Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426
5 Il-Ħadd 15 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet LUNIVERSITÀ ta' Barts se tkun qed tilgħab irwol ċentrali u importanti ħafna fit-tfassil tal- Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa li se jkopri l-10 snin bejn l-2020 u l-2030. Din tinkludi fiha wkoll l-istrateġija nazzjonali għall-qasam tas-saħħa mentali. L-ILLUM tinsab infurmata li diġà saru numru ta' laqgħat f 'dan ir-rigward. Min-naħa tad- Dipartiment tas-Saħħa dan ix-xogħol qed jitmexxa mit- tabiba Natasha Azzopardi, filwaqt li min-naħa ta' Barts hemm numru ta' esperti li qed jagħtu sehemhom. Dan il-proġett mistenni jdum senetejn u matulu se jkunu involuti numru ta' stakeholders, inkluż professjonisti, rappreżentanti tal- pazjenti u għaqdiet non governattivi. Kien il-Minstru Chris Fearne illi lura għad- dibattitu Parlamentari dwar il-kuntratt bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare, kien ħabbar illi Barts se jkunu qed jżidu l-ħidma tagħhom fil-pajjiż. Dan jimmarka bidla definnitiva mis-sitwazzjoni fil-passat riċenti hekk kif qamu dubji dwar kemm Barts se jibqgħu f 'pajjiżna minħabba d-dewmien biex jinbeda l-proġett ta' Barts f 'Għawdex, bil-konsegwenza li din l-università qed tuża l-faċilitajiet tal-iskola tal-Gvern fir-Rabat Għawdex.Din il-gazzetta kienet infurmata illi dawk li jmexxu Barts ma kienu kuntenti xejn bis- sitwazzjoni u bl-andament tal-proġett fl-istess ħin li kienu waqgħu lura wkoll il-ħlasijiet tal-VGH u Shapoorji Palonji lill- kuntratturi Għawdxin. Diversi mistoqsijiet li saru lill-Barts Medical School minn din il-gazzetta, qatt ma kienu mwieġba, minkejja li kienet intbagħtet tfakkira tal-imejl oriġinali. Intant wara li ma' din il-gazzetta l-Ministeru tas-Saħħa kien sostna li l-Università ta' Barts mistennija tkun lesta sa mhux sas-sajf li ġej, biex tiftaħ il-bibien fis-sena skolastika l-ġdida, l-ILLUM reġgħet staqsiet jekk fil-fatt il-Ministeru jemminx li din id-data ta' skadenza hix fattibbli. Il-Ministeru assigura illi l-bini tal-iskola ta' Barts "se jkun prijorità ewlenija tal-proġett ta' Steward Healthcare." Il-ftehim ma' Barts kien imħabbar lura fl-2014 mill-eks Ministru tas- Saħħa Godfrey Farrugia li f 'laqgħa ta' 'Gvern li jisma' kien ħabbar kif il-Ministeru tas-Saħħa u l-Queen Mary University of London kienu se jiftħu kampus tal-università ta' Barts f 'Malta. Il-ftehim kien iffirmat is-sena ta' wara, fl-2015, bil-wegħda ta' €200 miljun f 'investiment fit-tliet sptarijiet inkluż f 'dak ta' Barts. Il-ftehim ma' Barts huwa separat u indipendenti minn dak li kien sar mal-Vitals Global Healthcare. Dakinhar intqal li Barts f 'Malta se jkollha 300 student u li se jkunu aċċettati 60 student kull semestru. Bħalissa Barts qed tilqa' 42 student. Fl-aħħar tas-sena 2017, il-VGH kienet ħabbret li se tbigħ konċessjoni tagħha tat- tliet sptarijiet. Dan qajjem ħafna mistoqsijiet bil- gazzetta ILLUM tippubblika diversi stejjer, fosthom kif il-VGH kienu għadhom ma ħallsux il-kuntratturi u kif dawn l-'investituri' kienu sabu tagħmir ġdid ta' madwar €5 miljuni, parti kofinanzjati mill-UE, meta ħadu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. It-tagħmir inbiegħ għal €1. U x'qed tipproponi l-Istrateġija? • Jitwal iż-żmien illi fih persuna tibqa' tgħix fil-komunità • Iktar 'screening' u dijanjosi minn kmieni għall-prevenzjoni tal-mard • Infrastruttura ta' ICT robusta fil-qasam • Risposta għad-domanda dejjem tiżdied għal servizzi minħabba diversi realtajiet, fosthom dawk demografiċi • Standards ta' kwalità u politika tal-maniġment • Għajnuna u taħriġ lil dawk kollha li jipprattikaw fil-qasam dwar is- servizzi kollha li jkunu offruti lill-pazjent • Espansjoni tas-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità u fil-kura primarja • Ifformalizzar ta' leġislazzjoni dwar id-drittijiet tal-pazjent • Taqsima ġdida fil-komunità li tkun iddedikata għall-promozzjoni ta' kura psikjatrika u psikoloġika tat-tfal u l-adoloxxenti • Attenzjoni speċjali għal numru ta' setturi fosthom riabilitazzjoni ġerijatrika u servizzi ta' respite • Iktar kura speċjalizzata u drittijiet għal dawk il-pazjenti li jkunu waslu fi tmiem ta' ħajjithom • Kliniċi ġodda bil-għan illi fihom pazjent jista' jmur jagħmel testijiet (check ups). Dawn ikunu mmexxijin minn speċjalisti b'interess partikolari f 'oqsma partikolari. • Projbizzjonijiet totali ta' tipjip minn ħdejn kull faċilità konnessa mas-saħħa. • Kliniċi partikolari tal-obeżità biex persuna tirregola l-piż • Tkun imnedija u attwata Strateġija Nazzjonali dwar id-dijabete • Il-ħolqien ta' żoni li jinkoraġġixxu l-attività fiżika, bħal gyms barra u ġonna pubbliċi • Titjib fis-servizzi tal-kura dentali fil-kura primarja • Taqsimiet fil-komunitajiet speċjalizzati għal nies bid-dimensja • Sistema biex ikun mgħaġġel il-proċess illi pazjenti bil-kanċer imorru mill- kura primarja għal dik speċjalizzata • Servizz ġdid għall-problemi psikjatriċi akuti fost il- ġenerazzjoni iktar anzjani, f 'infrastruttura mibnija apposta fl-Isptar Mater Dei • Iktar ħinijiet flessibbli għal carers formali agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Barts: Irwol ċentrali fl-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa