Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum Sports 29 'Ebda kelma ma tista' tiddeskrivi kemm jiena ferħana u kburija bir-riżultat li ksibt' - Sara Xuereb minn Cristian Antony Muscat FTIT tal-jiem ilu, il- bowler żagħżugħa ewlenija Maltija, Sara Xuereb, rebħet il-midalja tal-bronż fil-Kampjonat Ewropew għaż-Żgħażagħ f 'Aalborg id-Danimarka fil-bowling. Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tenpin Bowling qalet li Xuereb ikkompetiet f 'avveniment riservat għall- aqwa 24 bowler. Xuereb ma rnexxieliex tikseb midalja oħra fl- avveniment tad-doubles, li fih ikkompetiet ma' oħtha Raquel. Iż-żewġ aħwa kienu rnexxielhom jikkwalifikaw minn grupp ta' 60 bowler femminili. Kurt Attard, Matthew Magro, Edward Xuereb, u Miguel Xuereb ikkompetew fil-kategorija tas-subien. L-ILLUM tkellmet ma' Sara Xuereb immedjatament wara dan is-suċċess storiku fejn saħqet li: "L-ebda kelma ma tista' tiddeskrivi kemm jiena ferħana u kburija bir- riżultat li ksibt matul dawn il-Kampjonati Ewropej. Dan is-suċċess jirrifletti kemm-il sagrifiċċju għamilt sabiex nikkompeti f 'dawn il-kampjonati u nnaqqax ismi u isem Malta fuq bażi internazzjonali. Il-kampjonati kienu mqassma fuq disat ijiem. L-ewwel event kien tad- doubles, fejn flimkien ma' oħti, Raquel lgħabna sitt logħbiet kull wieħed u spiċċajna r-raba', bl- istess punti daqs it-tim Ingliż. Għalhekk kellna nilagħbu kontrihom, iżda sfortunatament tlifna b'punt sabiex navvanzaw għall- finali u niksbu midalja oħra għal pajjiżna. L-event li kien imiss kien, dak tal-4-men Team, iżda minħabba li t-tim Malti m'għaqqadx tim ta' erbat ibniet, ma stajniex niksbu midalja f 'dan l-event. Xorta waħda lgħabna s-sitt logħbiet bħat-timijiet l-oħra ngħaqdu l-punti u nikkompetu mal- kumplamet tal-plejers barranin. L-għada, l-event tas- singles ma marx kif xtaqt għal kollox minħabba li kelli xi diffikultajiet matul il- logħob. Evalwajt x'kont qed nagħmel ħażin u rnexxieli nirranġa l-iżbalji li kont qed nagħmel sabiex intejjeb il-logħba tiegħi l-għada, fejn kelli l-iżjed event ta prestiġju tal-Masters. L-event tal-Masters kien jikkonsisti minn ġabra tal-aqwa 24 plejer fil- kampjonati, fejn plejer jilgħab 'direct encounter' ma' plejer ieħor. Il-plejer li jitlef jinqala' mill- kompetizzjoni sakemm ikun għad baqa' tliet plejers u dawn jilagħbu kontra xulxin sakemm joħroġ ir-rebbieħ minn fosthom. Dan l-unur huwa meqjus bħala l-aqwa wieħed f 'dawn il-kampjonati. F'dan l-event jien lgħabt kontra wħud mill-iżjed pajjiżi b'saħħithom fl-Ewropa, fosthom l-Ingliterra, l-Iżvezja u d-Danimarka. Spiċċajt ġejt fit-tielet post u ngħatajt il-midalja tal-bronż. Din kienet l-ewwel midalja għal Malta, fil-Kampjonati Ewropej taż- żgħażagħ għalhekk inħossni kburija li kont l-ewwel żagħżugħa li ksibt dan is- suċċess fl-istorja tat-Ten-pin Bowling. Nibqa' dejjem grata lejn il-kowċis u l-familja tiegħi, l-MTBA, MOC u SportMalta, għas-suċċessi li ksibt għax mingħajrhom dawn ma kinux ikunu possibli," temmet tgħid Sara Xuereb. minn Cristian Antony Muscat HEKK kif fil-jiem li