Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410
11 Aħbarijiet Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum Minn Albert Gauci Cunningham LINGLIŻI deħlin għall-Brexit, dejjem jekk isir, bħala wieħed mill- aktar poplu negattiv dwar il-prospetti ekonomiċi tiegħu, eżattament l-kontra tal-Maltin u l-Għawdxin li huma fost l-aktar pożittivi. Filwaqt li 46% tal-poplu Malti jemmen li se jkun hemm titjib fl-ekonomija tal-pajjiż, fost l-aktar fil-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea (UE), fir-Renju Unit huma 30% jew aktar dawk li jaħsbu illi l-ekonomija tar-reġjun tagħhom se tmur għall-agħar. Skont dawn iċ-ċifri ppubblikati mill- Kummissjoni Ewropea (KE) jidher illi l-iktar li huma negattivi dwar il-futur ekonomiku tagħhom huma dawk li jgħixu Londra. Fil-fatt 44% ta' dawk li jgħixu f 'din il-belt, li hija wkoll ċentru finanzjarju importanti, jemmnu li fl- 2019 l-ekonomija tal-pajjiż għall-agħar se tmur mhux għall-aħjar. Skont l-istess ċifri minn dan is- sondaġġ, fiż-żona tal-Grigal tar-Renju Unit 41% huma negattivi dwar il-futur tal-ekonomija Brittanika. Dan jerġa' jvarja, għal 37% fil-Majjistral u 30% f 'Wales, West Midlands, Yorkshire u fil- Lvant tal-Ingilterra. Fil-każ ta' Malta ,37% ta' dawk li pparteċipaw fis-sondaġġ qalu illi jemmnu li matul din is-sena s-sitwazzjoni ekonomika ta' Malta se tibqa' l-istess. Dan huwa simili għal dak li jemmnu l-popli ta' Londra u tal-Lvant tal-Ingilterra (41%), tal-kapitali Rumena Bucharest (46%), Voreia Ellada fil- Greċja (47%) u l-Iskozja (49%). Il-Maltin imbagħad huma l-aktar pożittivi dwar dwar it-titjib ekonomiku matul din is-sena hekk kif 46% jemmnu li l-ekonomija se tkompli tesperjenza tkabbir. Dan jitfa' lill-Maltin fil-quċċata, flimkien mal-Polonja fejn dan il-ħsieb ivarja minn 22% sa 33%, f 'reġjuni differenti. 86% tal-Maltin jaħsbu li l-ekonomija sejra tajjeb Intant huma 86% tal-Maltin li jaħsbu illi l-ekonomija Maltija sejra tajjeb. F'dan il-każ mhux l-ogħla mill-pajjiżi u r-reġjuni kollha, hekk kif l-aktar pożittivi huma dawk li jgħixu fit-Tramuntana tal-Olanda u Wielkopolski (fejn hemm il-belt ta' Poznan) fil-Polonja b'89%. Fost l-inqas pożittivi dwar l-ekonomija kif inhi fil-preżent hemm il-Greċja li għal snin twal issa ilha tkarkar b'riċessjonijiet ekonomiċi. Hawnhekk l-ogħla persentaġġ ta' nies li jaħsbu li l-ekonomija sejra tajjeb kien 39%. L-Italja: dikotomija ċara bejn it- Tramuntana u n-Nofsinhar Interessanti huma n-numri f 'dak li jirrigwarda l-Italja. Huwa ċar illi hemm differenza fl-aspettattivi ekonomiċi tal-poplu tan-Nofsinhar u dak tat- Tramuntana tal-Italja. Fil-fatt iż-żoni fejn ħafna jaħsbu illi l-ekonomija sejra tajjeb huma fit- Tramuntana tal-pajjiż: Emilia Romania (84%) Fruili Venezia Giulia (81%), Lombardia (80%), Veneto (80%) U Valle d'aosta (73%). Min-naħa l-oħra dawn il-persentaġġi jonqsu drastikament fin- Nofsinhar tal-pajjiż, fosthom: Calabria (17%), Sqallija (18%), Campania (19%), Molise (21%) u Basilicata (25%). Aħna kuntenti bil-kwalità tal- ħajja, l-Ingliżi le Fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja d-differenza bejn pajjiżna u l-Ingilterra ma tistax tkun aktar evidentin. Fil-fatt 40% tal-Maltin li pparteċipaw f 'dan is- sondaġġ sostnew illi jaħsbu illi fis-sena li ġejja l-kwalità tal-ħajja tagħhom se tmur għall-aħjar. Wara l-Maltin, dawk li jgħixu fir-reġjun ta' Podlaskie fil-Polonja (35%), Madeira fi Spanja, il-Portugall u Campania, fl-Italja. Fuq in-naħa l-oħra, 38% tal-poplu ta' Londra