9
Aħbarijiet
Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum
IL-KONSULTAZZJONI
pubblika dwar
rappreżentanza ugwali
għalqet ilbieraħ, is-Sibt 8 ta'
Ġunju, 2019. Fil-ġimgħat li
ġejjin il-Kumitat Tekniku
se jevalwa l-kontenut u
l-proposti tal-pubbliku li
daħlu f 'dan iż-żmien fejn
kulħadd kellu l-opportunità
jagħti l-kontribut tiegħu.
Is-Segretarju Parlamentari
responsabbli minn din
ir-riforma, Julia Farrugia
Portelli, qalet li r-rispons
li kien hemm mill-
konsultazzjoni pubblika hu
inkoraġġanti. Saħqet li Malta
teħtieġ miżuri pożittivi li
jħajru aktar nisa joħorġu
għall-ħajja pubblika u politika.
Julia Farrugia Portelli fakkret
li din ir-riforma kienet inkluża
fil-mandat elettorali.
Il-Gvern jinnota li
l-Oppożizzjoni wkoll ħadet
sehem fil-konsultazzjoni
pubblika u bagħtet
l-osservazzjonijiet u l-proposti
tagħha.
Iċ-Chairperson tal-Kumitat
Tekniku, il-Professur Carmen
Sammut, enfasizzat li l-iskop
tal-konsultazzjoni pubblika
kien li d-deċiżjonijiet li
jittieħdu jkunu ffurmati mhux
biss mill-esperti iżda wkoll
mill-pubbliku ġenerali.
L-għan tal-Gvern Malti
hu li sas-sena 2030, jiġifieri
inqas minn 11-il sena oħra,
ikollna bilanċ bejn is-sessi fil-
Parlament ta' pajjiżna.
Tagħlaq il-
konsultazzjoni
pubblika dwar ir-
riforma dwar il-
bilanċ bejn is-sessi
fil-Parlament