Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 15 ta' April 2018 Sports 26 Ritratt - Christine Borg minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................. 1 Birkirkara ................... 0 KIENU St Andrews li ħolqu l-ewwel periklu u wara biss żewġ minuti, Davis għadda tajjeb lejn Atkinson li kellu x-xutt tiegħu jintemm ftit barra. Fis-16 il-minuta lob delizzjuż minn quddiem il-lasta ta' Jake Grech intemm għoli. Fil-31 minuta, l-Istripes qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif tkeċċa għalihom Carlos Alberto Goncalves wara ritaljazzjoni fuq Matthew Gauci. St Andrew's rebħu penalty fit-68 minuta wara li Nikola Vukanac waqqa lil Atkinson fil-kaxxa, iżda mill-ħdax- il metru Reid kellu t-tentativ tiegħu jsitampa mal- mimduda. Fit-80 minuta St Andrew's skorjaw il-goal tar-rebħa meta wara kross ta' Atkinson, il-ballun ġie mblukkat b'Misael Miranda Gomez jitfa' l-ballun ġewwa mill-viċin. Fit-83 minuta is-Saints rebħu t-tieni penalty wara foul ta' Jake Grech fil-kaxxa biex din id-darba kien imiss lil Travis Blagrove li jinkariga ruħu mill-11-il metru fejn iżda ra lill-goalkeeper tal-Istripes, Kristjan Naumovski, isalva tajjeb. Lejn tmiem il-partita, Jake Grech tkeċċa għal Birkirakara wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. St Andrews Calleja Cremona, Borg, Miranda Gomez, Davis, Vandelannoite, Martin, Gauci, Atkinson, Grima, Reid, Blagrove Birkirkara: Naumovski, Maia, Vukanac, Guillaumier (Grech), Scicluna, Rolovic (Attard), Acosta Ferreira, Agius, Barbosa, Gonzalves, Herrera Referi: P. Canepa (Ġibiltà) KEVAUGHN ATKINSON Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. St Andrews jaħsdu lil Birkirkara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018