Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410
3 Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum Aħbarijiet Minn Yendrick Cioffi L-EKS Sindku tal-Belt Valletta u llum Minority Leader fl- istess Kunsill lokali, Christian Micallef, farfar minn fuq spallejh it-telfa li ġarrab il-PN fil-Kapitali u saħaq li hu u sħabu kandidati Nazzjonalisti kienu vittma ta' tendenza nazzjonali kontra l-Partit Nazzjonalista. Mhux hekk biss, iżda l-eks Sindku lmenta wkoll dwar dawk li sejħilhom "gambetti" li ġarrbet l-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-aħħar xhur tat- tmexxija tagħha fil-Belt Valletta. Il-gazzetta ILLUM poġġiet bilqiegħda ma' Christian Micallef biex flimkien miegħu tirrifletti dwar dak li wassal biex għall-ewwel darba, il-Partit Nazzjonalista jitlef minn idejh il-Kunsill Lokali prestiġġjuż tal- Belt Valletta. Bdejna nitkellmu ma' Micallef dwar din it-telfa, bl-eks Sindku jisħaq magħna li t-tendenza kienet ilha ġejja, tant li mill-2013 'l hawn, f 'kull elezzjoni nazzjonali, il-Partit Nazzjonalista kien diġà tilef il- maġġoranza fil-Belt Valletta. Spjega fost oħrajn dak li ġara fl-2013, meta fl-istess jum, il-Partit Nazzjonalista rebaħ il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali iżda tilef il-maġġoranza tal-voti tal-Beltin fl-Elezzjoni Ġenerali. "Meta sirt Sindku kont naf li kienet se tkun missjoni diffiċli ħafna," insista Micallef . Fil-fatt, Christian Micallef sar Sindku tal-Belt Valletta f 'Jannar li għadda wara r-riżenja tal- Professur Alexiei Dingli li kien ilu diversi snin Sindku tal- Kapitali. Din kienet waħda mir- raġunijiet għalfejn Micallef iħoss li ma għandux jerfa' l-piż għat-telfa li ġarrab il- Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta, għall-kuntrarju huwa saħaq li f 'ħames xhur, kunsill lokali mmexxi minnu, irnexxielu jċaqlaq xi ftit jew wisq l-affarijiet, fejn, fi kliemu, ir-residenti Beltin bdew iħossu li hemm Kunsill Lokali viċin tagħhom. "Dan il-Beltin apprezzawh u wrewh b'vot ċar ta' 1,145 vot li rnexxieli nikseb," fakkar Micallef. Fil-fatt, ta' min isemmi li Christian Micallef kien l-aktar kandidat għall-Kunsill Lokali tal-Belt li ġab voti fl-elezzjonijiet tal-25 ta' Mejju, kważi d-doppju ta' Alfred Zammit, illum Sindku tal-Belt Valletta. L-eks Sindku insista li fl-aħħar xhur huwa wera li kapaċi jkun is-Sindku tal-Beltin kollha u tenna li xhieda ta' dan huwa l-għadd ta' Laburisti li taw l-ewwel preferenza lilu, anke jekk imbagħad komplew fuq il- kandidati tal-Partit Laburista. Fil-fatt, Micallef jemmen ukoll illi li kieku kellu aktar ċans bħala Sindku, imqar sena, il-Partit Nazzjonalista kien ikollu ċans tajjeb li jżomm dan il-Kunsill Lokali f 'idejh. "F'ħames xhur ukoll ħallejt il- legat tiegħi. Ħdimt fuq proġetti biex ngħinu persuni vulnerabbli fil-Belt, bdejt naħdem mal- għaqdiet sportivi li forsi kienu mitluqa. F'kulma nagħmel dejjem nipprova nagħti l-100%. Ma għandi l-ebda rimors," insista l-Minority Leader. 'Il-kunsill tal-Belt intilef għax in-Nazzjonalisti ma ħarġux jivvutaw' Iżda minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista tilef dan il- Kunsill. X'kienet ir-raġuni ewlenija? Christian Micallef fakkar li kien hemm tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta' Beltin li ħarġu jivvutaw. "Meta tqabbel dan kollu mal-elezzjoni lokali tal-2013, tinnota li l-Partit Nazzjonalista naqqas madwar 800 vot u l-Partit Laburista naqqas 400 vot," insista Micallef. "Il-Kunsill Lokali tal-Belt intilef għax in-Nazzjonalisti ma ħarġux jivvutaw." Kien hawn li l-eks Sindku kkonkluda li t-telfa ma kinitx tort tal-Kunsill Lokali iżda ta' dik li sejħilha bħala "trend nazzjonali kontra l-Partit Nazzjonalista." "Anke s-Sindku tal-Mosta mar tajjeb ħafna u dan il-Kunsill intilef bi ftit voti. Tort tas- Sindku? Ma naħsibx," insista Micallef waqt li ddeskriva lilu nnifsu bħala vittma ta' din it- tendenza. Iżda l-Kunsill Lokali tal-Belt kemm-il darba kien ikkritikat li kien xi ftit jew wisq assenti u li ma żammx kuntatt mar- residenti. Alexiei Dingli kellu x'jaħti? Christian Micallef ma tantx dar mal-lewża. Insista li filwaqt li sar ħafna xogħol, anke minn Alexiei Dingli, il-Kunsill Lokali tal-Belt ma daqqx biżżejjed it-trombi biex juri x'kien qed iwettaq. "Jien lil Alexiei ninżagħlu l-kappell għax ħadem ħafna," insista Micallef. 