għaddew IFBB Malta organizzat il-Kampjonati Nazzjonali tal- Bodybuilding u Fitness ġewwa l-lukanda Dolmen fil-Qawra, fost l-aktar atleti li spikkaw kien hemm is-solita Sabrina Grima li kklassifikat fl-ewwel post fil-kategorija 'Tall bikini' winner waqt li kisbet ukoll l-unur prestiġjuż tal-'Overall bikini IFBB Champion 2018'. L-ILLUM tkellmet ma' Sabrina Grima nnifisha mmedjatament wara li ħadet sehem b'suċċess f 'dawn il- Kampjonati fejn tatna iktar dettalji: "Din kienet l-ewwel darba li ħadt sehem f 'kampjonati organizzati minn IFBB Malta. Dawn immarkaw il-bidu tal-istaġun u avventura ġdida għalija. L-organizzazzjoni u l-għaqda bejn il- membri hija waħda effiċjenti ħafna u tagħmel effett pożittiv ħafna għall-atleti kollha. Ninsab motivata mmens biex nagħmel ħilti u nġib unur għal Malta f 'pajjiżi oħra. Nirringrazzja lill- membri kollha tal-kummitat u lill-membri tal-ġurija talli urew fiduċja fija," temmet tgħid Sabrina Grima. Numru rekord ta' 45 atleta fosthom disa' nisa rreġistraw għal din il- kompetizzjoni u dawn se jissieltu fid-diversi kategoriji bħal mhuma bodybuilding, classic bodybuilding, athletic physique kif ukoll il-kategoriji femminili tal- bikini fitness u body fitness. Apparti minn hekk se jsiru żewġ 'guest appearances' minn Luke Debono u mill- atleta Torka, Sengul Ozgur. Fl-aħħar tas-serata jintgħażlu l-aqwa sitt atleti li se jirrapreżentaw lil pajjiżna fil-Kampjonati Ewropej li se jsiru fi Spanja f 'Mejju li ġej. Il-biljetti jinsabu għall- bejgħ u aktar informazzjoni tista' tinkiseb mis-sit elettroniku tal-IFBB Malta, www.ifbb-malta.com jew mill-grupp fuq facebook, 'ifbb malta'. 'Ninsab motivata mmens biex nagħmel ħilti u nġib unur għal Malta' - Sabrina Grima Sabrina Grima waqt il-Kampjonati Nazzjonali organizzati minn IFBB Malta Sara Xuereb -azzjoni d-Danimarka L-GħĠS tifraħ lit-tiratur Brian Galea LGĦAQDA Ġurnalisti Sports bi pjacir u b'sodisfazzjon tilqa' r-riżultat mill-isbaħ li kiseb it-tiratur Malti tat-Trap Brian Galea bir-rebħ tal- Midalja tal-Bronż fil-finali ta' din id-dixxiplina fil- Logħob tal-Commonwealth 2018 fil-Gold Coast. Is-suċċess miksub minn Galea ma wasalx b'kumbinazzjoni iżda huwa r-riżultat ta' sagrifccju u taħriġ intensiv minn dan it-tiratur eżemplari Malti. Dan is-suċċess hu wkoll ir-riżultat ta' Assocjazzjoni organizzata bżall-MSSF li mil-limitazzjonijiet tagħha tipprova tmexxi dan l-Isport fuq passi professjonali kemm tista'. Mertu wkoll lil SportMalta tal-investment kontinwu f 'dan l-Isport. Prosit ukoll lit-tmexxija tal-Kumitat Olimpiku Malti li qed jagħti l-għodda neċessarja sabiex iktar atleti jitilgħu pass 'il fuq u jitqiesu atleti elite jew professjonali u jiksbu aktar riżultati pożittivi fix-xena internazzjonali. Din hi r-raba' midalja mirbuħa minn Malta fl- istorja f 'dan il-Loghob tal-Commonwealth wara żewġ midalji tal-bronż oħra fil-passat mirbuħa fid-double trap minn William Chetcuti u l-Fidda ta' Rebecca Madyson. It-tiratur Brian Galea imkien mal-kowċ tiegħu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018