Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 20 Opinjoni I d-Direttur tal-films Taljani, attur u attivist xellugi Nanni Moretti għandu xena famuża fil-film tas- snin disgħin Aprile, fejn hu jkun qed jara dibattitu politiku fuq it-televiżjoni. Waqt li jkun qed jara dan id- dibattitu, Moretti jitlob bil- ħniena lill-mexxej tal-Partit Xellugi ewlieni Taljan ta' dak iż-żmien Massimo D'Alema biex jgħid ħaġa waħda li hi waħda li turi li hu politiku tax-xellug. Ovvjament Moretti kien qed jikkrittika partiti ewlenin tax-Xellug li jaħsbu, jitkellmu u jaġixxu bħallikieku kienu tal-Lemin. Mhux l-ewwel darba li nies li ġenwinament huma xellugin għamlu talba bl- istess mod u ħniena lill- Partit Laburista Malti tal- lum, biex dan jibda jaħseb, jitkellem u jaġixxi b'mod xellugi, u mhux jibqa' ffissat bir-retorika pro-business li ħakmitu. Issa l-partit, permezz ta' waħda mill- Minstri l-aktar pro-attivi tal- gvern Helena Dalli, għandu ċ-ċans li jagħmel hekk. F'nofs Diċembru l-Ministru Dalli ħabbret li ser jitnieda pjan ta' integrazzjoni għall- immigranti li jinsabu Malta fuq livell relativament permanenti, il-Migrant Integration Policy and Action Plan. Din hi ħaġa li jekk issir bis-serjetà (kif konvint li ser isir) tista' tagħmel ġid kbir mhux biss lil dawn l-individwi, imma lis-soċjetà Maltija b'mod ġenerali. Ċans uniku Il-klassi tal-ħaddiema f 'Malta llum hi magħmula minn ħaddiema mwielda hawn Malta u minn oħrajn li ġejjin minn imkejjen oħra. Dawn tal-aħħar huma meħtieġa għall-attività ekonomika qawwija li hawn, tant li l-Prim Ministru Muscat ħabbar li l-pajjiż fix- xhur li ġejjin jeħtieġlu jġib aktar ħaddiema minn pajjiżi oħra. Kif inhu ovvju għal kulħadd, problema ewlenija li hawn hi li l-ġid kbir li qed jinħoloq mhux qed jitqassam b'mod ġust. Biex dan it-tqassim isir sew, u biex min qed jikkontribbwixxi bix- xogħol biex jinħoloq ikollu s-sehem xieraq tiegħhu, hemm bżonn li l-klassi tal- ħaddiema tkun magħquda u mhux mifruda fuq bażi ta' affarijiet bħal twemmin reliġjuż, nazzjonalità jew kulur tal-ġilda. Ħaġa l-aktar mill-agħar għall- klassi tal-ħaddiema hi li ħaddiema jkollhom drittijiet u dmirijiet differenti minħabba l-istatus legali tagħhom. Din taħdem kontra kemm il-ħaddiema li jkollhom anqas drittijiet (għar-raġuni ovvja li jkunu stamti ħażin minħabba dan il-fatt) u kemm għall- ħaddiema l-oħra minħabba li dawn ser jiffaċjaw kompetizzjoni inġusta. Jekk Aħmed għandu anqas drittijiet minn Frans, jien jaqbilli nħaddem lil Aħmed b'anqas flok lil Frans. Frans għalhekk jaqbillu jekk Aħmed ikollu l-istess drittijiet li għandu hu. Grupp ta' ħaddiema li jinsab f 'qagħda prekarja għall-aħħar huma dawk l-immigranti li għandhom status umanitarju temporanju ta' forma jew oħra (THPN u THPNn). Dawn ilhom hawn snin, bnew rabtiet ma' immigranti oħra u wkoll ma' bosta Maltin, u ilhom qatiegħ jagħtu kontribut lill-ekonomija Maltija. Madankollu, l-istat tagħhom għadu prekarju, ħaġa li tista' taħdem kontrihom u b'mod indirett kontra ħaddiema oħra Maltin għal raġunijiet bħal dawk li semmejt fil- paragrafu l-ieħor. Ikun tassew rigal li l-Ministru Dalli tgħati lill-klassi tal- ħaddiema f 'Malta jekk dawn il-persuni jingħataw status ta' residenza aktar permanenti, fejn id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom ikunu msejsa b'mod aktar sod. Ħaġa oħra mill-aktar urġenti tolqot lit-tfal li ilhom jitrabbew Malta għal numru ta' snin u li m'għandhom ebda ċittadinanza. Din hi ħaġa li jekk mhux ser tkun itrattata sew u malajr, ser toħloq problemi lilhom u lill-bliet u rħula Maltin li fihom jgħixu u li ġustament huma jqisu bħala darhom. Tkun mossa mill-aktar għaqlija u kuraġġuża min-naħa tal- gvern jekk jgħati status lil dawn it-tfal. Hi ħaġa li llum u aktar u aktar 'il quddiem ser isaħħaħ il-komunitajiet Maltin li fihom jgħixu. Kuntrarju għal D'Alema, il-gvern ta' Muscat ikun qal u għamel xi ħaġa tassew Xellugija, umana, Nisranija, ġusta jew kull aġġettiv simili li fih tista' taħseb. Tal-aħħar Din m'għandhiex x'taqsam ma' ta' fuq. X'ħasra jekk biex titwessa' t-triq bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa, is- siġar maestużi li hemm f 'din it-triq jispiċċaw jinaqalgħu. (Din tat-twessigħ tat-toroq hi fissazzjoni li sar hawn, flok nagħmlu ħaġa aktar bis-sens bħalma hi li nħajru n-nies jużaw aktar it-trasport pubbliku billi ntjebuh u b'hekk jużaw anqas it-trasport tagħhom.) Naf numru ta' individwi qrib il-Partit Laburista mil- lokalità, uħud saħansitra jokkupaw ministeri, u nafhom b'nies li jħobbu kemm in- natura u kemm din il-lokalità (anke għax huma minn hemm). Nispera li ma jitilfux l-okkażjoni u b'mod pubbliku u effettiv juru n-nuqqas ta' qbil tagħhom mal-proġett. Xi ħaġa tax-xellug 'Migrant Integration Policy and Action Plan; Din hi ħaġa li jekk issir bis- serjetà tista' tagħmel ġid kbir mhux biss lil dawn l-individwi, imma lis- soċjetà Maltija b'mod ġenerali' 'Jekk Aħmed għandu anqas drittijiet minn Frans, jien jaqbilli nħaddem lil Aħmed b'anqas flok lil Frans. Frans għalhekk jaqbillu jekk Aħmed ikollu l-istess drittijiet li għandu hu.' MICHAEL GRECH Bl-inugwaljanza bejn il-ħaddiema, huwa l-ħaddiema li jbati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018