Illum previous editions

illum 15 April2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum Sports 31 responsabbiltajiet, madankollu, li tkun il-'leader ta' dan il-klabb' għalija huwa ta' unur. In-nies li jiffurmaw dan il-klabb mhumiex biss sħabi iżda huma t-tieni familja tiegħi. Li nara t-tim jittrenja flimkien, ir-rispett li hemm lejn xulxin mill-kbir saż-żgħir, l-għajnuna u l-ħeġġa li ssib kemm mill-plejers innifishom kif ukoll mis-sapporters, huma kollha valuri li għalkemm ma nsemmuhomx fid- diskors tagħna, madankollu qegħdin preżenti, kontinwament, kull darba li niltaqgħu u huma dawn il-valuri li jgħinu biex naslu għal dan is- suċċess. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li bħalek jixtequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- hockey. Fuq li semmejt qabel l-esperjenza tiegħi tal-hockey hija waħda pożittiva, u għaldaqstant nissuġġerixxih lil kull min irid jibda jipprattika xi sport ġo tim. In-nies preżenti, kemm fl-assoċjazzjoni kif ukoll tal-kumitat jagħmlu ħidma kontinwa biex ikomplu jmexxu dan l-isport 'il quddiem. Għalhekk, iċ-ċansijiet li jkun hemm exposure, kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta huma dejjem qed jiżdiedu. Huwa sport li jekk titfa' rasek hemm u tagħmel is-sagrifiċċji neċessarji, itik sodisfazzjon kbir kemm bħala tim u anki għall-individwu, kemm fiżikament u mentalment. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas persważ li tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess li ksibtu bħala Qormi Hockey Club. Nixtieq nirringrazzja li kull wieħed u waħda li b'xi mod jew iehor jassistu, kemm fil- klabb tagħna kif ukoll fil-hockey ġenerali f 'Malta biex l-isport li tant hu għal qalbna jibqa' jikber u b'hekk inkomplu nkabbru l-familja tal-hockey f 'Malta. Ritratt: James Bianchi s-suċċess minn Qormi Hockey Club' Huwa l-captain ta' Qormi Hockey Club li l-jiem li għaddew ġew ikkonfermati champions għall-11- il darba -istorja tagħhom. Mill-2006 sal-lum, għan lil Qormi Hockey Club jirbħu dawn tmien Leagues Nazzjonali tliet knock outs, sitt Super Cups, u ħames Challenge Cups. Rebaħ ukoll l-unur tal-'Most Dedicated Member' -2007-08 u l-'Best Player Award' -istaġuni 2005-06, 2001-12, 2012-13. Steve Tanti "Għaldaqstant, il-faxxa ta' captain, avolja ġġorr magħha responsabbiltajiet, madankollu, li tkun il-'leader ta' dan il-klabb' għalija huwa ta' unur. In-nies li jiffurmaw dan il-klabb mhumiex biss sħabi iżda huma t-tieni familja tiegħi. Li nara t-tim jittrenja flimkien, ir-rispett li hemm lejn xulxin mill-kbir saż-żgħir, l-għajnuna u l-ħeġġa li ssib kemm mill-plejers innifishom kif ukoll mis-sapporters, huma kollha valuri li għalkemm ma nsemmuhomx fid-diskors tagħna, madankollu qegħdin preżenti kontinwament."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 April2018