Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 16 Opinjoni Il-poodle llum għandu intervista esklussiva ma' Maria Efimova. Ippruvajna nagħmlu traduzzjoni kemm jista' jkun korretta, fejn Maria tkellmet bir-Russu użajna r-Russu. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Poodle: Hello sinjura Efimova, grazzi li aċċettajt li tkellimna. Efimova: Доброе утро, мальтийское дерьмо (1). Kif inti. Jien aċċettajt li nkellmek wara li Father Joe Borg li warajh hemm ġurnalist wieħed tajjeb biss semma lilek. Poodle: Grazzi, għalfejn għażilt li turi wiċċek, żgur hemm uċuħ isbaħ minn tiegħek? Efimova: Joe (Father) qalli li tista' tkun daqsxejn m'aħniex! Poodle: Hekk qed jgħid kulħadd fuqek tafx. Isma' kif qegħdin flimkien, tal-egrant għandek xi karta biex tipprova dak li allegajt fuq Michelle? Efimova: Tkunx żibel, jien lil Aaron tajtu kollox u għandu kollox. U meta ħares lejn għajnejja kien jaf li qed ngħid il-verità. Poodle: Imma ma kellekx dokument biex tipprova kollox. Efimova: Ruffjan, jiena nemmen f 'Alla, u Alla huwa fuqi u jaf li qed ngħid il-verità. Poodle: Iva, okay, anki jien nemmen f 'Alla xi kultant, imma għidli għandek xi prova? Efimova: Il-kelma tiegħi. Poodle: Isma', veru taħseb li joqtluk meta tiġi Malta? Efimova: Ara l-ieħor, jagħmlu agħar milli għamel Stalin u li qed jagħmel Putin. Intom mafia state, intom pajjiz bla rule of law, intom pajjiż banana republic, intom pajjiż vjolenti, intom nies kattivi, intom MAFJUŻI. Poodle: I see. Ħa niġu għall-bank Pilatus, imma inti vera sifirt minn fuq dahar il-bank mingħajr ma kellek dritt tieħu flus il-bank biex tieħu btala. Efimova: Ma rridx nirrispondi. Poodle: X'iġifieri ma tridx tirrispondi? Veru jew le? Efimova: Fil-mument opportun ngħid li għandi ngħid. Poodle: Okay. Isma', il-kumpanija Cipriota Costas Tsirides & Co L.L.C. qalu li int ukoll sraqt mingħandhom. Efimova: Ma rridx nirrispondi. Poodle: X'iġifieri ma tridx tirrispondi? Jista' jkun li int tivvinta t-trouble? Efimova: Ослабитель (2) Poodle: Ma qiegħed nifhem xejn. Kellimini bl-Ingliż. Efimova: Jiena żbaljajt kellimtek, Father Joe qalli li inti Nazzjonalist bħalu u ser titrattani sew. Inti żibel, inti agent tal-istat. Poodle: Isma', mistoqsijiet qed nagħmillek biss. Mistoqsija, x'tgħidli fuq Ferris? Efimova: Ara Ferris meta arrestani kien raġel differenti, illum għax telaq u ġie mkeċċi mill-FIAU huwa raġel fuq l-irġiel. Inħobbu… le mhux fuq dak is-sens, jien inħobbhom daqsxejn mibrumin. Naħseb li ġie sfurzat li jarrestani u llum aħna t-tnejn li aħna għax nemmnu f 'Alla nafu li s-sewwa jirbaħ żgur. Poodle: I see, l-aħħar mistoqsija. X'tgħidli fuq Daphne? Efimova: (Biki kbir, u għajjat u tisbit fl- isfond) Kienet l-iktar persuna onesta li qatt rajt u qrajt, mara ħelwa u ġentili, tħobb il-proxxmu, ma tgħid xejn ħażin fuq in-nies, tara t-tajjeb fin-nies, ma tiġġudikax lin-nies, temmen li kulħadd ugwali, korrettissima u korretta b'mod speċjali meta tiġi biex trodd lura lill-Istat, lingwista prima fl-ilsien Malti u persuna li ma tgħirx u meqjusa fi kliemha. Poodle: Grazzi sinjura Efimova, u grazzi għall-kliem sabiħ tiegħek u nixtieqlek all the best. (1) Bonġu a ħarja (2) Xbajt tilaq is-sorm Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Minn Dun Ang Seychell I l-Ministru tal- Edukazzjoni, Evarist Bartolo, dan l-aħħar serrħilna rasna għax għamilha ċara li l-istudenti Maltin mhumiex se jitħallew jagħtu l-eżami tal- Malti bħallikieku lsien barrani. Imma fl-istess kitba wissiena li hawn riċerka li turi li l-ilsien Malti huwa fost erba' lsna Ewropej li jinsabu esposti għall- problemi serji fi ħdan il-kultura diġitali fejn l-ilsien Malti ftit li xejn jinsab preżenti u dan qed iħalli effett negattiv fuq