Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter ILĠIMGĦA l-oħra l-Awtorità tal-Ippjanar marret kontra l-parir tal-Awtorità għall- Ambjent (ERA) u approvat l-applikazzjoni ta' sanzjonar ta' strutturi illegali eżistenti f ' Delimara. L-ERA flimkien ma' diversi kumitati u għaqdiet fosthom id- direttorat tal-Agrikoltura u Din l-Art Ħelwa esprimew it-tħassib tagħhom fuq dan l-iżvilupp, minħabba l-fatt, li din hi żona ta' importanza ekoloġika u minħabba l-fatt li l-applikazzjoni tmur kontra l-politika ambjentali ta' Malta. Iż-żona inkwistjoni tinsab fi Triq Delimara, Marsaxlokk, f 'post magħruf bħala tat- Tumbrell, u l-individwu wara l-applikazzjoni talab li: jikkonverti pixxina illegali f 'ġibjun, titwaqqa' struttura eżistenti tal-ħadid, li jingħata s-sanzjonar ta' kamra eżistenti, ħitan esterni u l-grada ta' barra, iż-żona ġdida għall-forn, art artifiċjali fuq ħamrija agrikola u żona għall- ippranzar. Fid-dawl ta' dan, l-ERA qalet li "skont il-proposti tal-applikant, kien ċar biżżejjed li dan l-iżvilupp ma kienx wieħed agrikolu, iżda pjuttost wieħed ta' kummerċ jew ta' użu rikreattiv u għalhekk m'għandhomx jiġu aċċettati." Apparti minn hekk l-ERA rrimarkat li hi kontra l-prattika li l-ewwel isir l-iżvilupp u mbagħad l-applikant japplika għal sanzjonijiet. Ir-rapport tal-uffiċjal inkarigat mill-każ (case officer), kompla jispjega kif "l-illegalitajiet m'għandhomx ikunu sanzjonati għaliex dawn imorru kontra kull politika rispettiva dwar l-ambjent." Dan is-sanzjonar kien irrifjutat minn kemm il- Kumitat Konsultattiv Agrikolu tal-Awtorità tal-Ippjanar (AAC) u kif ukoll l-ERA. Apparti minn dan skont l-istess rapport iż-żona taqa' taħt diversi ristrezzjonijiet ambjentali minħabba li hi ta' importanza ekoloġika u li tagħmel parti miż-żona ta' park nazzjonali. L-NGO ambjentali Din l-Art Ħelwa sostniet li l-ebda sanzjonar ma għandu jiġi kkunsidrat f 'żona ODZ filwaqt li żiedet tgħid li kull struttura illegali żgħira jew kbira f 'żona ODZ għandha tiġi mwaqqa' u terġa' tiġi art agrikola. Minkejja dan kollu nhar l-14 ta' Marzu ta' din is-sena l-Awtorità tal-Ippjanar xorta waħda ddeċidiet li tissanzjona tali illegalitajiet. Il-pixxina, il-paviment u l-ħitan oriġinali… Attwalment il-pixxina mibnija illegalment tokkupa 30m u l-pavimentar ta' madwarha jokkupa żona ta' bejn wieħed u ieħor 66m. Iż-żona l-oħra ta ta' 200m qiegħda tintuża bħala żona ta' parkeġġ, bir-rapport jgħid li dan irriżulta għal telf kbir ta' art agirkola u L-Awtorità għall-Ambejnt oġġezzjonat, il-Kumitat Konsultattiv Agrikolu oġġezzjona, id-Dipartiment tal-Agrikoltura oġġezzjona, Din l-Art Ħelwa oġġezzjonat… imma l-permess ħareġ xorta L-PA tagħti l-barka għall-istrutturi Is-sit antik Is-sit illum MINKEJJA illi pajjiżna huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea illi fih sar progress fil-qasam tad-drittijiet ċivili, għadha teżisti diskriminazzjoni fl-għoti tad- demm fuq il-bażi li s-settur ta' persuni omosesswali (irġiel) għadu meqjus bħala wieħed ta' riskju għoli għal mard li jittieħed sesswalment. Minn riċerka li għamlet din il-gazzetta permezz ta' telefonata nistgħu niżvelaw fiċ-ċert illi d-Dipartiment tal-Għoti tad-Demm f 'Malta ma jaċċettax demm ta' persuni omosesswali b'mod awtomatiku. Fit-telefonata din il-gazzetta għamlet tabiruħha li xtaqet tagħti d-demm. Il-ġurnalist qal biss li jixtieq jagħti d-demm u qal li hu gay, mingħajr ma daħal f 'dettalji dwar il-ħajja sesswali tiegħu u jekk allura huwiex qed jieħu sehem f 'attività li tgħolli r-riskji ta' mard sesswali. Minkejja dan, it-tabiba preżenti dak il-ħin iċċarat mill- ewwel li jekk raġel qatt kellu x'jaqsam sesswalment ma' raġel ieħor, imqar darba biss f 'ħajtu, dan ma jibqax eliġibbli biex jagħti d-demm. Dan ifisser illi s-sistema f 'Malta hija tali li persuna omosesswali hija mill-ewwel eskluża minn dan il-proċess qabel biss tkun ittestjata għal HIV jew kwalunkwe tip ta' mard ieħor. Kienet il-Kummissjoni Ewropea stess li lura fl-2011, ironikament permezz tal-eks Kummissarju Malti John Dalli, iddikjarat din il-prattika bħala kuntrarja għad-Direttiva tal-UE, u allura kontra l-liġi. F'risposta lill-Grupp favur Drittijiet ta' persuni LGBTIQ fi ħdan il-Parlament Ewropew, Dalli qal hekk; "Il-Kumissjoni tfakkar però li f 'termini ġenerali d-direttiva tal-Kummissjoni Ewropea li timplimenta d-direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill... Stati Membri għandhom jiddefirixxu donaturi li għandhom imġiba sesswali li tpoġġihom f 'riskju għoli li jkollhom diversi mard li jkun trażmess bid-demm. Il-Kummissjoni tinnota f 'dan ir-rispett illi 'mġiba sesswali' mhix identika għal 'orjentazzjoni sesswali.' Il-Kummissjoni Ewropea, permezz ta' John Dalli, kienet fakkret illi kull Stat Membru, inkluż Malta, kellha taderixxi ma' dawn id-direttivi. Xi ħaġa li jidher ċar li mhux qed nagħmlu s'issa bħala pajjiż. Din il-kwistjoni reġgħet Fi tweġiba lill-għaqda LGBTIQ John Dalli kien fakkar illi d-direttiva tal-UE titratta 'mġiba' mhux 'orjentazzjoni' sesswali Kien Kummissarju Malti li ddikjara l-projbizzjoni agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018