Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 MARIA Efimova, il-mara wara l-allegazzjoni li l-kumpanija fil-Panama Egrant Inc. hija ta' Michelle Muscat ħarġet iktar fil- beraħ hekk kif kienet intervistata fuq programm radjufoniku fuq l-istazzjon RTK. Fil-fatt hi tat il- permess lis-sit newsbook biex jippubblika r-ritratt tagħha, biex b'hekk għall- ewwel darba għandna idea ta' kif tidher il-mara li kienet fl-aħbarijiet tant drabi fl-aħħar sentejn. Għall-mistoqsijiet ta' Manuel Delia u Fr Joe Borg, Efimova qalet illi hi ma ġietx Malta għax kienet qed tibża' għal ħajjitha u għax qalet li ma temminx li f 'Malta hawn is-saltna tad-dritt. Hija sostniet ukoll illi f 'Malta hawn ċertu faċilità biex xi ħadd jagħmel bomba fil-karozza jew appartament ta' xi ħadd li jkunu jridu jeliminaw. Efimova allegat illi xi ħadd kien qabbad aġenzija biex jagħmel theddid u pressjoni fuq missierha u fuq ħajjitha u li meta fitxxet aktar dwar min seta' qabbad din l-aġenzija hija allegat illi warajha hemm uffiċjal tal- Gvern. Il-preżentaturi ma staqsewx lil Efimova min dan l-uffiċjal tal- Gvern, jew persuna eletta hi. Efimova saħansitra fetħet kont fuq Twitter illi fih qed titfa' bosta messaġġi, ħafna minnhom relatati u marbutin ma' kwistjonijiet li qed iseħħu f 'pajjiżna. Fl-aħħar 'tweet' li kienet tefgħet sal-bieraħ Efimova qalet hekk; "Jiena mhux Maltija. Imma, tweġġgħani li nara r-reputazzjoni ta' Malta qed tkun ipperikolata." Mistoqsija dwar l-eks impjegatur tagħha Ali Sadr Hasheminejad, Efimova qalet 'Alla jgħinu' qabel ma mbagħad kompliet tgħid li kienet taf li dak li kienet akkużata bih fil-fatt seħħ. Dwarha hi saħqet illi minkejja li damet sena minn meta fetaħ il-każ kontriha sa meta kellha titlaq minn Malta, hi qatt ma ngħatat iċ-ċans li tiddefendi lilha nnifisha. Hi allegat ukoll li f 'Malta kienu qed jheddu lilha u lil uliedha u allura ma setgħetx tibqa' f 'pajjiżna. Kien is-sit illum. com.mt li żvela li din il-mara kienet tkeċċiet mill-Bank Pilatus f 'Marzu 2016 u qed tiġi mfittxija fuq akkużi li użat fondi mill-bank għal skopijiet privati. Kien żvelat ukoll kif kienet diġà ġiet investigata mill- pulizija u kienet il-Qorti, akkużata bi frodi u rapporti foloz. Min-naħa tagħha, Efimova dejjem sostniet illi hi qatt ma tħallset ta' internship li kienet għamlet mal-Bank Pilatus. Il-Bank ċaħad u sostna illi din kienet allegazzjoni 'falza'. Il-Bank Pilatus akkużaha wkoll u allega illi fi proċess ta' 'booking' tal-lukanda fil-Ġermanja hi bbukkjat kamra addizzjonali għaliha u tellgħet lill-familja, għas- spejjeż tal-bank. L-għada, Daphne Caruana Galizia qalet li mhu veru xejn illi Efimova wettqet reat ta' frodi. F'artiklu fil-blogg tagħha tispjega kif 'Mrs. X' (għax sa dak iż-żmien ma kienx magħruf isimha), ħadmet fil-Bank Pilatus għal tliet xhur u qatt ma tħallset, anke jekk kienet imwiegħda illi l-paga se tirċiviha fil- posta. Caruana Galizia spjegat kif għamlet rapport lill-awtoritajiet kompetenti. "Malli l-Bank sar jaf bir- rapport, huma (il-Bank Pilatus) mill-ewwel fetħu rapport b'ritaljazzjoni kontriha u akkużawha li kienet qed tuża l-flus tal-bank biex issiefer mal-familja... żammewha f 'ċella minn filgħodu sa filgħaxija u l-uffiċjal li kien qed jinterrogaha beda ripettutament jgħidilha; "għamiltha. Ammetti. Għamiltha." Hi rrispondiet; "għamilt xiex? Kif nista' nammetti għal xi ħaġa li jien m'għamiltx... f 'Ottubru li għadda ommha mietet u l-Pulizija ma tawhiex il- permess li tmur id-dar biex tara lil ommha tindifen." Valletta agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Tallega li uffiċjal tal-Gvern huwa wara t-theddid fuq missierha Maria Efi mova 'toħroġ fi l-beraħ' b'ritratti ta' wiċċha u tweets dwar Malta Maria Efimova – Fl-aħħar għandna wiċċ Id-Dipartiment tax- Xogħlijiet u l-Infrastruttura qed jaħdem fuq 95 proġett LMINISTRU għat- Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li bħalissa d-Dipartiment tax- Xogħlijiet u l-Infrastruttura għaddej b'ħidma fuq 95 proġett differenti madwar Malta u Għawdex b'investiment totali ta' €42 miljun. Huwa qal dan waqt li żar proġett li qed isir f 'Ħal Qormi fi Triq il-Belt Valletta u fi Triq il-Wied biex tingħata żona ta' rikreazzjoni ġdida. Il-proġett jinkludi tindif tas-sit, it-tħaffir li kien hemm bżonn sabiex jiddawwal il-post, bankini, tqegħid ta' drains għall-ilma tax-xita u ta' pipes għad-dawl, bini ta' sub-base tal-concrete, refurbishment tal-ħajt eżistenti, bini ta' rampi u railing, twaħħil ta' dwal u sinjali neċessarji, tqegħid tal- asphalt u taeħħil ta' bankijiet. L-istess dipartiment kien wettaq xogħlijiet fuq il-ħitan ta' taħt dan is-sit, li jservu bħala watercourse. Min- naħa tiegħu, il-kunsill lokali se jkun qiegħed jinvesti f 'apparat għal outdoor gym li se jkun miftuħ għall- pubbliku fl-istess post. Dan il-proġett se jkun qed isir b'investiment ta' €40,000 li skont is-Sindku ta' Ħal Qormi Jesmond Aquilina se jkunu qed jittrasformaw parti li dejjem kienet mitluqa, f 'parkeġġ organizzat u spazju miftuħ li jista' jitgawda mir- residenti tal-lokalità tiegħu. Fid-diskors tiegħu, il- Ministru Borg fakkar ukoll fil-wiegħda elettorali għall- proġett tas-€700 miljun, li se jwassal għat-twaqqif ta' Aġenzija tal-Infrastruttura li se tkun qed tieħu minn fuq spallejn il-kunsilli lokali r-responsabbiltà tat-toroq u mingħajr ma' jitnaqqsulhom il-fondi annwali allokati.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018