Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum inkella ddeċidew li jivvutaw fl-aħħar. Dawn ilkoll huma sinjali ta' skuntentizza, sinjali li għadhom żgħar u insinifikanti għalissa imma li jistgħu jikbru jekk il-partit ma jismax minn Muscat stess li wissa kontra l-arroganza. Muscat wissa kontra l-arroganza għax jaf li hemm ċerti sezzjonijiet fil-Gvern fejn l-arroganza qiegħda tikber u jaf ukoll li din qed tibda ddejjaq lil parti mill- elettorat tiegħu. Elettoralment, tliet snin huma riskju kbir. Muscat jaf ikabbar il-popolarità imma jaf minflok tikber dik li hu stess wissa kontriha. Jekk irid garanzija li se jibqa' dejjem minn fuq u se jibqa' l-aktar PM li għamel rebħiet kbar, issa huwa l-mument li jinżel. Apparti minn sitwazzjonijiet li jistgħu jqumu u li huma ta' portata nazzjonali, dejjem hemm kwistjonijiet li jistgħu jisplodu f 'wiċċu. Primarjament dawn huma l-Panama u l-bejgħ ta' konċessjoni ta' tliet sptarijiet lill-Vitals Global Healthcare u anke l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-każ tal-Panama għad hemm inkjesti għaddejjin fil-Qorti fir-rigward tar-rabta ma' żewġ kumpaniji li nfteħu fil-Panama u r-rabta tagħhom ma' 17 Black u għad irid ikun ippubblikat ir-rapport dwar Egrant. Fil-każ tal-VGH hemm ħafna interessi li ma tafx jekk xi darba se jgħidu l-istorja kollha dwar dan il- ftehim. Il-qtil ta' Caruana Galizia huwa l-aktar fattur serju u gravi. Filwaqt li jista' jkun hemm indikazzjonijiet li l-qtil ta' din il-ġurnalista seta' kien minn bnadi ta' negozju u kuntrabandu, xejn mhu garantit. Dan apparti li lanqas m'hemm garanzija li l-moħħ wara dan il-qtil mhux b'xi mod, anke jekk remotament, marbut ma' xi ħadd fil-Gvern. Naturalment, f 'ġieħ is- sewwa, wieħed jittama li dan mhux il-każ, imma lil hinn mit-tama u l-ispekulazzjoni ħadd m'għandu garanzija ta' xejn, lanqas il-Prim Ministru. Jidher illi s'issa Muscat mhux qed jissemma fil-lista ta' persuni li se jingħataw kariga mill-Partit Soċjalista u Demokratiċi. Anke jekk ma tantx għandek grazzja ma' Muscat kariga ewlenija fil-Parlament Ewropew jew il- Bank Dinji hija prestiġġjuża. Jekk jirnexxilu, ikun qed jagħlaq dan il-kapiltu politiku tiegħu u tal-Partit Laburista, bil-kbir. Miriam Dalli L-MEP Miriam Dalli, tinsab fuq quddiem bl-akbar vantaġġ wara l-elezzjoni tal-MEPs. Miriam Dalli kisbet 63,400 vot biex saret l-aktar kandidata tal-Partit Laburista għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew li qatt kisbet voti. Saħansitra Dalli qabżet lil Joseph Muscat li kien kiseb 37,000 vot fl-2004 u l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant li fl-2014 kien kiseb 48,739 vot. Dan is-suċċess elettorali poġġa lil Dalli fuq quddiem waħda sew hekk kif issa ppruvat il-popolarità tagħha mal-Laburisti u l-votanti tal-PL. Waħdu biss dan ir-riżultat diġà pprepara lil Dalli b'biżżejjed munizzjon biex f 'każ ta' kontestazzjoni għal Mexxej ġdid Labrurista, tkun fuq quddiem. Imma aktar minn hekk Dalli tat prestazzjoni tajba ħafna fuq Xarabank ma' Roberta Metsola waqt il-kampanja elettorali. Dalli dehret preparata, inċiżiva u f 'kontroll sħiħ tad- dibatittu, waqt li Metsola ma kinitx fl-aqwa tagħha u ma