Liverpool kontra Roma tkun verament finali tal-ġenn," sostna Riise b'daħka fuq wiċċu. Riise kien parti mit-tim ta' Liverpool li rebaħ il-UEFA Champions League tal-2004- 05 kontra tim ta' AC Milan tim li dak iż-żmien kien meqjus fost l-aqwa fl-Ewropa. Wara half time biss f 'Istanbul, it-tim ta' Liverpool kien diġà sofra 3 gowls, però fit-tieni half surrealment għamlu rimonta u spiċċaw rebħu l-logħba fil- penalties. Fid-dawl ta' din il-logħba storika, din il-gazzetta staqsiet lir-Riise dwar xi ntqal fid-dressing room f 'dak il-half-time. Mal-ILLUM, Riise irrakkonta li "il-kowċ Rafa Benitez mill-ewwel bidel it-tattika u qalilna biex naqilbu għall-formazzjoni ta' 3-5-2, imbagħad qalilna 'isimgħu l-fans'. Kif bdew ikantaw l-innu, tatna enerġija liema bħala. Imbagħad Steven Gerrard ġabarna flimkien u qalilna isimgħu l-aħwa qegħdin hawn għall-fans; ejja mmorru u nerbħu t-tieni half, jekk inġibu gowl nirbħuha." Mistoqsi wkoll jekk jaħsibx li-Andrew Robertson il-full back Skoċċiż li nagħqad mal-Liverpool fis-sajf li għadda huwiex sostitut tajjeb għalih. B'ton skjett Riise qal li "għalkemm għall-bidu ma kienx l-għażla preferita tiegħi, wara l-ewwel prestazzjoniiet tiegħu deher plejer tal-ġenn, b'saħħtu, aġili u tajjeb biex jattakka. Nixtieq li jibqa' għaddej b'dan ir-rittmu." Riise beda l-karriera tiegħu fin-Norveġja ma' Aalesun, huwa kompla l-karriera professjonali tiegħu mal-klabb Franċiż ta' Monaco. Sentejn wara fl-2001 huwa ngħaqad ma' Liverpool għall-4 miljun sterlina. Fis-seba' snin ma' Liverpool Riise lagħab 231 darba u skurja 31 gowl.Riise huwa l-iktar plejer li qatt lagħab għat-tim nazzjonali Norveġiż. Fil-karriera tiegħu huwa lagħab ma' diversi timijiet fosthom, Liverpool, Fulham, AS Roma, Monaco, Delhi Dynamos, APOEL u Chennaiyin FC. Apparti minn hekk Riise ilu għal dawn l-aħħar 6 snin jaħdem ma' Bettson Group bħala ambaxxatur u flimkien jaħdmu fuq diversi proġetti. Eks plejer tal-Liverpool FC jixtieq jibda jgħin plejers Maltin lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Eks plejer tan-Norveġja, lagħab fil-Premier League u Seria A, rebaħ iċ-Champions League. Kien Malta din il-ġimgħa u tkellem mal-gazzetta ILLUM.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018