Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426
illum Il-Ħadd 15 ta' April 2018 Sports 28 IRRABA' edizzjoni tal- Xterra Malta Off-road Triathlon terġa tgħamel ritorn mistenni fuq il-ġzejjer Maltin nhar il-Ħadd 15 ta' April, meta mitejn u sittin triatleta se jikkompetu fuqil- korsa eċċezzjonali fir-Riżerva Naturali tal-Majjistral. L-ilmijiet ċari tal-bajja Golden Sands, iż-żbuħja tat- trejqiet madwar l-irdumijiet tar-Rizerva u l-atmosfera l-organizzaturi joffru għal- ispettaturi, jagħmlu l-Xterra Malta waħda mill-aqwa tlielaq multisport fuq il-kalendarju lokali. It-tellieqa tikkonsisti f 'għawma ta' 1.5 kilometru mqassma f 'żewġ dawriet ta' 750 metri, dawra ta' 30 kilometru għar-roti mountain, ukoll mqassma f 'żewġ dawriet ta' 15 il-kilometru li jgħaddu fil- mogħdijiet fit-tarf tar-Riżerva tal-Majjistral, filwaqt li l-ġirja ta' 11km hija bbażata fuq rotta li fuq in-naħa tal-Ġnejna, bil-bajjiet ta' Ġnejna u Riviera Martinique fl-isfond. Xterra Malta, tifforma parti mill-kumpanija multisportiva Ewropea Xterra, li hija preżenti f '16-il pajjiż u toffri l-ogħla kompetizzjoni kemm għal dawk l-atleti fuq livell professjonali kif ukoll dilettanti. Matul it-tmiem il-ġimgħa, l-atleti ser jkunu jistgħu jikkompetu f 'distanzi multipli għall-abbiltajiet diversi u ser jkun hemm avvenimenti ukoll għall- familja kollha inklużi trail run u tellieqa bl-ostakligħat-tfal. Atleti Professjonisti L-edizzjoni tal-2018 mhux biss se tilqa grupp ikbar tal- kategorija Pro, iżda wkoll tilqa lura t-tliet rebbieħa, maskili u femminili, tas-sena l-oħra. Magħhom ser jinqagħdu atleti oħra li ser jerġgħu jigu lura Malta fuq dan iċ-ċirkwit. Roger Serrano (ESP), Brigitta Poor (HUN) se jirritornaw sabiex jippruvaw iżommu t-titli tagħhom, filwaqt li atleti bħal Maximilian Sasserath (GER), Francois Carloni (FRA), Helena Erbenova (CZE) u Nicole Walters (GBR) se jkunu qedin jippruvaw jiksbu riżultat aħjar minn dak miksub fl-2017. Atleti Maltin Tlettax-il atleta Maltin se jikkompetu fuq d-distanza sħiħa. Il-biċċa l-kbira ta 'l-atleti qed jirritornaw fl-Xterra u jinkludu atleti bħal Danica Bonello Spiteri u Peter-Jan Grech li rreġistraw l-aħjar ħinijiet fost l-atleti Maltin fl-2017. Erba' atleti oħra se jieħdu sehem fid-distanza ta' Sprint, filwaqt li tmien timijiet ta' relay huma magħmulin minn atleti Maltin. "It-Tim ta 'Xterra Malta ħadem ħafna biex jara aktar Maltin jieħdu sehem u aħna kuntenti li naraw dan in-numru jikber bil-mod il-mod, speċjalment ma' timijiet tar-relays. Nħossu li ir-relays huma introduzzjoni tajba għall-isport, peress li ħafna atleti li jieħdu parti fir-relays, is-sena ta' wara normalment jieħdu sehem fit-tellieqa kollha,"spjega Nathan Farrugia, organizzatur tal- Xterra Malta. "Ninsabu kuntenti ħafna li naraw ħafna atleti li jirritornaw, speċjalment dawk il-ħbieb internazzjonali li jibqgħu jiġu lura Malta għal din it-tellieqa". Ir-rebbieħa tal-Gruppi tal-Età awtomatikament jikkwalifikaw għall-Kampjonati tad-Dinja Xterra li jsiru kull sena f 'Maui, Hawaii f 'Ottubru. Ir-rotta ġiet iddisinjata biex tkun aċċessibli għas-spettaturi u l-organizzaturi jħeġġu lill- pubbliku ġenerali biex jiġu u jagħtu is-sapport lil-atleti. Xterra Malta hija possibbli bl-appoġġ tal-Radisson Blu Resort, Cisk Excel, Garmin Malta, Credorax, Jeep, ProAction u The Cyclist. Nirvana Europe, SPR Travel, MIB Insurance, emvigee pr & marketing, Scouts, Red