Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 Intervista 12 I l-Whip tal-Partit Nazzjonalista, Robert Cutajar qal li t-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija mhux qed tiem li l-aktar kwistjoni li qed tinkwieta lill-Maltin hija l-kriminalità u marbuta magħha n-nuqqas ta' sigurtà. Cutajar, li huwa wkoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali saħaq li filwaqt li fl-aħħar snin il-pulizija ddaħħlu bil-mijiet, ħadd ma jaf fejn marru, waqt li insista li hawn għases tal- Pulizija b'nuqqas ta' riżorsi u anke lokalitajiet li għadhom mingħajr għassa. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Cutajar wara li l-ġimgħa li għaddiet, il- Partit Nazzjonalista nieda 80 proposta għall-Kunsilli Lokali, fejn fost it-temi ewlenin, jitrattaw ukoll is-sigurtà. Staqsejna lil Cutajar għalfejn dan id-dokument jitratta daqshekk il-kwistjoni tas-sigurtà, meta l-Pulizija ma jaqgħux taħt ir- responsabbilità tal-Kunsilli Lokali. Kien hawn li saħaq li d-dokument jitkellem dwar koperazzjoni akbar li għandu jkun hemm fil-lokalitajiet bejn il-Kunsill Lokali, il-Pulizija u anke l-Gwardjani Lokali. "In-nuqqasijiet mhux tal- pulizija iżda tas-sistema" Tul l-intervista sħiħa, Robert Cutajar insista li l-punt tat- tluq u kardinali għandu jkun li jsir 'Social Impact Assessment' biex fi kliemu jipprovdi 'ritratt' ta' kull lokalità u għalhekk il-ħidma tal-Kunsilli Lokali u anke tal-Pulizija, tkun ibbażata u mmirata biex tindirizza r-realtajiet ta' kull lokalità. Qal li skont il-liġi, kull xahar, il-pulizija suppost jiltaqgħu mal-kunsilli lokali, iżda staqsa kemm fil-verità dan qed isir. "Il-pulizija ma tistax taħdem waħedha," insista Cutajar waqt li reġa' tkellem fuq l-importanza tas- 'Social Impact Assessment.' "Għandhom ikunu l-kunsilli li jiddentifikaw il-ħinijiet, il-mumenti u ż-żoni fejn il-Pulizija għandhom ikunu preżenti." Cutajar kompla jispjega li jaf b'każijiet fejn f 'ċertu lokalitajiet ma jkunx hemm pulizija meta tibda jew tispiċċa l-iskola waqt li semma każijiet ta' abbuż ta' droga li jsir viċin skejjel u postijiet frekwentati mit-tfal. Apparti l-iskejjel, Cutajar semma wkoll id-duttrina u anke l-ħinijiet tat-taħriġ tal-futbol tat-tfal u staqsa għalfejn ma għandux ikun hemm pulizija preżenti f 'dawn il-ħinijiet differenti tal-ġurnata fejn ikun hemm konċentrazzjoni tat-tfal. "In-nuqqasijiet mhux tal- pulizija iżda tas-sistema," saħaq id-Deputat. "Kif taċċetta li fil-Mellieħa l-għassa tagħmillek seba' ġimgħat mingħajr karozza tas- servizz?" Kien hawn li Cutajar semma waħda mill-proposti ewlenin ta' dan id-dokument, jiġifieri l-introduzzjoni tal-'Community Policing.' Dan ifisser li f 'kull lokalità jkollok numru ta' pulizija 24 siegħa kuljum, liema grupp ta' pulizija jkunu dejjem l-istess u jkunu familjari mal-lokalità u anke r-residenti. Mistoqsi jekk hemmx studji li juru kemm taħdem din il-proposta, Cutajar insista li l-proposti huma riżultat ta' konsultazzjoni wiesgħa, fosthom anke ma' esperti fil-Korp tal-Pulizija. "Dan id-dokument huwa doable mill-bidu sal-aħħar." U dwar Paceville u l-Qawra? Id-dokument ma jsemmi xejn dwar il-Pulizija f 'Paceville jew is-sejħa biex tikber l-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra. Dwar dan, Cutajar insista li d-dokument ma jsemmi l-ebda lokalità, iżda qal li r-riżorsi umani f 'dawn il-lokalitajiet huma importanti. "Jiena missier u rrid inkun moħħi mistrieħ meta t-tfal tiegħi jmorru Paceville," saħaq Cutajar. "Saru nuqqasijiet... il- fatti jitkellmu waħedhom." Iżda l-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Whip jekk il-Partit Nazzjonalista, meta jitkellem fuq il-kriminalità, hux qed jibbaża l-argumenti tiegħu fuq dak li jaħsbu n-nies u l-istħarriġ tal-Ewrobarometru biss jew inkella hux qed jibbaża fuq fatti u ċifri, anke fid-dawl li l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kemm-il darba qal li l-kriminalità f 'Paceville, qed tonqos. "Jgħid x'jgħid il-Ministru u ngħid x'ngħid jien, in- nies huma inkwetati," saħaq Cutajar mingħajr ma kkwota l-ebda prova li l-kriminalità qed tiżdied. "Kien hawn min ipprova jiġġustifika u qal li l-istħarriġ tal-Ewrobarometru sar ftit wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia... jekk naħsbu hekk inkunu qed naħarbu mill-problema," insista Cutajar. "Barranin iridu jifhmu li daħlu f 'ambjent u f 'kultura li hi tagħna l-Maltin" Id-dokument isemmi wkoll il-barranin f 'Malta u kif il- Kunsilli Lokali jistgħu jgħinu fl-integrazzjoni ta' dawn il- persuni