Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

KIEN wiċċ ġdid għall- politika, iżda beda bil-kbir fl-ewwel elezzjoni tiegħu. Il-preżentatur popolari Wayne Aquilina kiseb l-akbar numru ta' unijiet fil-lokalità ta' fejn hu kiber u trabba, il-Kalkara. Ġimgħa wara li huwa ġie uffiċjalment ikkonfermat bħala sindku tal-Kalkara l-ILLUM titkellem miegħu u tistaqsih fuq l-aspettattivi għall-proġetti kapitali għall- Kalkara, ir-riżultat li huwa kiseb u l-futur tal-Forti Ricasoli. Din il-gazzetta staqsiet lil Aquilina x'jaħseb li wassal għar-riżultat li raħ jaqbeż lil kandidati l-oħrajn taż-żewġ partiti bil-kbir. Huwa jgħid li, "il-poplu Kalkariż ried bidla, bidla kbira fil-Kunsill. M'iniex qiegħed ngħid li l-Kunsill preċedenti ma kienx effettiv iżda naħseb li l-fatt li kont kandidat ġdid u ppreżentajt kampanja pożittiva għenu ħafna. Fil- verità apparti jiena, il-kunsill huwa kompost bl-istess kunsilliera iżda d-distakk fil- voti huwa kbir." Mistoqsi minn din il- gazzetta biex jelenka l-akbar sfidi li se jiffaċċja bħala s-Sindku l-ġdid tal- Kalkara Aquilina stqarr li, l-ewwel sfida żgur se tkun dik biex kulħadd jinsa l-kampanji politiċi u jingħaqad flimkien f 'Kunsill wieħed. "Ovvjament kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed. Matul iż-żmien li ġej se nkun qiegħed niltaqa' mal-kunsilliera kollha u ovvjament inqassam ix- xogħol. Il-Kunsill irid ikun attiv u kull persuna għandu jkollha rwol," spjega s-Sindku. Żied jgħid li ġaladarba l-Kalkariżi wrew fiduċja fih, huwa se jkun qiegħed iħares u jattwa mhux biss l-manifest tal-Partit Laburista iżda anke dak tal-Partit Nazzjonalista. "Staqsejt lill-Kunsilliera Maria Sultana biex tgħaddili l-manifest tal- Partit Nazzjonalista għaliex inħossni fl-obbligu li naraw xi ppropona l-Partit Nazzjonalista." Fuq l-istess nota Aquilina saħaq li jemmen li bħala lokalità, il-Kalkara għandha potenzjal enormi u waħda mill-akbar sfidi fiż-żmien li ġej żgur se tkun is-sagrifiċċju li se jkollu jsir mir-residenti Kalkariżi. "Fil-manifest hemm diversi proposti li meta attwati ovvjament se jqajmu inkonvenjent. Dan bħal ferry service mill- Kalkara għall-Belt li taf toħloq problema ta' parking. Problemi evidenti wkoll fiż- żona tal-Esplora. Ovvjament, irridu nilħqu bilanċ, bejn il- proġetti li se jtejbu l-lokalità u l-iskariġġ u l-kuntentizza tar-residenti." Suġġett ieħor li huwa tant għall-qalb il-Kalkariżi huwa dak tal-Forti Ricasoli li fiż-żmien li għadda intensifikat il-kampanja ta' kuxjenza rigward l-istat mitluq li jinsab fih. Fuq il-prospetti tal-akbar fortifikazzjoni f 'Malta x'se jkun qiegħed jagħmel is-Sindku l-ġdid? Huwa jirrispondi u jgħid li bħala Sindku se jkun qiegħed jaħdem biex jissalvagwardja l-Forti Ricasoli flimkien ma' kull wirt storiku ieħor fil-Kalkara. "Jiena x-xewqa tiegħi hi li jkun hemm ħafna spazji miftuħa madwar il- Kalkara u anke fiż-żona tar- Ricasoli. Se nkun qiegħed ningħaqad mal-partijiet kollha l-oħra interessati sabiex nagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex issir xogħol tant importanti fuq dan il-Forti." Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Il-Kalkara għandha potenzjal kbir '… Forti Ricasoli fuq nett tal-aġenda Preżentatur popolari fuq l-istazzjon ONE u issa s-Sindku l-ġdid tal-Kalkara… Wayne Aquilina jwiegħed li se jwettaq il-proposti Kalkariżi Laburisti u jevalwa wkoll il-proposti tal-PN għal din il-lokalità Wayne Aquilina

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019