Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/969426
10 illum | Il-Ħadd 15 ta' April 2018 Aħbarijiet FI stqarrija l-Isqfijiet ta' Malta fakkru li "l-Maltin jgħożżu l-ulied u l-ħajja mit- tnissil tagħha." Din hi ħaġa pożittiva ħafna li nixtiequ ninkoraġġixxu bis-sħiħ. Nuru għalhekk l-apprezzament tagħna għall-isforzi li jsiru biex il-koppji li ma jistgħux ikollhom tfal jingħataw għajnuna xierqa u f 'waqtha." "Fl-istess waqt, hu b'dispjaċir li qrajna emendi proposti għall- Att dwar il-Protezzjoni tal- Embrijuni. Jidher li l-emendi proposti jmorru kontra l-għan prinċipali tal-liġi preżenti, li kien li jassisti koppji li qegħdin f 'relazzjoni stabbli biex jista' jkollhom tarbija. S'issa l-liġi kienet tipproteġi d-dinjità tal-embrijun sa mill-bidu nett tal-ħajja umana u tassigura li t-tarbija titwieled b'omm u b'missier." L-Isqfijiet ikomplu jisħqu illi bl-emendi proposti mill- Gvern dan jispiċċa. "It-tarbija ssir oġġett li qiegħed hemm biss biex jissodisfa x-xewqa ta' ħaddieħor. Kull min irid tarbija, hu min hu u hi min hi, jista' jaħdem biex joħloq waħda, u dan il-liġi tbierku. Meta l-liġi tintroduċi l-possibbiltà ta' donaturi anonimi taċ-ċelloli għat-tnissil, is-self tal-ġuf bis-surrogazzjoni u l-iffriżar tal-embrijuni – dan kollu jagħmel mit-tarbija oġġett ta' produzzjoni. Hu ta' tħassib serju," ikomplu jirrimarkaw l-Isqfijiet, "li b'dawn l-emendi jista' jkun hemm tfal li qatt ma jafu min hi l-omm naturali tagħhom jew il-missier naturali tagħhom, min huma ħuthom, il-kuġini, iz-zijiet u n-nanniet proprji tagħhom. Il-liġi l-ġdida qed toħloq orfni ġodda, u dan bi pjan. Diġà hi sitwazzjoni ta' wġigħ kbir meta t-tfal, għal xi raġuni jew oħra, ma jkollhomx il-grazzja tat-trobbija minn omm u missier. Imma li liġi toħloq sitwazzjonijiet ġodda bħal dawn, u li tkabbar id- diskriminazzjoni bejn it-tfal, inissel tħassib kbir." "L-ulied huma għeżież u ma ħaqqhomx hekk. Jistħoqqilhom li jkunu mħarsa fil-ħtiġijiet fiżiċi, emozzjonali, psikoloġiċi, morali u spiritwali tagħhom. Huma l-ġenerazzjonijiet futuri li jkollhom jaħsdu dak li qed jinżera' llum." L-Isqfijiet appellaw bies dawk fl-awtorità iħarsu l-ħajja u d-dinjità umana "u ma jagħmlu xejn li jkasbar id-drittijiet tal- ulied." Aktar kmieni din il-ġimgħa kien ukoll l-eks Ministru u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista George Vella illi fetaħ il- kanuni fuq din il-liġi l-ġdida. Vella sostna li l-Liġi l-ġdida tal-IVF hija "parodija tal-etika, moralità u dinjità umana, suppost biex inneħħu diskriminazzjoni li hija imposta min-natura nnifisha." Eks Deputata oħra tal-PL kienet qalet illi ma taqbilx mal-iffriżar tal-embrijuni. F'kummenti esklussivi ma' din il-gazzetta lura fl-2015 l-eks Deputata Deborah Schembri kien qalet illi l-iffiriżar tal- embrijun hija ffriżar tal-ħajja umana. Mal-ILLUM Schembri kienet qalet illi "jekk il-Partit Laburista jieħu pożizzjoni favur l-iffriżar tal-embrijuni jkolli dilemma u problema kbira..." Hija kienet qalet illi hemm problemi etiċi fl-iffriżar ta' ħajja umana u li bit-teknoloġiji ġodda li jeżistu lanqas għad hemm bżonn il-proċess ta' ffriżar. Ma' din il-gazzetta Schembri kienet qalet illi biża' oħra li għandha huwa li tibda