fil-lokalitajiet f 'Malta. Jgħid hekk: "irridu jifhmu li issa qed jiffurmaw parti minn komunità ġdida li għandha tradizzjonijiet magħġunin b'valuri u li jridu jadattaw ruħhom għalihom." "Din integrazzjoni, jew assimilazzjoni? Il-PN x'qed jipproponi għal dawn in- nies?", staqsiet l-ILLUM. "Jista' jkun li mhux qiegħda daqstant ċara," ammetta Cutajar, iżda kompla jgħid li "huma wkoll iridu jerfgħu r-responsabbilità tagħhom u jifhmu li daħlu f 'ambjent u f 'kultura li hi tagħna l-Maltin." Konna qed nitkellmu fuq lokalitajiet bħal Buġibba u San Pawl il-Baħar fejn hija viżibbli l-preżenza ta' barranin li qed jgħixu kważi kważi f 'komunitajiet maqtugħin għalihom. "Il-kelma bilanċ hija importanti," saħaq Cutajar. "Iżda għall-barranin il-Partit Nazzjonalista x'qed joffri," staqsiet il-gazzetta. "Irridu nedukaw liż-żewġ naħat... jeħtieġ nifhmu li llum dawn huma parti mis-soċjetà tagħna... għandek mal-40,000 ħaddiem barrani f 'Malta li qed jaħdem b'mod regolari u fi klassi llum ikollok disa' studenti minn 15 li huma barranin... u din mhux sfida tal-Marsa jew San Pawl il- Baħar biss." Staqsejna wkoll lil Cutajar jekk jaħsibx li l-Partit Nazzjonalista qed jispiċċa jaqa' fin-nassa li bi kliemu jilliġetimizza sentimenti razzisti meta jitkellem fuq il-barranin u n-nuqqas ta' sigurtà li teżisti f 'ċertu lokalitajiet. "Assolutament le," wieġeb mill-ewwel Cutajar. "Imma ma tistax tippretendi li tiġi taqa' tqum mill-Maltin u minn darna u tagħmel ir- regolamenti għalik. Trid tkun responsabbli ta' għemilek dejjem u f 'kull ħin u kulħadd irid jaddatta." Insista li dan jgħodd ukoll għal Maltin li għandhom velleġġatura. Għandhom jintlaqgħu u l-kunsilli jieħdu ħsiebhom. Taqblu jew le li s-sindku jkun full-time? Mal-Kelliem tal- Oppożizzjoni, li kien ukoll Sindku tal-Mellieħa, tkellimna dwar jekk is-sindki għandhomx jaħdmu 'full- time,' anke għax il-Partit Nazzjonalista ddedika biss kapitlu żgħir dwar dan u li fih kważi kważi ma qal xejn, għajr li għandha ssir konsultazzjoni. "Mhux neskludu li s-sindki jistgħu jkunu 'full-time.' Sintendi li naqblu," qal Cutajar iżda saħaq li l-Ministru żbalja meta qabad u qal li dawn se jsiru 'full-time' mingħajr l-ebda konsultazzjoni. Staqsa kif se jaħdmu, jekk hux se jidħlu fl-iskala tal- Gvern u x'paga se jieħdu jekk bħalissa sindku jieħu kumpens pro-rata tal-paga ta' Membru Parlamentari, li lanqas hu ma jaħdem 'full- time.' "Min hu professjonist u huwa persuna valida se jkollu jitlaq il-professjoni?" "Jien ftit xettiku dwar sindki li ma jkunux residenti" U x'jaħseb Cutajar dwar is-sindki li mhux residenti fil-lokalità? Ma tistax tkun sindku tal-ġlekk u l-ingravata. L-ewwel ingredjent huwa li tkun tħobb il-lokalità tiegħek, insista Cutajar. Għalkemm id-dokument ma jsemmi xejn, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni qal li huwa xi ftit xettiku dwar sindki li ma jkunux qed jgħixu fil-lokalità. Filwaqt li saħaq li mhux qed jiġġudika l-ebda sindku, qal li "jekk tkun tqum u toqgħod fil- lokalità se tifhem aktar l-isfidi tar-residenti." Staqsejna wkoll lill-Whip jekk l-istess kunċett ta' sindku 'full-time' għandux japplika wkoll għall-kunsilliera, ġaladarba l-proposti tal-PN jiffukkaw ħafna fuq il-kuntatt tal-kunsill man-nies u l-irwoli tal-kunsilliera. Filwaqt li ma ċaħadx li dan jista' jkun possibbli, fakkar li kull kunsillier suppost ikollu rwol li jingħatalu mis-sindku fil- bidu tal-leġislatura. Għandna nkunu aktar kawti meta nagħżlu l-kandidati Mistoqsi dwar jekk il- politika għandhiex tinfired mill-kunsilli lokali, Cutajar insista li l-Partit Nazzjonalista jibqa' konsistenti. Qal li l-partiti għandhom jibqgħu jikkontestaw iżda insista li għandhom ikunu aktar kawti meta jagħżlu l-kandidati u importanti wkoll li l-kunsilli jitħallew jaħdmu fil-libertà. "L-ewwel interess ta' kunsillier ma għandux ikun il-partit iżda r-resident," saħaq Cutajar. "Ma għandekx tieħu d-deċiżjoni skont x'jaqbel lill- partit politiku." Meta staqsejna lil Cutajar jekk fil-konsultazzjoni dwar il-proposti, kinux inklużi wkoll sindki u kunsilliera Laburisti, il-Whip qal li 'Il-barranin iridu jifhmu li daħlu f 'ambjent ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Is-sigurtà, is-sindki, l-irwol tal-kunsilliera, il-finanzi tal-kunsilli u l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla. L-Illum titkellem mal-Whip tal- Oppożizzjoni Robert Cutajar. L-għassa tal-Mellieħa ġieli għamlet seba' ġimgħat mingħajr karozza " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018