Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-hockey? L-imħabba tiegħi lejn il-hockey bdiet meta kien għad kelli biss 11-il sena u kont nattendi il-Liċeo fil-Ħamrun. Dak iż-żmien konna nibqgħu wara l-iskola mal-għalliem li kien ukoll jilgħab ma' Qormi Hockey Club. Fil-bidu mhux kollox kien ward u żahar, anzi pjuttost il- kontra għaliex mhux l-ewwel darba li konna mmorru d-dar b'rasna baxxuta wara xi telfa kbira. Però dan qatt ma qatgħalna qalbna, konna nibqgħu nissieltu u nittrejnjaw biex nitjiebu kemm bħala individwi kif ukoll flimkien bħala tim. Kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport li tant tħobb? Is-sena 2006/2007 kienet is-sena li fiha kellna l-unur li nġibu l-ewwel tazza lejn Ħal Qormi wara perjodu niexef ta' unuri. Irnexxielna nirbħu ċ-Challenge Cup kontra Floriana YS wara logħba intensiva li fiha sibna ruħna gowl minn taħt, però rnexxielna nġibu l-gowl tad-draw u ndawru r-riżultat permezz tal-għoti tal-penalty strokes. Is-sena 2008 kienet is-sena li kelli l-unur li niġi magħżul bhala l-captain tas-seniors. Kienet sena li fiha tista' tgħid bdejna nuru li konna tim ferm u ferm kapaċi li nerġgħu nġibu l- league nazzjonali lejn Ħal Qormi wara nuqqas ta' madwar 18-il sena. Iżda dan ma kellux ikun il- każ u konna tlifna d-decider bi skor minimu ta' 1-0 kontra r-Rabat. Is-sena ta' wara kienet storja differenti u tista' tgħid bdiet l-iktar era ta' suċċessi li kiseb il-klabb tagħna. L-iktar wieħed riċenti huwa dak li rbaħna ftit tal-ġranet ilu, li kien il-11-il wieħed fl- istorja tal-klabb tagħna u b'hekk sirna l-iktar klabb Malti li rebaħ il-league tal-Hockey Association Malta fil-ħamsin sena storja tiegħu. Kien kampjonat li rnexxielna nirbħuh żewġ logħbiet kmieni. B'hekk aċċertajna wkoll postna fil-Euro Hockey Challenge Cup tas-sena d- dieħla li tintlagħab bejn l-aqwa timijiet ta' madwar l-Ewropa. Kien kampjonat li ġie mirbuħ żgur mhux forsi b'ħafna xogħol u determinazzjoni mil-kowċ u l-kumitat kollu, u b'sagrifiċċji u ħin twil fil-pitch tagħna ġewwa Ħal Qormi nittrenjaw u nippreparaw għal kull logħba kif ikun hemm bżonn. Ma nistax ma nsemmix lis-sapporters tagħna - nies li jkunu dejjem warajna, xemx jew xita u anki rebħ jew telf. Nirrinrgazzjahom bis-sħiħ minn hawnhekk. X'unuri prinċipali rbaħt fil- karriera brillanti tiegħek fil- Hockey? B'unur nixtieq ngħid li mill- 2006 sal-lum, irbaħna dawn it-titli ewlenin: tmien Leagues Nazzjonali (2009-10, 2010-11, 2011-12, 2012- 13, 2013-14, 2014-15, 2015-16, 2017-18), tliet knock outs (2011-12, 2013-14, 2015-16), sitt Super Cups (2007-08, 2009-10, 200-11, 2013-14, 2014-15, 2015-16); ħames Challenge Cups (2006-07, 2010-11, 2012-13, 2014-15, 2017-18,); il-European Challenge III li ġie organizzat fl-2009 kif ukoll żewġ European Challenge Cups IV li kienu seħħew fl-2014 u fl-2016, li tal-ewwel ġie organizzat mill-Klabb ta' Ħal Qormi. Ta' min isemmi li bħala individwu ġejt ippremjat mill-klabb ta' Ħal Qormi: il-'Club Award' fis-sena 2004-05), 'Most Dedicated Member' fl-2007-08 u l-'Best Player Award' fl- istaġuni 2005-06, 2001-12, 2012-13. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek fuq it-tim nazzjonali tal- Hockey? Tliet snin ilu għamilt id-debutt tiegħi mat-tim nazzjonali Malti fil-Euro Nations Championship IV li saru fil-Litwanja. Din kienet esperjenza mill-isbaħ. Li tkun magħżul fost l- aħjar 18-il plejer Malti biex tirrapreżenta lil pajjiżek f 'kompetizzjoni internazzjonali u tilgħab kontra pajjiżi meqjusin ikbar minnek hija esperjenza unika. F'din il kompetizzjoni spiċċajna fir-raba' post wara li tlifna d-decider għat- tielet u r-raba' post kontra l-home team, il-Litwanja. Madankollu kien riżultat sabiħ għal pajjiżna għax żammejna postna fid-diviżjoni. Irnexxieli niskurja l-ewwel gowl tiegħi man-nazzjonal f 'din il kompetizzjoni, f 'logħba mill-gruppi kontra l- Finlandja. X'responsabbiltà tħoss għall-fatt li ġġorr il-faxxa ta' captain ta' Qormi Hockey Club? Nilgħab ma' dan it-tim, li dejjem jikber u jinbidel, huwa ta' sodisfazzjon għalija. Il-gost li nieħu meta nilgħab ma' sħabi fil-grawnd, u mal-plejers li minn tfal rajthom jikbru f 'żgħażagħ, huwa kbir immens u l-grinta li nara fihom iġġegħelni naħdem iktar biex flimkien inkomplu l-era ta' suċċess. Għaldaqstant, il-faxxa ta' captain, avolja ġġorr magħha 'Sforz kollettiv: is-sigriet wara s-suċċess Cristian Antony Muscat Steve Tanti - Captain ta' Qormi Hockey Club li l-jiem li għaddew ġew ikkonfermati champions għall-11-il darba -istorja tagħhom u b'hekk saru l-aktar klabb Malti li rebaħ il-kampjonat organizzat mill-Malta Hockey Association l-50 sena storja tiegħu. "L-esperjenza tiegħi tal-hockey hija waħda pożittiva, u għaldaqstant nissuġġerixxih lil kull min irid jibda jipprattika xi sport ġo tim. In-nies preżenti, kemm fl-assoċjazzjoni kif ukoll tal- kumitat jagħmlu ħidma kontinwa biex ikomplu jmexxu dan l-isport 'il quddiem. Għalhekk, iċ- ċansijiet li jkun hemm exposure, kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta dejjem qed jiżdiedu. Huwa sport li jekk titfa' rasek hemm u tagħmel is-sagrifiċċji neċessarji, itik sodisfazzjon kbir kemm bħala tim u anki għall-individwu, kemm fiżikament u mentalment."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018