ssir għażla bejn ħajja u oħra. "Jekk temmen li l-ħajja tibda mill-konċepiment, mela temmen ukoll li dawk l-embrijuni li se jispiċċaw jintremew huma ħajjiet li se jintremew. Jiena kontra dan bil-qawwi," kienet sostniet l-eks Deputata Laburista. KEVIN J Drake qed jikkunsidra serjament li jitfa' ismu fil-lista ta' kandidati tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se jsiru s-sena d-dieħla. Drake ġej minn sfond Nazzjonalista tant li kien jokkupa karigi għoljin fil-midja tal-PN fis-snin disgħin u fiż-żmien meta Gvern Nazzjonalista kien qed jikkampanja biex Malta ssir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt hu kien jokkupa l-karigi ta' eks Manager tal-istazzjon tal-PN Radio 101, kien eks membru tal-grupp ta' strateġija tal- PN u parti mit-tmexxija ta' diversi kampanji għall-PN. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' Drake u staqsietu biex jispjega aħjar kumment li ħalla fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook. Fil-kumment tiegħu fuq Facebook Drake sostna illi għalih m'hemm xejn aktar importanti milli "nħarsu u ngħollu isem Malta, mhux biss f 'Malta iżda b'ferm iktar insistenza u qawwa fil- fora internazzjonali u fil-Parlament Ewropew... il-ġrajjiet tal-mistħija ta' dawn l-aħħar żminijiet fi Strassburgu u Brussell huma prova ċara ta' dan... jekk niltaqgħu Malta u fi Pjazza Tritoni fl-1 ta' Mejju... 99.9% inkun ħadtha (id- deċiżjoni)." Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk hux se joħroġ għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew jew le, Drake qal biss li għandu ħafna kunsiderazzjonijiet x'jiżen. "Fl-istess waqt ma nistax inwarrab is-sens ta' dover u l-ġibda tremenda li nħoss sabiex, jekk nista', inkun ta' servizz għal pajjiżi u għall-poplu." Drake kien għamel l-ewwel apparenza tiegħu f 'attività tal-Partit Laburista lura fil-kampanja elettorali tal- 2013, f 'attività taħt it-tinda fis-Siġġiewi. Dakinhar huwa kien għamel diskors emottiv illi fih kien talab biex il- Prim Ministru jekk ikun elett, jgħin nies li jbatu mill- marda diġenerattiva ME. Fl-aħħar kampanja elettorali kien saħansitra akkuża lill-eks Kap tal- PN Simon Busuttil illi xerred il-ħdura tant li qal illi l-kampanja elettorali tal-2017 kien fiha "ħdura li tnixxfek." S'issa kien Josef Caruana, eks editur tal-gazzetta l-Orizzont illi wera l-interess u l-intenzjoni li jkun parti mit-tim ta' kandidati tal- PL, apparti l-MEPs li hemm fil-preżent diġà. Din il-gazzetta l-ġimgħa l-oħra rrappurtat kif l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil s'issa mhux qed juri ħsieb li jkun kandidat għal din l-elezzjoni, anke jekk mal-ILLUM sostna li għadu "kmieni wisq." Fuq Għawdex il-PN mistenni jkollu lil Samuel Azzopardi fuq il-lista filwaqt li s'issa jidher illi l-favorit ta' dawk li jappoġġjaw lil Adrian Delia huwa Frank Psaila, preżentatur fuq Net TV. Drake jikkunsidra joħroġ mal-Labour fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jafu min hi l-omm naturali huma ħuthom, il-kuġini, diskriminazzjoni bejn it-tfal, fetaħ il- kanuni fuq din il-liġi l-ġdida. Vella sostna li l-Liġi dilemma u problema kbira..." 'Il-liġi tal-IVF se tbiddel lit-tarbija f 'oġġett' – L-Isqfijiet