'Persuni mħallsa mill- poplu għamlulna l-ħsara' Sa issa Micallef farfar ir- responsabbilità tat-telfa minn fuq il-Kunsill Lokali iżda staqsejnieh jekk kienx hemm kwistjonijiet lokali, fosthom il- problema tal-parkeġġ u l-indafa li setgħu waslu biex il-Beltin jitilfu l-fiduċja fit-tmexxija Nazzjonalista tal-Kunsill Belti. "F'dawn l-aħħar ħames xhur u nofs kien hemm nies fl- awtoritajiet tal-Gvern, imħallsa mill-poplu, li għamlu l-ħsara u għamlu l-gambetti biex il- Partit Nazzjonalista jitlef il-Belt Valletta," kien pront iwieġeb l-eks Sindku. "Qgħadt kwiet, iżda dawn in-nies naf min huma. Jafu li żbaljaw. Li tkun resident, taħdem f 'awtorità u tagħmel ħsara lir-residenti stess, biex tagħti vantaġġ politiku lill- partit tiegħek, mhux sew. Kunsill Nazzjonalista sab intoppi enormi. Kuljum inqumu bi problema ġdida," kompla jinsisti Micallef. 'Nawgura biss li dan il-Kunsill jirnexxilu jaħdem' Tkellimna wkoll dwar il- Kunsill il-ġdid, immexxi minn maġġoranza Laburista, li se jkun qed imexxi l-Belt Valletta għall-ħames snin li ġejjin. "Se nkun onest. Kuntent li kien Alfred Zammit li sar Sindku għax ġenwinament nemmen li minn fost il- kandidati Laburisti huwa kien l-aħjar wieħed biex imexxi l-Belt Valletta. Ħadt gost ukoll li tela' kandidat bħal Lian Pace għax kellu kampanja nadifa ħafna," saħaq Micallef. Kien hawn li l-eks Sindku rrifletta wkoll fuq il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta. "Mexxejna kampanja nadifa. Qatt ma attakkajna. Kont nesiġi ma' sħabi biex qatt ma naqgħu għall-provokazzjoni ta' min attakkana," insista Micallef. L-eks Sindku tenna wkoll dak li kien qal ma' din il-gazzetta fl-10 ta' Marzu li għadda, jiġifieri li bejn il-kandidati u l-kunsilliera Nazzjonalisti hemm l-għaqda, xi ħaġa li fi kliemu tiddistingwi lilu u lil sħabu mill-bqija tal-kandidati u l-kunsilliera Laburisti fil-Belt Valletta. "Nawgura biss li dan il-Kunsill jirnexxilu jaħdem, mhux minħabba l-Partit Nazzjonalista iżda minħabba l-Partit Laburista," insista l-Minority Leader. U għadu jemmen li Kunsill Laburista se jħalli lill-Gvern jagħmel li jrid fil-Belt Valletta? "Għandi dubji kbar kemm dan il-Kunsill se jitħalla jaħdem bit- twaqqif tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u b'Gvern li jgħaddi minn fuq kulħadd," saħaq Micallef. "Mhux għax is-Sindku huwa dgħajjef iżda meta għandek Kunsill Laburista u Gvern Laburista, l-uniku vuċi li jifdal għar-residenti Beltin huma l-kunsilliera f 'minoranza." Kien hawn li Christian Micallef insista li diġà fi żmien tmexxija Nazzjonalista kienu jsiru affarijiet mingħajr konsultazzjoni. "Aħseb u ara issa," saħaq l-eks Sindku waqt li ddeskriva awtoritajiet, bħal Transport Malta bħala "każin politiku." 'Meta nara dak li għaddej fil-PN naħsibha darbtejn nerġax noħroġ' Staqsejna wkoll lil Micallef jekk għandux ħsieb li jirriżenja mill-Kunsill Lokali u dan għax lejlet li ħareġ ir-riżultat kien iddikjara li dawn l-elezzjonijiet se jiddeterminaw il-futur politiku tiegħu. Filwaqt li reġa' fakkar fl- ammont ta' voti li ġab insista li jħossu fid-dmir li jibqa' jkun il-vuċi tar-residenti u għalhekk mhux se jirriżenja. Madanakollu, anke jekk ma xtaqx jidħol fid-dettall tas-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u waqt li insista li hu jibqa' kburi li hu Nazzjonalist, qal li meta jara dak kollu li għaddej bħalissa fil-PN jaħsibha darbtejn jekk għandux jibqa' jimmilita fil- politika wara li jgħaddu dawn il-ħames snin. Ara paġni 12 u 13 'Kien hemm min ta l-gambetti biex il-PN jitlef il-Kunsill tal-Belt' L-eks Sindku tal-Belt Valletta jiddeskrivi lilu nnifsu u lil sħabu l-kandidati Nazzjonalisti Beltin bħala vittma tat- tendenza nazzjonali kontra l-Partit Nazzjonalista Christian Micallef