Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Fundatur ta' Facebook Mark Zuckerberg, din il-ġimgħa ff aċċja baraxx mistoqsijiet dwar parti minn ħajtek li llum lanqas timmaġina d-dinja mingħajrha. Imma x'qal? U dak li qal x'kixef dwar facebook? Għandna għaliex ninkwetaw? Qed inxandru ħajjitna mal-erbat irjieħ tad-dinja? IMMAĠINAK tmur fi pjazza mimlija nies; ftit minnhom ħbieb, oħrajn li għandek konoxxenza tagħhom u oħrajn li qatt ma kellimthom u ma taf xejn jew ftit li xejn dwarhom, taqbad megaphone u tibda tgħid fejn mort ilbieraħ, lil min tħobb, li daqs il-festa tar-raħal tiegħek m'hemm imkien, li int Laburist jew Nazzjonalist, li qed tħossok vera faqa', li qed tħossok waħdek jew inkella li lbieraħ kilt dundjan bil- patata u t-tadam f 'ġenb il- platt mal-għarus u li kieku tista' tagħti ħajtek għalih. Kieku tagħmilha, jgħadduk ta' miġnun jew ta' bniedem bi skorfina nieqsa. Imma fil-fatt qed nagħmluha, jew ħafna minnha qed jagħmluha u qed jagħmluha kuljum. Għaliex kumdità kemm tagħtina kumdità l-'keyboard' il-fatt hu li dak li qed niktbu u dak li qed intellgħu, jekk humiex ritratti, kummenti, opinjonijiet, filmati u oħrajn qed ikunu mxandrin ma' dawk kollha li huma ħbieb (li soċjalment ħafna minnhom fil-fatt mhuma ħbieb xejn imma xi ħadd li jaf bik jew taf bih) kif ukoll mad-dinja. Huwa hawnhekk u f 'dan il-kuntest li wieħed jista' jibda jifhem aħjar x'ġara eżatt u x'inhi r-raġuni eżatta għall-fatt li nqala' kjass internazzjonali u għalfejn il-fundatur tal- Facebook Mark Zuckerberg kellu jiffaċċja sensiela ta' mistoqsijiet ma jaqtgħu xejn mill-membri tas- Senat Amerikan. Imma dak li ngħid qed imur għand nies li ma rridx? L-istorja hija hekk; Cambridge Analytica kienet imqabbda mit-tim tal-kampanja elettorali ta' Donald Trump u kellha aċċess għal madwar 50 miljun persuna li għandha kont fuq Facebook. B'hekk il-kampanja ta' Trump setgħet tkun taf aħjar dwar dan il-grupp enormi ta' nies bħal; fejn iħobbu jmorru, fuq xiex għamlu 'like' u aktar. Dan biex b'hekk ir-riklamar politiku seta' jkun aktar partikolari għal grupp ta' nies u allura aktar effettiv. Jidħol fix-xena Aleksander Kogan li kien lest illi jħaddem din it-teknika għal Cambridge Analytica. Huwa pprovda 50 miljun profil Amerikan minn fuq Facebook. Facebook qalet illi ma ttieħdux passwords għalkemm il-lokazzjoni tal- persuni kienet mogħtija lil Cambridge Analytica. Imma x'ġara ħażin b'daqshekk? Imma jkun hemm min jistaqsi; b'daqshekk x'sar ħażin? Billi juża l-informazzjoni biex jagħmel kampanja elettorali? Mhux ovvja li l-partiti, anke hawn Malta, se jkollhom bżonn informazzjoni speċifika biex jagħmlu l-kampanja? Mhux diġà qed issir din meta politiku jiġi d-dar tiegħek? Fil-fatt mhuwiex l-istess u l-problema hija li minn dawn il-50 miljun ħadd ma kien konxju tal-fatt li l-informazzjoni li qed jitfa' f 'kitba u viżwal se jintużaw biex isir riklamar politiku. U għal Zuckerberg din xi ħaġa tajba? Le. Jew għallinqas hekk qal. Zuckerberg ammetta li fil-fatt hawnhekk kien sar ksur tal-privatezza ta' dawk il-miljuni ta' Amerikani. Nhar it-Tlieta huwa deher quddiem is-Senat jgħid hekk: "m'għamilniex biżżejjed fuq aħbarijiet foloz, fuq indħil minn barra u fuq espressjoni ta' mibgħeda. Ma ħarisniex biżżejjed lejn l-istampa l-kbira u dak kien żball u jiddispjaċini." ...u kemm-il darba ddispjaċieh? F'din il-griljatura li qala' Zuckrberg wieħed mis- Senaturi fakkru illi din mhux l-ewwel darba li qed jagħmel apoloġija u b'tabella warajh fakkru f 'istanzi fejn diġà għamel apoloġiji fuq kif informazzjoni tal-utenti qed tasal għand persuni, għaqdiet jew anke partiti politiċi. "This was a big mistake on our part. I'm sorry for it", fl-2006 – "I'm not proud of the wat we handled the sitiuation and we know we could do better," fl-2007 u "I'm the first to admit that we've made a bunch of mistakes," fl-2011. U kif wieġeb Zuckerberg? Zuckerberg ma kienx difensiv u ammetta li bħala kumpanija ma kinux qed jaraw l-istampa l-kbira. Jagħmilha ċara wkoll fil-bidu Il-kontroll ta' ħajtek (u x'jidher