Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410
illum | Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 4 MINKEJJA li l-attenzjoni bħalissa hija fuq il-Partit Nazzjonalista, jista' jkun li fiż-żmien li ġej din tinbidel u l-attenzjoni ddur fuq il-Partit Laburista. Issa lanqas għadu xi sigriet wisq li Muscat se jkun qed jitlaq, issa jew wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Minn wara l-kwinti tal-għajjat u ċ-ċapċip tar-rebħa kbira li għamel il- Partit Laburista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kif ukoll f 'dik tal-Kunsilli Lokali, is-suġġett kien Joseph Muscat. Il-maġġoranza assoluta tal-votanti Laburisti jridu li Muscat, għal diversi raġunijiet, imma speċjalment għal raġunijiet elettorali, jibqa'. Il-Laburisti qatt ma rebħu bil-kbir u qatt ma kienu minn fuq daqs kemm huma ma' Muscat u allura huwa ovvju li dawk kollha li jgħożżu lill- Partit Laburista u s-suċċessi elettorali kbar tal- aħħar 10 snin, ma jridux lil Muscat jitlaq. F'dan l-ispazju l-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn għalfejn Muscat jaqbillu jibqa' u għalfejn jaqbillu jitlaq, imma tħares ukoll lejn xenarji differenti u dawk li l-aktar li qed jissemmew bħala l-favoriti minfloku, jekk jitlaq. Għalfejn Muscat jaqbillu jibqa'? Muscat huwa bla dubju żiemel rebbieħ u kemm idum hu fit-tmun tal-Partit Laburista se jkun diffiċli ferm li tintilef elezzjoni mill-istess partit. Fl-aħħar elezzjoni Muscat reġa' wera kif kapaċi jikkampanja b'qawwa, b'użu eċċezzjonali tal-kelma u b'konvinzjoni liema bħalha. Muscat wera illi matul is-snin għamel tajjeb għal dawk li abbandunaw lill-PL, billi daħħal demm ġdid u b'hekk dawk il-votanti li baqgħu d-dar kienu sostituti minn dawk li vvutaw l-ewwel darba lill-PL, kemm żgħażagħ u anke persuni li vvutaw PN sal- elezzjoni li għaddiet. Muscat jaqbillu jibqa' għax jaf li l-probabbilità hija li jekk ma sseħħx xi katastrofi kbira, huwa jibqa' jmexxi u jirbaħ. Iktar minn kollox iżda Muscat jibqa' l-kolla li żżomm flimkien konservattivi u liberali, soċjalisti u kapitalisti, kuntratturi u ambjentalisti, kif ukoll sinjuruni u foqra. Hija din il-kolla li tat u tiggarantixxi r-rebħ u suċċessi elettorali. Ladarba ma jibqax Muscat m'hemmx ċertezzi li din il- koalizzjoni enormi ta' votanti se tibqa'. Il-Mexxej Laburista għandu l-appoġġ assolut tal-Laburisti u allura t-tmexxija tiegħu qajla tista' tkun f 'dubju. Jekk jirriżenja din is-sena jew id-dieħla Muscat ikun għamel sitta jew seba' snin bħala Prim Ministru li fil-fatt huwa inqas minn Lawrence Gonzi, li dam disa' snin Prim Ministru, inqas minn Dom Mintoff, inqas minn Eddie Fenech Adami u iktar minn Alfred Sant u Karmenu Mifsud Bonnici biss. Jiġifieri Muscat lanqas ikun dam ħafna fil-kariga. Imma ħafna aktar minn hekk, jekk jirriżenja din is-sena jew id-dieħla Muscat lanqas biss ikun għamel it-tul massimu ta' leġiżlatura waħda. L-ewwel leġiżlatura kellha tieqaf sena qabel iż-żmien minħabba akkużi serji fil-konfront ta' Muscat u klima politika taħraq u f 'din ikun irriżenja. Minkejja li jkun rebaħ bil-kbir u għamel suċċessi ħafna ikbar minn mexxejja Nazzjonalisti u anke Laburisti, ikun l-unika wieħed li m'għamilx tul ta' leġiżlatura waħda. Għalfejn ma jaqbillux jibqa'? Għax il-futur ħadd ma jafu, Muscat ma jafx hux se jitla' aktar jew inkella hux se jaqbad it-triq tan-niżla. Minkejja li kif għidna s'issa renxxielu jisostitwixxi l-voti li tilef b'ġodda, m'għandux garanzija li se jibqa' jagħmel dan. Jista' jkun li dik ta' ġimgħa ilu, b'distakk ta' 43,000 kienet l-ikbar rebħa li għamel u li se jkun diffiċli li jżid fuq dan in-numru. Li hu żgur huwa li għal din l-elezzjoni persentaġġ ta' Laburisti ma vvotawx, ħassru l-vot (b'xi sinjal fuq il-kandidati Laburisti) jew Muscat : jitlaq jew jibqa'? U min jista' jeħodlu postu... MINKEJJA li l-attenzjoni bħalissa hija fuq il-Partit Nazzjonalista, jista' jkun li fiż-żmien li ġej din tinbidel u l-attenzjoni ddur fuq il-Partit Laburista. Issa lanqas għadu xi sigriet wisq li Muscat se jkun qed jitlaq, issa jew wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Minn wara l-kwinti tal-għajjat u ċ-ċapċip tar-rebħa kbira li għamel il- Partit Laburista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kif ukoll f 'dik tal-Kunsilli Lokali, is-suġġett kien Joseph Muscat. Il-maġġoranza assoluta tal-votanti Laburisti jridu li Muscat, għal diversi raġunijiet, imma speċjalment għal raġunijiet elettorali, jibqa'. Il-Laburisti qatt ma rebħu bil-kbir u qatt ma kienu minn fuq daqs kemm huma ma' Muscat u allura huwa ovvju li dawk kollha li jgħożżu lill- Partit Laburista u s-suċċessi elettorali kbar tal- aħħar 10 snin, ma jridux lil Muscat jitlaq. F'dan l-ispazju l-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn għalfejn Muscat U min jista' jeħodlu postu... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Bħalissa ħafna mill-attenzjoni tinsab fuq il-Partit Nazzjonalista, imma fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru politiku x'se jiġri? Se jibqa' Joseph Muscat Mexxej Laburista u Prim Ministru jew se jirreżenja? U x'jaqbillu? U jekk jiltaq, min huma l-favoriti sa issa għall-post li jħalli?