it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Fis-snin imgħoddija l-ilsien Malti għadda minn diversi provi. Għamel żmien kien kważi mwarrab fil-qasam tal-kitba. Għamel żmien kien ikollu jikkompeti mat-Taljan u wara mal-Ingliż mingħajr ma kellu l-għodod meħtieġa biex ikun mgħallem u apprezzat. Il-Malti baqa' ħaj Imma l-Malti baqa' jgħix fid-djar tal-Maltin tal-ibliet u l-irħula ta' Malta u Għawdex. Il-kotra kbira tal-poplu tagħna baqgħet tikkomunika bil-Malti u b'hekk l-ilsien Malti baqa' lsien ħaj u ma ġralux kif ġralu l-ilsien Irlandiż li safa mejjet f 'ħafna bnadi tal-Irlanda għax safa espost għall-kompetizzjoni tal-ilsien tal-ħakkiema Ingliżi. Il-poplu tagħna mhux biss baqa' jitkellem bil-Malti imma baqa' ħaj ukoll fid-diversi djaletti tiegħu. Esperjenza personali Ta' dan jien għandi esperjenza personali ta' ċkuniti u żgħożiti fiż-Żejtun. Fid-dar tagħna jien u ħuti, missieri u ommi kollha konna nitkellmu bid-djalett Żejtuni. U jien inzertajt trabbejt ġo familja fejn ommi kellha ħanut tal-merċa, tal-ħaxix u tal-ħobż u għalhekk kont espost għad-djalett Żejtuni u għall- ilsien Malti għal ħafna sigħat kuljum. Anzi fiż-Żejtun kien hemm anke qassisin li kienu jitkellmu bid-djalett Żejtuni. Meta sirt qassis fl-1956 xorta bqajt nitkellem bid-djalett Żejtuni man-nies tal-familja tiegħi imma mal-bqija tan-nies qlibt għall-Malti 'pulit'. Sehem il-kunsill lokali Fiż-Żejtun id-djalett baqa' jkun ikkultivat anke mill-Kunsill Lokali. F'dawn l-aħħar snin, fl-okkażjoni ta' Ġieħ iż-Żejtun f 'Jum iż-Żejtun fil-festa ta' San Ġużepp issir serata kuturali li fiha jinqraw siltiet interessanti miktubin bid-djalett Żejtuni. Dis-sena nqrat silta li tat dettalji dwar il-ħwienet li kienu jeżistu f 'Misraħ Santa Marija f 'dik il- parti taż-Żejtun magħrufa bħala r-raħal ta' fuq. Inqrat ukoll silta dwar Misraħ il-Bjar fin-naħa tar-raħal t'isfel magħruf għal tlett ibjar li hawn min jgħid li tħaffru mhux għall-ilma imma għaż-żejt. Il-Kunsilli Lokali jinsabu f 'pożizzjoni li jistgħu jgħinu ħafna fil-ħarsien tal-ilsien Malti kif qed jagħmel il-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Did-darba se nagħlaq dil-kitba billi nehmeż magħha l-poeżija tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila: Il-Għanja tal-Ilsien Malti X'jimpurtani 'k hux Feniċju, jekk hux Għarbi jew Latin, jekk hux aħrax, jekk hux ħelu, dan l-ilsien tagħna l-Maltin. Hu x'inhu dan Alla tana, il-muftieħ tal-qalb u l-ħsieb, bih nitolbu ħajr is-sema, bih nitkellmu mal-iħbieb. Tgħallimnieh fuq sider ommna, kiber magħna fl-ewwel snin, sfiq intiseġ ma' ġrajjietna fl-isbaħ ħolma tal-għoxrin. Min ilumni immela, lili, jekk inħobb lil dan l-ilsien li ta' ħajti jaf il-bini sa mit-tefgħa tas-sisien? Malti! O Malti! Int biss ilsieni, l-ilsna l-oħra barranin; int tagħżilna mill-ġnus l-oħra, bik tingħaraf il-Maltin. Bosta drabi, qalb il-gewġa ta' bliet kbar li mort inżur, waqt li ħsiebi kien imsaħħar fuq il-ġmiel hemmhekk miġbur. Smajt imlissna l-kelma tiegħek, u jien dort bla telf ta' żmien, għax għaraft li kienu ħuti dawk li tkellmu b'dak l-ilsien; u mal-kelma ntisġet f 'moħħi xbiha ħelwa, kolha dawl, int' ja Malta, l-art ħanina, l-art imbierka minn San Pawl. u minn hemm, ħafif bħal berqa, fuq it-triq taż-żmenijiet, ġera ħsiebi, u smajtek tidwi mat-taħbita tal-ġrajjiet; għaliex inti bħal balluta li ġol-blat tefgħet l-għeruq; iħabbtuha silġ u rwiefen ta' riħ isfel, ta' riħ fuq. iżda dejjem tibqa' sħiħa għalkemm tinża' minn xi dliel, u tistenna l-jum li tarġa' ta' xuxitha turi l-ġmiel. Għalhekk inti fost kemm ilsna ġo widnejja jdoqqu sbieħ, tibqa' dejjem l-egħżeż wieħed sa ma f 'qalbi mmur mistrieħ. Għall-ħarsien tal-ilsien Malti Maria� Efimova

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018