Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426
Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum 21 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku ta' Aquarius ser ikun ifisser li trid timxi b'aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta' madwarek iżżomm lilek innifsek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il- pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta' konsegwenzi, imma minflok tkattar dak li ġej u tissaħħaħ. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: blu u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku ta' Pisces ser ikun ifisser mument ta' ftit aktar tensjoni madwarek, ftit aktar mis-soltu. Issa minħabba dan int trid tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u s-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat però finalment int se tkun rebbieħ. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: aħdar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 19 u 20 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku ta' Aries ser ikun ifisser mument ta' aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u dak li hemm madwarek sabiex dak li ġej taffaċċjah b'aktar kalma u trankwillità u b'hekk timmatura, Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 21 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Virgo Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku ta' Taurus ser ikun ifisser mument ta' aktar paċenzja issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi b'aktar maturità u għaqal f 'dak li ġej u fil-ħidma tiegħek u anke fir-relazzjoni li għandek. Agħraf għaqqad l-esperjenzi sabiex finalment tirbaħ dak li tixtieq. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 19 u 20 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku ta' Gemini ser ikun ifisser mument li jagħmlek ftit aktar agressiv fl-ambizzjonijet tiegħek u dak li hemm madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik u dan ser isarraf sabiex int turi aktar l-abbiltà qawwija f 'dak li int tesprimi u twassal. Agħaraf sew din il-fażi. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 19, 20 u 21 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku ta' Cancer ser ikun ifisser mument ta' aktar kontroll tiegħek innifsek fejn jekk int is-soltu kont tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja dan issa ser jinbidel. Bħala Cancer se tagħraf tieħu kontroll aktar ta' dak kollu li hemm madwarek. Agħraf l-isfida. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: isfar u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 21 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku ta' Leo ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b'hekk int tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja, kemm dak personali kif ukoll dak li għaddej madwarek. Dan huwa perjodu li jista' jkun li terġa' tirbaħ dak li tlift mill-karattru. Kun imħejji. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: oranġjo u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 19 u 20 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku ta' Virgo ser ikun ifisser mument li tagħraf timxi aktar b'pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu int kont iddum sabiex tieħu xi pożizzjoni jew deċiżjoni issa dan se tibda twettqu b'aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Agħraf żomm dan il-pass. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: isfar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 20 u 21 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku ta' Libra ser ikun ifisser mument li int trid tagħraf aktar dwar il-bilanċ fil-ħajja ta' madwarek. Għalkemm int se tkun mitluf ħafna dwar il-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ madwarek speċjalment fir- relazzjoni li int għandek iżżomm bilanċ għaliha. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu u aħdar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 20 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Leo Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku ta' Scorpio ser ikun mument inċert f 'dak li int trid twettaq dan se joħloq ftit ta' tensjoni fl-iskorpjuni imma int trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħrufa tiegħek biex b'hekk int tkompli miexi b'determinazzjoni u tħares 'il quddiem f 'dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 19 u 21 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Pisces Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku ta' Sagittarius ser ikun mument ta' riflessjoni aktar fl-imħabba li taf terġa' tidħol mill-passat tiegħek. Din ovvjament taf toħloq xi problemi kemm lilek u anke lil ta' madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat huwa ktieb magħluq u b'hekk biss tista' timxi 'l quddiem. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: isfar u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Gemini Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku ta' Capricorn ser ikun ifisser li huwa l-mument opportun li tagħraf taħtaf dan il- perjodu fantastika sabiex tkabbar dak li hemm madwarek. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek jagħmel possibbli li tirċievi dak kollu li jista' lilek jagħmlek aħjar. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19 L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Cancer Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru L-Oroskopju mill-Ħadd 15 t'April sas-Sibt 21 t'April kopju mill-Ħadd 15 t'April PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com 13-il punt dwar l-istilla Aries; 21 ta' Marzu sad-19 ta' April 1. Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom 2. Aries imorru tajjeb mal-istilel ta' Leo, Scorpio u Capricorn 3. Aries ma jmorrux tajjeb mal-istilel ta' Sagittarius, Aquarius u Gemini 4. Il-qmura kwinta favoriti ma' Aries huma fix- xhur ta' Marzu, Lulju u Ottubru 5. In-New Moons favoriti ma' Aries huma fix-xhur ta' Frar, Mejju u Awwissu 6. L-aktar xhur ideali għal Aries huma Marzu, Lulju u Diċembru 7. Numri favoriti ma' Aries huma 6, 18, 24 u 39 8. L-aktar ġranet ideali għal Aries huma t-Tnejn, l-Erbgħa u s-Sibt 9. L-aktar żmien ideali għall-imħabba huwa Marzu u Lulju 10. Ix-xhur li fihom Aries għandom joqogħdu lura huma Jannar, Ġunju u Settembru 11. Kuluri favoriti ma' Aries huma blu, aħmar u kannella 12. Nies famużi li twieldu taħt Aries huma Diana Ross, Eddie Murphy, Celine Dion, Charlie Chaplin u Leonardo Da Vinci 13. L-aktar tliet kristalli favoriti ma' Aries huma Quartz, Amethyst u Moonstone