Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426
Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 1 Valletta ..................... 1 F'DAK li huwa meqjus bħala d-Derby ta' Malta, Floriana u Valletta temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 biex b'hekk Valletta tilfu ċans tajjeb li jersqu iktar qrib tar-rebħ tal- Kampjonat. Valletta fetħu l-iskor meta wara indeċiżjoni mid-difensur Brażiljan ta' Floriana, Emerson Marcelina, Miguel Angel Alba rebaħ il-ballun qabel għadda tajjeb lejn Kyrian Nwoko, b'dan tal-aħħar jindirizza cross fil-baxx lejn Matteo Piciollo, li mill-viċin spara l-ballun fix-xibka. Fit-43 minuata, Floriana spiċċaw jilagħu b'10 players meta tkeċċa għalihom Jurgen Pisani permezz ta' karta ħamra diretta wara li deher jobżoq fil-konfront ta' Miguel Angel Alba. Floriana ġabu l-iskor indaqs fl-74 minuta, meta wara li rċieva minn freekick insisdjuż ta' Maurizio Vella, Enzo Ruiz, antiċipa l-ħarġa ta' Henry Bonello u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' l-ballun fix-xibka. Floriana Akpan, Nayar, Pepe, Ruiz, Pisani, Vella (Grima 90'), Cabral, Pisani, Cini, Fontanella, Marcelina Valletta Bonello, S. Borg, Camilleri, Malano, Picciolo (Zerafa 69'), Nwoko, J. Borg, Pena Beltre, Raed Saleh (Mifsud 84'), Muscat, Alba (Rocha Dos Santos 80') Referi Alan Mario Sant SEBASTIAN NAYAR Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Ritratt - Dominic Borg Ritratt - www.orianafc.org Valletta miżmuma minn Floriana Kyrian Nwoko miżmum minn plejer ta' Floriana