Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 Kif għażilt il-Volleyball fost tant sport ieħor? Il-Volleyball huwa sport li bdejt nilagħbu ta' età żgħira ħafna ma' ħuti. Minn dejjem kont sportiva u oħti kienet tilgħab ma' tim fil-kampjonat malti u kemm-il darba kont immur naraha. Fl-iskola kont involuta f 'ħafna sport differenti iżda l-volleyball kien dejjem għal qalbi. Bdejt nilgħab ma' tim fil-kampjonat tal-volleyball minn età ta' 13-il sena. It-tim kien jismu Università. Dan it-tim kien fl-ewwel diviżjoni u f 'dak iż-żmien fl-1999 l-ewwel divizjoni kienet meqjusa bħal ma hu s-Super league llum, li hu fl-ewwel kategorija fil-kampjonat tal-volleyball f 'Malta. Lgħabt ma' diversi timijiet tul il-karriera tiegħi fosthom, Pembroke, San Anton, Playvolley, X-sel li mbagħad sar it- tim ta' Fleur De Lys kif ukoll it-tim ta' Paola. Illum nilgħab mal-Falcons Volleyball Club. Ta' 15-il sena kienu sejħuli kemm għan-nazzjonal tal- juniors kif ukoll għan-nazzjonal tas-seniors ftit xhur wara fejn infatti fl-2001 meta kelli 17-il sena konna rbaħna l-midalja tal-bronż fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino. Kienet esperejenza tal-ġenn iżda ma nistax ma nsemmix ukoll esperjenza oħra unika meta l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar kienu saru f 'Malta fl-2003. Niftakar ma kienx hemm post għal kulħadd fil-Cottonera Sports Complex bl-ammont ta' nies li kienu ġew jarawna nilagħbu. Lokalment, kellna wkoll il-kompetizjonijiet tal-European Championships li kienu saru fl- 2010 kif ukoll fl-2013. Kelli diversi kompetizzjonijiet jew training camps barra minn Malta fosthom ħafna drabi l-Italja, l-Ingilterra, l-Iskozja, il-Greċja u Spanja. Mort nilgħab ukoll l-Ażerbajġan għall-kompetizzjoni taċ- Challenge Cup. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek mal- Falcons Volleyball club Il-Falcons Volleyball Club huwa tim ġdid li beda jikkompeti mill-istaġun li għadda. Nista' ngħid li bħala tim li għadu kemm beda, kulħadd għamel l-almu tiegħu għat-taħriġ kif ukoll għal-logħob biex nakkwistaw riżultat tajjeb fejn infatti rbaħna l-kampjonat. Ilkoll kemm aħna b'esperjenzi differenti, min ilu jilgħab snin u min għandu inqas esperjenza u min ukoll reġa' beda jilgħab wara ċertu ammont ta' snin li kien wieqaf. Aħna tim veru magħqud fejn ilkoll naħdmu flimkien u nissapportjaw lil xulxin. Il-plejers kollha kemm huma għandhom spirtu kumbattiv li warajh juri r-riżultat li akkwistajna. X'fisser għalik personali u għalikom bħala tim l-aħħar kampjonat mirbuħ? Bħala tim iltqajna ma' ħafna sfidi u xorta rnexxielna nirbħu l-kampjonat. Ir-rebħ tal-kampjonat ifisser ħafna għalija kif ukoll għal sħabi tat-tim għaliex issa tlajna fis-Super league u nistgħu nikkompetu kontra timijiet ta' livell aqwa. Diġà kellna l-opportunità li nikkompetu kontra timijiet li jilagħbu fis-Super League, u fin-knock out fejn infatti akkwistajna t-tieni post. Dan huwa sinjal tajjeb ħafna li kontra livell ogħla ġibna dan ir-riżultat. Irbaħna kontra Fleur-de-lys fin-knock-out bil-punteġġ ta' 3-1 fejn dawn huma ċ-Champions tas-Super League. Għalina dawn ir-riżultati li akkwistajna din is-sena huwa diġà pass kbir biex inkomplu naħdmu għall-kampjonat li jmiss u nakwistaw iktar riżultati. Persważa li bħala tim ħa naħdmu flimkien kif ukoll immexxijin mill-kowċ tagħna Branko Vlahovic li għandu esperjenza ferm vasta f 'dan l-isport. Hu jaf jaqra l-logħba sew u diġà kien kowċ tiegħi fit-tim ta' Pembroke li kont nilgħab miegħu qabel kif ukoll fin-Nazzjonal ta' Malta. Branko għallimni ħafna f 'dan l-isport kemm f 'livell tekniku kif ukoll f 'livell psikoloġiku. 'Kont qed nistenna iktar u aħjar mill-Malta Volleyball Asociation' Cristian Antony Muscat Daniela Bonnici - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-volleyball lokali f'dawn l-aħħar snin u li f'din l-intervista titkellem bl-aktar mod ċar u sinċier rigward l-operat preżenti tal-Malta Volleyball Association (MVA) Hija waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-volleyball lokali f 'dawn l-aħħar snin. Kienet strumentali biex Falcons Volleyball Club rebħu l-Kampjonat matul l-aħħar staġun. Kienet membru mill-aktar importanti tat- tim nazzjonali tan-nisa tal-volleyball. DANIELA BONNICI Sfortunatament, dawn l-aħħar erba' snin il-livell waqa' lura...Kif jista' l-volleyball jikber mal-juniors b'dan it-tip ta' approċċ? Jien nemmen li għad hemm ħafna potenzjal fil- volleyball f 'Malta... " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019