Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426
9 Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet għalhekk imorru kontra l-konverżjoni tal-ħamrija. Biex tgħaxxaq, skont id- disinji proposti x-xogħol ta' pavimentar se jinżamm u ma saret l-ebda talba biex tiġi sanzjonata din l-illegalità. Fir-rigward tal-ħitan oriġinali tal-istruttura, ir-rapport qal li l-ħitan oriġinali mibnija fis- sejjieħ ġew imwaqqa' kompletament u rikostruwiti. Dan it- twaqqigħ imur kontra l-avviż legali 160/27 li jipproteġi l-ħitan tas- sejjieħ. "Jidher biċ-ċar li l-applikant mhuwiex bidwi" Id-Dipartiment tal-Agrikoltura qal li l-applikant irreġistra bħala bidwi fl-1 ta' Diċembru 2017, u għalhekk huwa pjuttost ċar li l-applikant mhuwiex bidwi ġenwin li għandu bejgħ ta' prodotti li hu jaħrat. Il-Kumitat Konsultattiv tal-Agrikoltura qal li din il-proposta għandha tiġi rrifjutata minħabba l-fatt li l-art mhix irreġistrata u li huwa evidenti li l-applikant m'għandu l-ebda bżonn ġenwin tal-agrikoltura. Il-kumitat ippropona, li s-sit jiġi ikkonvertiet għall-istat oriġinali ta' qabel l-2008. "F'termini ta' politika, l-applikant huwa eliġibbli biss għal struttura ta' 20m u f 'każ li l-ħtiġijiet kollha fil-politika jintlaħqu. Madankollu minħabba li s-sit mhuwiex ierreġistrat mad-Direttorat tal- Agrikoltura, is-sanzjonar ta' 43m ma jistax ikun aċċettabbli. Għal darb'oħra l-art mhix agrikola u għalhekk l-applikant huwa intitolat biss għall- istruttura ta' qabel l-1967 ma' dan is-sit." Skont dokument antik, l-istruttura inkwistjoni kellha żona ta' 21m, però fis-sena 2016 din żdiedet għal 43m. Ir-ristruttar taż-żona, qabżet kemm il-wisa' oriġinali kif ukoll it-tul. Fatti interessanti dwar l-istorja s'issa • Il-kamra fil-post oriġinarjament kienet ta' 21m u 2.4m ta' tul. Fis-sena 2016 din żdiedet għal 43m u għoli ta' 4m. • Żona ta' 220m qiegħda tintuża bħala żona ta' parkeġġ. • Il-ħitan tal-ġnub li oriġinarjament kienu għoljin 0.8 metri twaqqgħu u minflok ġew mibnija ħitan ġodda b'għoli ta' 2.1 metri. • Il-grada ta' barra hi 3.3 metri ikbar minn kemm hu permessibli skont il-politika ambjentali tal-Gvern. għall-istrutturi f 'art ODZ f 'Delimara Il-binja bi żvilupp illegali li kienet issanzjonata mill-PA qamet iktar kmieni din il-ġimgħa meta Jean Pierre Cassar, persuna omosesswali, qal illi minkejja li xtaq jgħin fl-għoti tad-demm wara l-inċident ikrah fiż-Żurrieq u wara li ħarġet talba biex jingħata l-istess demm, dan ma setax jagħmlu. F'messaġġ li ħalla fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Cassar sostna hekk; "wara l-inċident tal-lum hemm bżonn kbir ta' demm fl-Isptar Mater Dei. Nixtieq illi kont wieħed minn dawk li taw id-demm, imma minħabba l-orjentazzjoni tiegħi ma nistax. Meta se jsir xi ħaġa dwar dan?" Kienu bosta li rreaġixxew għal dak li qal Cassar, fosthom Cyrus Engerer li kien wieħed min-nies li mexxew 'il quddiem bidliet fil-liġijiet biex setgħu daħlu l-Unjoni Ċivili u żwieġ ugwali fost l-oħrajn. Engerer fakkar illi l-Partit Laburista wiegħed bidla f 'din il-liġi fl-aħħar elezzjoni. Fil-fatt il-Programm Elettorali tal-Partit Laburista 'L-Aqwa Żmien' jgħid ċar f 'paġna 157 li se "titneħħa d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTIQ li bħalissa ma jistgħux jagħtu d-demm." Is-sitwazzjoni madwarna Franza, fost l-oħrajn, irrilassaw sew il-liġijiet tagħhom billi ffokaw aktar fuq atteġġjament sesswali riskjuż milli fuq l-orjentazzjoni sesswali. Il-Ministru Franċiża responsabbli minn dawn il-bidliet kienet qalet illi diskriminazzjoni ta' donaturi bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali hija "inaċettabbli" u huwa biss fil-każ ta' nuqqas ta' sigurtà ta' min se jingħata d-demm li għandu jkun hemm limitazzjoni jew projbizzjoni tal-għoti tad- demm." Fil-Kanada wkoll, il-Gvern Liberali ta' Justin Trudeau qed jaħdem biex ineħħi din id- diskriminazzjoni, fuq il-bażi ta' wegħda elettorali. Petizzjoni li għaddejja bħalissa tħeġġeġ lill-Gvern biex iwaqqaf din il-prattika. Fil-Kanada din il-prattika mhix daqstant 'assoluta' bħal Malta hekk kif raġel ma jkunx jista' jagħti d-demm biss jekk ikollu kuntatt sesswali fl-aħħar sena. Fir-Renju Unit, is-sena l-oħra kien hemm tibdiliet fil-liġi biex issa persuna gay tista' tagħti d-demm jekk ma kellhiex kuntatt ma' raġel ieħor fl-aħħar tliet xhur. L-'Advisory Committee on the Safety of Blood, Tissues and Organs li jagħti pariri lid-Dipartiment tas-Saħħa tar-Renju Unit, irrakomanda il-bidliet wara li kkonkluda illi s-sistemi ġodda ta' ttestjar huma preċiżi. Il-Gvern kien spjega kif id-demm kollu li jingħata b'donazzjoni fir-Renju Unit jgħaddi minn testijiet mandatorji għal Hepatitis B u C u HIV fost oħrajn. Xjentisti li tkellmu mal-BBC qalu illi tliet xhur huwa biżżejjed żmien biex infezzjoni tidher fid-demm. Fil-fatt il- Professur James Neuberger mill-istess kumitat qal illi "teknoloġiji biex il-preżenza ta' virus tkun identifikata llum tjiebu ħafna, jiġifieri nistgħu nidentifikaw virus fi stadju ħafna iktar kmieni..." Il-Kummissarju tal-Food and Drug Association tal- Istati Uniti, f 'Diċembru tal-2014 kien ħabbar bidliet ukoll. Fi projbizzjoni totali bħal dik ta' Malta, għal sitwazzjoni fejn persuna gay tista' tagħti d-demm biss jekk ma tkunx għamlet kuntatt sesswali fl-aħħar sena. Intant, lura Malta l-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li l-Gvern qed jikkunsidra l-bidliet neċessarji biex ikun jista' jattwa din il-wegħda elettorali partikolari. l-projbizzjoni bħala waħda kontra d-direttivi Ewropej