Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet tas-sessjoni illi Facebook huwa "idealistiku u ottimist, dejjem rajna t-tajjeb. In-nies illum għandhom l-għodda importanti biex jibnu komunitajiet u jżommu kuntatt mal-qraba. Iktar minn 70 miljun jużaw facebook biex jespandu, apparti ġbir ta' flus...(u jsemmi l-ġbir ta' fondi għal vittmi ta' Hurricane Harvey)." Imma kif Facebook m'għamel xejn? Zuckerberg, f 'parti inqas kredibbli mix-'xhieda' tiegħu, qal fis-sessjoni illi malli saru jafu, neħħew l-app li uża Kogan u ordnaw lil Cambridge Analytica biex jieqfu jużaw l-informazzjoni li ġiet f 'idejhom. Hu ammetta li fil-fatt ma ġarax hekk. Mistoqsi imma jekk komplewx jiġru warajhom biex ikunu ċerti li din l-informazzjoni ma baqgħetx tintuża , huwa wieġeb li għalihom sa dak il-ħin kien 'case closed'. Jew ma kienx qed jgħid il- verità jew inkella vera 'naive'. Se jibqa' b'xejn... Zuckerberg serraħ ras il- madwar 2 biljun persuna li jagħmlu użu minn Facebook illi din il-paġna se tibqa' b'xejn jew għallinqas kliemu eżatt kien: "dejjem se jkun hemm servizz ta' Facebook li jkun b'xejn..." Mistoqsi mis-Senatur li kien qed jistaqsi dak il-ħin, Zuckerberg qal illi d-dħul ta' Facebook jibqa' marbut mar- riklamar. Kif jaslu għandek ir- riklami fuq Facebook? Zuckerberg jiċċara illi Facebook qatt ma jagħti informazzjoni dwar il- membri lil kumpaniji tar- riklamar. Fil-grilling jiċċara bl-aktar mod inekwivoku kif jaħdem ir-riklamar li tkun qed tara int. Mela immaġina li inti tgħid, jew turi ritratti jew inkella tagħmel 'likes' fuq ritratti ta' platti tal-għaġin. Mela issa Facebook jaf li inti tħobb tiekol l-għaġin. Kumpanija li tbigħ/ timporta l-għaġin tmur fuq facebook u tgħidilhom li trid tirriklama l-prodott fuq Facebook. Il-Facebook ikun jaf li inti flimkien ma' mijiet, eluf jew miljuni l-oħrajn iħobbu l-għaġin u jitfa' dak ir- riklam biex tarah int u dawk il-miljuni. Imma Facebook, qal Zuckerberg, qatt ma jagħti l-informazzjoni lil parti terzi. Zuckerberg ifakkar kif huwa int li għandek il- kontroll totali fuq dak li jidher, għax huwa int li tikkontrolla x'titfa' fuq Facebook. Zuckerberg jiġġustifika dan il-proċess billi jgħid illi għal ħafna l-problema mhix ir-riklam perse, imma kemm dak ir-riklam ikun verament rilevanti għal min qed jarah. Imma kif jiġbor l-informazzjoni? 'Jiena nispera li qatt ma jkun hemm sorpriżi fil-mod kif niġbru l-informazzjoni," jgħid Zuckerberg fit-tieni siegħa ta' din is- sessjoni. Huwa qal illi Facebook tieħu l-informazzjoni permezz ta' żewġ modi differenti: 1) Skont il-kontenut li l-membri ta' Facebook ikunu qegħdin jitfgħu fuq Facebook, u 2) informazzjoni speċifika ta' liema riklami tkun qed tagħfas u tidħol fihom. Interessanti kif Zuckerberg ma setax jirrispondi mistoqsija ta' senatur ieħor li staqsa jekk Facebook jiġborx ukoll informazzjoni mill-apparat li tkun qed tuża, minn fejn tkun qed tuża Facebook iżda meta Facebook ikun mitfi. Dan ifisser li Zuckerberg ma setax iwieġeb jekk Facebook ikunx qed jara x'siti qed tidħol fihom meta ma tkunx fuq facebook imma tkun qed tuża l-istess laptop/kompjuter. Il-paġna ta' Facebook hija tiegħi... imma vera? Hawn ħafna li jgħidu illi l-paġna ta' Facebook hija tagħhom u allura jagħmlu u jitfgħu li jridu, imma fil- verità hija tiegħek jew le? Mistoqsi Zuckerberg kien ċar, "We own all content on Facebook", jiġifieri l-kontenut li titfa' fuq Facebook avolja jikkonċerna lilek mhux tiegħek, sakemm tibqa' membru ta' Facebook. Libertà. Imma mhux li toffendi... Parti mis-sessjoni, kif mistenni għax il-Facebook huwa forma ta' midja, daret fuq il-libertà tal-espressjoni. Zuckerberg kien mistoqsi jekk il-Facebook hux verament newtrali jew inkella jekk tapplikax ċensura għal opinjonijiet li magħhom ma taqbilx. Huwa għamilha ċara li l-unika ċensura ta' Facebook huwa f 'każ ta' espressjoni ta' mibgħeda, razziżmu u terroriżmu. "Nifhem li qed noperaw minn Silicon Valley fejn jaħdmu iktar nies li huma xellugin, imma aħna qatt ma nistqasu l-orjentazzjoni politika u lanqas inħaddmu nies skont l-affiljazzjoni politika tagħhom... Zuckerberg qal ukoll iżda illi f 'dak li għandu x'jaqsam ma' espressjoni ta' mibgħeda, teżisti diffikultà minħabba l-lingwa għax wieħed jeħtieġ jevalwa x'jikkostitwixxi mibgħeda u le, f 'dik il-lingwa u kultura. Qed jagħmel xi ħaġa biex dan kollu ma jerġax jiġri? Iva. Zuckerberg meta mistoqsi dwar indħil politiku permezz ta' Facebook qal illi l-kumpanija li tagħha fundatur se tkompli ssaħħaħ l-Intelliġenza Artifiċjali biex taċċerta li ċerta propoganda jew messaġġi ta' mibgħeda jkunu ċċensurati qabel biss ma jkunu ppubblikati. Realtà intrinsika fis- soċjetà tal-lum Kuntrarjament għal prodotti li ġew qablu, bħall- MSN u l-MiRC, il-Facebook mhux biss ħalla effett imma sar parti intrinsika u kardinali mill-mod kif nikkomuminkaw, ma' min nikkomumikaw, x'riklami naraw, ma' min nassoċjaw ruħna u kif nagħtu l-opinjoni tagħna. Fil-verità minkejja r-riskji ovvji li jistgħu jesponu dak li suppost iżżomm privat, il-Facebook wassal għal demokratizzazzjoni tas- soċjetà hekk kif tat aċċess permezz ta' vuċi lil dawk illi mingħajr facebook ma jinstemgħu qatt. x'jidher minnha fuq FB) huwa f 'idejk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018