Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Balzan ......................... 2 Senglea A ..................... 1 BALZAN irritornaw fl- ewwel post tal-klassifika fejn laħqu lil Valletta meta huma għelbu l-isfida ta' Senglea Athletic bl-iskor ta' 2-1. Balzan ħarġu fuq l-offensiva u wara kwarta logħob, daqqa ta' ras ta' Steve Bezzina stampat mal-wieqfa, bis- Sengleani jeħilsuha ħafif. Huma komplew jattakkaw u ħames minuti wara, is-solitu Steve Bezzina, indirizza cross eċċellenti lejn Alfred Effiong li iżda min quddiem il-goalkeeper tat-team mill- Kottonera, Jurgen Borg, naqas milli jagħmel kuntatt mal-ballun. Senglea Athleic wieġbu fit-22 minta meta Peter Sammut kellu xutt mid-distanza jiġi newtralizzat mill-goalkeeper Montenegrin ta' Balzan, Ivan Janjusevic. Fil-41 minuta, Carlos Eduardo De Fiori Mendes, kellu freekick jiġi salvat tajjeb ra lil Jurgen Borg isalva tajjeb. Senega Athletic wieġbu żewġ minuti biss wara meta Peter Sammut kellu xutt fil-baxx mid-distanza jigi savat minn Ivan janjsevic. Balzan marru fil-vantaġġ fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta Ivan Bozovic minn freekick indirizza cross lejn Siraj Eddin Arab li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' raas b'saħħitha tefa' l-ballun wara Jurgen Borg. Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Siraj Eddin Arab irċieva l-ballun minn tarf il-kaxxa u kellu xutt sabiħ jiġi salvat minn Jurgen Borg. Fil-55 minuta, Alex Da Paixao Alves, kellu xutt b'saħħtu minn tarf il- kaxxa, li ntemm ftit barra. Madankollu, kontra x-xejra tal-logħob, Senglea Athletic, ġabu l-iskor fit-62 minuta meta Gonzalo Virano ittanta xortih permezz ta' xutt mill- isbaħ mid-distanza li ma ta l-ebda ċans lil Ivan janjusevic. Iżda Balzan skorjaw il-goal tar-rebħa fil-75 minuta meta s-sostitut Ryan Fenech minn freekick xeħet cross preċiż fid-direzzjoni ta' Michael Johnson li għadda tajjeb lejn is-sostitut l-ieħor Bojan Kaljevic, li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Balzan Janjusevic, Ljubomirac, Bozovic (Grioli 77'), Da Paixao Alves, Serrano Valero, P. Fenech (R. Fenech 58'), Eddin Arab (Kaljevic 64'), Bezzina, Efiong, Johnson, De Fiori Mendes Senglea A. Borg (Debattista 90'), Bondin, Bonnici, Leyton, Vella, Vella, Virano, Paz, Caseres (Vella 88'), Gregori, Sammut Referi Clayton Pisani Balzan jirritornaw -ewwel post imkien ma' Valletta Chelsea jiksbu rebħa importanti CHELSEA barra minn darhom għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Eden Hazard u min doppjetta ta' Olivier Giroud. Min-naħa l-oħra għas-Saints irnexxielhom isibu x-xibka Dusan Tadc u Jan Bednarek. Burnley ġewwa darhom għelbu lil Leicester City bl-iskor ta' 2-1 bi Chris Wood u Kevin Long jirnexxielhom isibu x-xibka għalihom f 'temp ta' tliet minuti fl-ewwel taqsima. Min-naħal-oħra s-solitu Jamie Vardy skorja għall-Foxes fit-72 minuta. Huddersfield Town ġewwa darhom għelbu lil Watford bl-iskor minimu ta' 1-0 għalihom bil-gowl għalihom jasal minn Thomas Ince fid-90 minuta. Crystal Palace ġewwa darhom għelbi lil Brighton & Hove Albion bl-iskor ta' 3-2 waqr li l-konfront bejn Swansea City u Everton intemm fi draw ta' 1-1. Intant, fil-Kampjonat Serie A fl-Italja, Cagliari ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Udinese bl- iskor ta' 2-1. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Southampton vs Chelsea 2-3 Burnley vs Leicester City 2-1 Crystal Palace vs Brighton & Hove Albion 3-2 Huddersfield Town vs Watford 1-0 Swansea City vs Everton 1-1 FIXTURES Il-Ħadd 15 t'April 14:30 Newcastle United vs Arsenal 17:00 Manchester United vs West Bromwich Albion It-Tnejn 16 t'April 21:00 West Ham United vs Stoke City Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 15 t'April 12:30 Fiorentina vs SPAL 2013 15:00 AC Milan vs SSC Napoli 15:00 Bologna vs Hellas Verona Olivier Giroud jifraħ wara l-ewwel gowl li skorja għal Chelsea s-70 minuta CARLOS EDUARDO DE FIORI MENDES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Ritratt - Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018