Cross Malta, Pulizija ta' Malta, Kunsill Lokali ta' Mġarr, Malta Youth Triathlon Academy, ERA, Kunsill Lokali tal- Mellieħa, Malta Mountain Bike Association, Birkirkara St Joseph Sports Club, Agones SFC, ARRTS Timing, Majjistral Park Management, Melfar, Mdina Glass, VAM, Popeye Village, BirdLife Malta, Mellieħa Holiday Complex u l-voluntiera kollha. Xterra Malta se ssir nhar il-Ħadd 15 ta 'April u se tibda bit-taqsima tal-għawm fil- Bajja ta' Golden Bay fid-9: 30 ta' fil-għodu. Għall-iktar informazzjoni dwar l- Xterra Malta Off-Road Triathlon żuru - http://www.maltaxterra. com/ jew ibgħatu email fuq deirdre@maltaxterra.com Skeda Il-Ħadd 15ta' April Bidu tal-Xterra Triathlon @ 09.30 b'għawma (Golden Bay) Tmiem it-tellieqa fil- Golden Sands Terrace għall- Pasta Party u għoti ta'premijiet. Tirritorna l-Xterra O-Road Triathlon Roger Serrano rebbieħ ta' 'Xterra Malta' lura -2016 Ritratt - www.jpgatt.com minn Cristian Antony Muscat YAZMIN Zammit Stevens, l-uniku membru ta' Team Malta li kkwalifikat għall- Logħob fuq il-mertu tagħha, stabbilixxiet tliet rekords nazzjonali ġodda, b' punteġġ ġenerali ta' 174kg, rekord nazzjonali ġdid meta hi għelbet ir-rekord li kienet stabilixxit fil-Kampjonati tal-Commonwealth ġewwa il-Malasja fl-2016. Zammit Stevens spiċċat il-kompetizzjoni fis-seba post, minn total ta' 16- il parteċipant, waqt li rreġistrat rekord b'77 u 79 kilogrammi fl-isnatch. Kienet il-Kanadiza Maude Charron li rebħet il- midalja tad-deheb b'total ta' 220kg. Intant, immedjatament wara li Zammit Stevens kisbet dan is-suċċess uniku, l-ILLUM għamlet kuntatt magħha fejn tatn dawn il- kummenti: "Qabel ħadt sehem f 'din il-kompetizzjoni, kont imbeżża' ħafna. Din kienet l-aktar kompetizzjoni importanti ta' ħajti. L-istejdjum kien mibjugħ minn jiem qabel u l-pjattaform li ħadt sehem fuqha kienet enormi. Jien ikkompetejt kontra l-aqwa weightlifters tad- dinja u kien hemm bosta affarijiet li setgħu imorru ħażin għalija. Meta titla' fuq dik il-pjattaforma, il-focus kollu jkun fuqek u xejn aktar. Ma kontx naf x'kont se nħoss f 'dak il-ħin. Madankollu, nista' ngħid li l-enerġija tal-folla li kienet qed issegwini ġiet trasferita fuqi! Ħadt gost ferm f 'din il-finali u tajt l-aqwa tiegħi! Il-fatt li rnexxieli nikseb tliet rekors nazzjonli fi pjattaforma daqshekk importanti bħal mhuma l-Logħob tal- Commonwealth hiaj xi ħaga indeskrivibbli. Ninsab ferm kburija b'pajjiżi u li kelli ċ-ċans uniku li nirrapre'entah f 'dawn il-Logħob! Ninsab kburija wkoll bil-kowċ tiegħi Jesmond Caruana u nirringrazzjah minn hawnhekk tal-preparazzjoni perfetta li ħejja għalija qabel dawn il-Logħob. Temmejt fis-seba' post tal-gradwatorja - xi ħaġa li kien biss f 'ħolma li kont naspira li nikseb dan is-suċċess," temmet tgħid Yazmin Zammit Stevens. U propju tliet ġimgħat biss qabel ħadet sehem f 'dawn il-Logħob, Yazmin Zammit Stevens kienet saret l-ewwel mara Maltija li refgħet tliet ċifri u tkisser l-ostaklu ta' 100 kilo fil-'clean & Jerk'. Hija kisbet l-ewwel post b'total ta' 179 kilo biex kisret rekord nazzjonali fil-kategorija tad-69kilo. Dan ir-riżultat promettenti jiġi biss tliet ġimgħat qabel il-kompetizzjoni tagħha fil- logħob tal-Commonwealth f 'Gold Coast, l-Awstralja. "Kien biss f'ħolma li kont naspira li nikseb dan is-suċċess' - Yazmin Zammit Stevens Yazmin Zammit Stevens imkien mal-kowċ tagħha Jesmond Caruana Queensland -Awstralja