jaħseb li fil-fatt il-kwalità tal-ħajja tagħhom se tmur għall-agħar, persentaġġ li jinżel sa 24% f 'West Midlands. L-istess f 'dak li għandu x'jaqsam il- futur tar-reġjun fejn jgħixu. Filwaqt li 71% tal-Maltin huma pożittivi, f 'ħamsa minn 12-il reġjun fir- Renju Unit hemm inqas minn nofs il-poplu li huwa pożittiv dwar il-futur ta' fejn jgħix. B'36% biss l-inqas pożittivi dwar il-futur tal-pajjiż huma l-Irlandiżi ta' Fuq. F'Malta għal darb'oħra l-immigrazzjoni kienet l-aktar kwistjoni li qed tqajjem tħassib b'57% isemmuha bħala l-iktar kwistjoni importanti f 'pajjiżna. Bi 33%, numru konsiderevoli ta' Maltin semmew ukoll il-kriminalità bħala waħda mill- aktar kwistjonijiet li jħossu illi hija ta' sfida għal pajjiżna. Anke fir-Renju Unit, sitta minn 12-il reġjun kellhom persentaġġi daqs jew iktar minn Malta ta' nies illi jaħsbu li l-kriminalità hija l-akbar problema fejn jgħixu. Bil-Brexit 'wara l-bieb', l-Ingliżi huma ferm negattivi dwar il-preżent u l-futur Ċifri tal-Kummissjoni Ewropea juru illi lwaqt li l-Maltin huma kuntenti ħafna bl-ekonomija u pożittivi għall-futur, l-Ingliżi huma negattivi dwar l-ekonomija u ma tantx qed jaraw futur sabiħ, speċjalment ir-residenti ta' Londra... F'Londra hemm l-ikbar inkwiet u l-inqas nies pożittivi għall-futur matul din is-sena hekk kif 46% jemmnu li l-ekonomija se tkompli tesperjenza tkabbir. Dan jitfa' lill-Maltin fil-quċċata, flimkien mal-Polonja fejn dan il-ħsieb ivarja minn 22% sa 33%, f 'reġjuni differenti. 86% tal-Maltin jaħsbu li l-ekonomija sejra tajjeb Intant huma 86% tal-Maltin li jaħsbu illi l-ekonomija Maltija sejra tajjeb. F'dan il-każ mhux l-ogħla mill-pajjiżi u r-reġjuni kollha, hekk kif l-aktar pożittivi huma dawk li jgħixu fit-Tramuntana tal-Olanda u Wielkopolski (fejn hemm il-belt ta' Poznan) fil-Polonja b'89%. Fost l-inqas pożittivi dwar l-ekonomija kif inhi fil-preżent hemm il-Greċja li għal snin twal issa ilha tkarkar b'riċessjonijiet ekonomiċi. Hawnhekk l-ogħla persentaġġ ta' nies li jaħsbu li l-ekonomija sejra tajjeb kien 39%. L-Italja: dikotomija ċara bejn it- Tramuntana u n-Nofsinhar Interessanti huma n-numri f 'dak li jirrigwarda l-Italja. Huwa ċar illi hemm ħajja, l-Ingliżi le Fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja d-differenza bejn pajjiżna u l-Ingilterra ma tistax tkun aktar evidentin. Fil-fatt 40% tal-Maltin li pparteċipaw f 'dan is- sondaġġ sostnew illi jaħsbu illi fis-sena li ġejja l-kwalità tal-ħajja tagħhom se tmur għall-aħjar. Wara l-Maltin, dawk li jgħixu fir-reġjun ta' Podlaskie fil-Polonja (35%), Madeira fi Spanja, il-Portugall u Fuq in-naħa l-oħra, 38% tal-poplu ta' Londra jaħseb li fil-fatt il-kwalità minn 12-il reġjun fir- Renju Unit hemm inqas minn nofs il-poplu li huwa pożittiv dwar il-futur ta' fejn jgħix. B'36% biss l-inqas pożittivi dwar il-futur tal-pajjiż huma l-Irlandiżi ta' Fuq. F'Malta għal darb'oħra l-immigrazzjoni kienet l-aktar kwistjoni li qed tqajjem tħassib b'57% isemmuha bħala l-iktar kwistjoni importanti f 'pajjiżna. Bi 33%, numru konsiderevoli ta' Maltin semmew ukoll il-kriminalità bħala waħda mill- aktar kwistjonijiet li jħossu illi hija ta' sfida għal pajjiżna. Anke fir-Renju Unit, sitta minn 12-il reġjun kellhom persentaġġi daqs jew iktar minn Malta ta' nies illi jaħsbu li l-kriminalità hija l-akbar problema fejn ferm negattivi dwar il-preżent u l-futur Ċifri tal-Kummissjoni Ewropea juru illi lwaqt li l-Maltin huma kuntenti ħafna bl-ekonomija u pożittivi l-ekonomija u ma tantx qed jaraw futur sabiħ,