Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum Intervista 13 'ambjent u kultura li hi tagħna l-Maltin' b'mod uffiċjali ma kienx hemm, għalkemm saħaq li personalment tkellem ukoll ma' sindki u kunsilliera Laburisti. "Mill-kunsilli lokali se nixxaħħu?" Fost oħrajn, il-proposti jsemmu li għandu jkun hemm kunsillier responsabbli mill-qasam soċjali biex jaħdem fil-qrib ma' persuni b'realtajiet diversi. Hawn Cutajar reġa' insista fuq l-importanza ta' 'Social Impact Assessment' għax fi kliemu, il-kunsilli lokali għandhom ikollhom stampa ċara tar-realtajiet li jeżistu fost ir-residenti, fosthom kemm jgħixu residenti b'diżabilità, residenti bi problemi ta' saħħa mentali, persuni f 'riskju ta' faqar jew saħansitra persuni li għandhom problema ta' obeżità. Iżda insistejna ma' Cutajar dwar l-importanza li kunsillier jeħtieġ li jkun imħarreġ jekk se jkollu r-responsabbilità li jaħdem ma' residenti li għaddejin minn ċertu sfidi, fosthom vittmi ta' vjolenza domestika jew eks priġunieri. Cutajar saħaq li t-taħriġ jissemma fid-dokument, anke għall-istaff għax fi kliemu, jeħtieġ li jissaħħu r-riżorsi umani fil-kunsilli. "Jekk Ministeru għandu 40 impjegat u persons of trust, se nixxaħħu mill-kunsilli lokali?... Il-kunsill lokali għandu jkun 'hub...' għalfejn b'kull applikazzjoni trid toqgħod tmur il-Belt?" "Naħsibha darbtejn nikkritikax jekk ODZ tinbidel f 'open air gym" Skont il-Whip, l-istess jgħodd għall-proposti dwar il- ħajja sana. Fakkar kif fl-2014, l-Oppożizzjoni ppreżentat Liġi l-Obeżità u l-Ħajja Sana. Insista li minn ħames avviżi legali, fosthom wieħed dwar l-irwol tal-kunsilli, l-ebda wieħed għadu ma ddaħħal fis-seħħ. Insista li għandu jkun hemm flus allokati biex kull sena, kull kunsill, jagħmel kampanja attiva u edukattiva dwar xi tfisser ħajja sana. Saħaq li jekk din l-isfida tkun indirizzata fuq livell ta' lokalità, ir- riżultati se jkunu ħafna aħjar. Avviż legali ieħor huwa dwar l-anzjani. "Ma nistgħux nibqgħu b'ċentri ta' matul il-jum għat-tombla biss... il-kunsill għandu jara li jkun hemm programmi għaddejjin b'mod regolari." Kien hawn li saħaq li jaħsibha darbtejn jikkritikax art ODZ li tinbidel fi ġnien b'gym fuq barra. "Irridu naħsbu 'l barra mir- responsabbilità tal-bankina," insista Cutajar. 80 proposta...iżda kemm jiswew? Huma proposti sbieħ. Iżda kull proposta tiswa l-flus. Il-Partit Nazzjonalista għamel costing ta' dawn il-proposti? "Bl-allokazzjoni tal-lum, dan id-dokument tista' titfgħu fil- kexxun," saħaq Cutajar. Imma hemm ċifra? "Jekk ngħidlek iva se nkun qed nigdeb." Semma l-Furjana li għandha allokazzjoni ta' €300,000 u minnhom trid tħallas mat- €80,000 pagi. Il-Mellieħa għandha aktar minn €1 miljun. Iżda mbagħad semma wkoll lokalità turistika żgħira f 'Ċipru, b'popolazzjoni ta' 3,000 resident u li għandhom baġit ta' €30 miljun. Insista li dawn il-proposti qed jagħtu l-għodda lill-Gvern biex mingħajr ma jżid l-ebda taxxa, iżid is-sorsi ta' dħul billi finanzi pubbliċi jkunu investiti fil-lokalitajiet. Fost dawn jipproponu li persentaġġ mid-dħul tat-Taxxa fuq il- Valur (VAT) li jkun iġġenerat fil-lokalità, għandu jmur lura għand il-Kunsilli Lokali . Jipproponi wkoll li 50% tat- taxxa fuq it-turiżmu għandha tmur għand il-Kunsilli Lokali kif għandhom jgħaddu wkoll ħlasijiet fuq l-użu tal- art, fosthom biex jinħarġu l-imwejjed u s-siġġijiet. "Ejja nonfqu l-flus u nonfquhom bil-għaqal," saħaq Cutajar. "Jekk il-Gvern jgħidli ma hemmx flus insaqsih fejn qed imur is-surplus." Sena oħra r-residenti jivvutaw... lejn xiex qed jimmira l-PN? Hekk kif sena oħra l-Maltin u l-Għawdxin kollha se jivvuttaw u jeleġġu l-kunsilli lokali l-ġodda, staqsejna lil Cutajar x'inhi l-mira tal-Partit Nazzjonalista. Staqsejnieh jekk hux jimmira li jirbaħ lura kunsilli li tilef u jekk hux jibża' li jitlef oħrajn. Cutajar qal biss li l-PN jemmen li jista' jirbaħ mill- ġdid xi lokalitajiet iżda insista li fuq kollox se jmur quddiem l-elettorat bħala l-Partit li dejjem emmen fil-Kunsilli. U jibża' li jitlef xi lokalitajiet? "Ikollok lokalitajiet li fihom iċ-ċansijiet ikunu tajbin u oħrajn ikunu kważi impossibbli li tirbaħhom." Kompla jisħaq li fil-politika ġimgħa hija twila. "Il-Partit Nazzjonalista mhux se jkun prużuntuż." Iżda fakkarnieh ukoll li l-Viċi Kap Robert Arrigo diġà donnu qata' qalbu li l-PN iġib riżultat tajjeb f 'dawn l-elezzjonijiet, tant li din il-ġimgħa qal li l-Partit jista' jitlef it-tielet siġġu fil- Parlament Ewropew. "Inkunu dejjem saqajna mal-art. Inkunu prużuntużi jekk ngħidu li se nirbħu jew se nitilfu," saħaq Cutajar waqt li fakkar li taħt Adrian Delia, il-Partit Nazzjonalista ħa inizjattivi li permezz tagħhom ġab warajh anke kunsilliera tal-Partit Laburista, fosthom fil-lokalitajiet tal-Munxar (dwar id-demmiela), fin- Naxxar (dwar l-inċineratur) u tal-Mellieħa (dwar il-by- pass). Bħalissa l-proċess tar- riforma tal-kunsilli lokali jinsab fid-diskussjonijiet finali bil-Gvern jgħid li fil- ġimgħat li ġejjin se tkun qed toħroġ White Paper, għall- konsultazzjoni pubblika.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018