Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 Miexi ġmielu x-xogħol fuq iċ-ċentru tas-saħħa f 'Ħal Kirkop IRRESIDENTI li joqogħdu fil-lokalitajiet viċin ir-raħal pittoresk ta' Ħal Kirkop se jkunu jistgħu jibdew jirċievu kura primarja minn ċentru tas-saħħa ġdid li mistenni jilqa' fih l-ewwel pazjenti sa Settembru li ġej. Il-gazzetta ILLUM żaret l-aħħar xogħlijiet li għaddejin bħalissa fuq il-bini ta' dan iċ-ċentru tas-saħħa u tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, Carmen Ciantar u anke mal-Uffiċjal Kap tal- Proġett, l-Inġinier Andrew Vella Zarb. Ciantar spjegat li l-proġett kien jinkludi r-ristrutturar ta' bini li diġà kien eżistenti u li miegħu żdied sular addizzjonali. B'kollox, dan il-proġett, qed isir b'investiment ta' ftit inqas minn €900,000. F'dan iċ-ċentru se jkunu qed jingħataw l-ewwel kura r-residenti ta' Ħal Kirkop, iż-Żurrieq, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi, Ħal Farruġ u anke Ħal Far. Bħalissa dawn ir-residenti jkollhom jinqdew miċ- ċentru tas-saħħa tal- Furjana. Il-Kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni għas-Servizzi Medici spjegat li huwa stmat li ċ-ċentru tas-saħħa se jilqa' madwar 28,000 pazjent kull sena. Ma' Ciantar u Vella Zarb dorna sular sular u rajna b'għajnejna x-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fuq il-binja mifruxa fuq 500 metru kwadru. Spjegaw kif il-mira hija li sa Mejju li ġej ikunu lesti x-xogħlijiet marbuta mal- kostruzzjoni, inkluż l-aħħar irtokki, fosthom il-madum u ż-żebgħa, biex fix-xhur ta' wara jkun jista' jibda jiġi installat it-tagħmir mediku, tiddaħħal l-għamara u jkun jista' jibda t-taħriġ għall- ħaddiema. Dħalna mid-drive-in mibnija apposta biex tkun tista' tilqa' fiha ambulanza. Dan se jagħmilha wkoll aktar faċli għal dawn il- pazjenti minn din iż-żona li jkollhom bżonn is-servizz tal-ambulanza biex jaslu fl-Isptar Mater Dei kemm jista' jkun malajr. Fis-sular ta' isfel bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet li għandhom x'jaqsmu mal-inġinerija elettrika u mekkanika u anke l-installazzjoni ta' pajpijiet li jintuża għall-gassijiet mediċi bil-għan li dawn jaslu f 'diversi partijiet tal- binja. Dan is-sular, fost affarijiet oħra, se jkun jinkludi kmamar fejn ipoġġu t-tobba. Ix-xogħlijiet fl-ewwel sular huma aktar avvanzati, fejn saħansitra diġà tpoġġa l-madum u għaddej ix- xogħol tat-tikħil. Dan is-sular se jkun qed jinkludi diversi kmamar biex fihom jingħataw servizzi varji u speċjalizzati (ara l-kaxxa aktar 'l isfel.) Hawnhekk l-uffiċjali tal-Fondazzjoni tkellmu mal-ILLUM dwar id-diversi miżuri li ttieħdu biex din il-binja mhux biss tkun aċċessibbli għal kulħadd imma biex anke tkun tinkludi diversi standards li għalkemm mhux bilfors neċċessarji huma importanti f 'binja esposta għall-mard. Fil-fatt, minkejja l-ammont ta' twieqi u l-ventilazzjoni li teżisti f 'din il-binja, li tinsab f 'żona pjuttost miftuħa, ġiet installata sistema biex l-arja ta' spiss u faċilment biex hekk il-kwalità tal-arja tkun ħafna aħjar. Fit-tieni sular, li huwa dak addizzjonali, se jkun hemm diversi faċilitajiet għall-ħaddiema taċ-ċentru tas-saħħa u anke shower għall-persuni b'diżabilità li hu mitlub li jkun hemm f 'kull binja simili. Il-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi hija responsabbli mit-tfassil, l-ippjanar u bini ta' proġetti fil-qasam tal- saħħa. Għadd ta' periti u inġiniera, apparti l-estetika tal-proġett, jassiguraw li faċilità tkun tista' taqdi l-għanijiet li għaliha tkun inbniet. Fost l-akbar proġetti li l-FMS kienet involuta fihom fl-aħħar kien iċ- Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo u anke l-bini ta' żewġ swali f 'binja ġdida biswit l-emerġenza. Bħalissa l-Fondazzjoni qed tiffoka l-ħidma tagħha fuq il-bini ta' hub reġjonali tas- saħħa f 'Raħal Ġdid, proġett li se jsir b'investiment ta' €39 miljun. Fi kliem Ciantar, dan se jkun daqs "sptar żgħar," fejn fost servizzi oħra se jkun qed jinkludi anke teatru għal operazzjonijiet minuri. Aktar tard din is-sena, mistennija jibdew ukoll xogħlijiet fuq iċ-ċentru tas- saħħa tal-Gżira bil-għan li jsir aktar aċċessibbli. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-gazzetta ILLUM iżżur ix-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fuq iċ- ċentru tas-saħħa li se jilqa' fi h mat-28,000 pazjent fi s-sena CAREER OPPORTUNITY ICT Service Manager Interested persons are to send a covering le�er together with a detailed Curriculum Vitae by not later than 22nd April 2018, address to Human Resources Unit, Iden�ty Malta Agency, Onda Building, Aldo Moro Street, Marsa. Applicants may also send by email to recruitment@iden�tymalta.com Job Description: Responsible to the Chief Officer, the successful candidate shall provide assistance to the HR Unit, keep abreast with local and European legislation and provide advice, guidance and support to ensure that H&S statutory requirements are met at all times. Duties and responsabilities: · To oversee and advise on all aspects related to Health and Safety. · Establish, formulate and draw up H&S standards, processes and procedures for the various functions of the Agency · To monitor adherence to H&S standards, processes and procedures · To participate, and assist, in training programmes and the co-ordination thereof to educate and encourage all employees to comply with · H&S standards and regulations in line with the Agency staff development, training policies and requirements. · To provide advice, guidance and support to ensure that H&S statutory requirements are complied with and that the health and safety of the employees is never place at risk when fulling their duties. · To investigate work place accidents, identity causes and advice on improvements deemed necessary for mitigating risk · To represent and assist the Agency in judicial proceedings · To carry out other duties related to H&S activities as may be assigned by the Chief Executive Officer or his delegated officer. Qualifications required: A bachelor degree (Level 6) in occupational health and safety or a related subject. Good written and verbal communication. Customer service skills. Have a positive, proactive approach to working and able to represent the Agency in a professional manner. Experience of working in an office environment and qualifications in Office Administration or Customer Care will be considered an asset. Manager (Health & Safety) JOBSPLUS Permit Number: 148/2018 X'servizzi se joffri ċ-ċentru ta' Ħal Kirkop? • Servizz ta' tobba tal-komunità • Kmamar għat-trattament • Klinika tal-għajnejn • Servizz għas-saħħa mentali • Servizz ta' fiżjoterapija • Servizz ta' podjatrija • Klinika għad-dijabete • Servizz ta' speech therapy, fost oħrajn.