kinitx ippreparata biex twieġeb dwar vot fuq emenda li tittratta t-tassazzjoni. Għal darb'oħra dan għen mhux ftit lil Dalli. Finalment Dalli hija imbuttata miż-żmien li qed ngħixu fih. Jekk eletta tkun l-ewwel Prim Ministru mara, xi ħaġa illi permezz tagħha l-Partit Laburista jerġa' jikteb l-istorja politika ta' pajjiżna filwaqt li jissolidifika t-tikketta ta' partit femminista li waħħal miegħu Muscat. Sa ċerta punt Dalli hija meqjusa bħala kontinwazzjoni tal-istess klassi ta' politiċi Laburisti 'ta' Muscat.' Chris Fearne Chris Fearne wkoll qiegħed f 'pożizjoni tajba għal żewġ raġunijiet. Huwa diġà għadda minn test fost id-delegati u kien elett Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Imma wkoll għax Fearne huwa b'saħħtu fost l-għeruq tal-partit f 'wieħed mill-aktar distretti b'saħħithom għall-PL; ir-raba' distrett. Fearne huwa vantaġġjat ukoll mill-Ministeru li jmexxi; wieħed kbir, kruċjali u li jolqot b'mod dirett lil ħafna nies. Dan ifisser illi bosta jistgħu jaraw ħidmet Fearne, li kollox ma' kollox hija aktar pożittiva, imma wkoll li hu jista' juża s-saħħa tal-Ministeru favurih. Fearne kien żvantaġġjat fl-aħħar ġimgħat, primarjament mid-dehriet tiegħu. Id-diskors tiegħu fil-mass meeting tal-1 ta' Mejju kien repettittiv u xi kultant instema' isteriku. Ma rnexxilux iqajjem dak l-entużjażmu u kollox ma' kollox kien diskors fqir, fil-kontenut u l-mod kif wasslu. Dan m'għenu xejn. Id- diskors li għamel il-Birgu fl-aħħar attività tal-Partit Laburista kien ftit aħjar imma xorta mhux biżżejjed biex jagħmel tajjeb għan- nuqqas fl-ewwel. Fearne għandu immaġini inqas tajba minn Dalli u jekk ikun elett ikun kontinwità ta' mexxejja politiċi rġiel. Għalkemm favorit, f 'Dalli, Fearne jaf isib għadma iebsa. Ian Borg Persuna oħra li qed tissemma u jidher illi dejjem aktar qed tikseb appoġġ fi ħdan il-partit huwa Ian Borg. Dan il-Ministru mmexxi wieħed mill-akbar Ministeri tal-Gvern u huwa l-aktar wieħed li qed iħalli frott f 'termini ta' proġetti popolari li jarawhom in-nies. Il-proġetti tat-toroq, kemm residenzjali kif ukoll arterjali huma l-akbar proġetti ta' dan il-Gvern u allura Borg jista' jieħu ħafna mill-krettu. Borg huwa relattivament żagħżugħ u f 'din l-elezzjoni kif ukoll fl-2017 il-votanti Laburisti wrew diżpożizzjoni ikbar biex jivvutaw lil żgħażagħ. Biżżejjed naraw kif fl-elezzjonijiet lokali l-PL biddel diversi sindki għal uħud iżgħar fl-età, kienu eletti viċi-sindki żgħażagħ kif ukoll kunsilliera żgħażagħ li qatt ma kienu kkontestaw jew ġew eletti. Dan jindika allura li Borg jista' jkun pjuttost attraenti għall-votant Laburist. Finalment Borg tela' l-iskaluni tal-partit, minn sindku ta' età żgħira f 'Ħad-Dingli għal Segretarju Parlamentari responsabbli għall- Fondi Ewropej u għal Presidenza Maltija tal- UE għal super-Ministru b'responsabbilitajiet wiesgħa. Konrad Mizzi U finalment hemm Konrad Mizzi. Għalkemm il-Ministru għat-Turiżmu qatt ma kien qed jissemma għall-kariga, jidher li Mizzi għandu dawn l-ambizzjonijiet ukoll. Il-preżenza tiegħu f 'nofs il-folla ta' aġenti kull darba u kien qed jintrebaħ raħal/belt mill- PL, iċapap u jintrefa', tista' tindika illi Mizzi għandu interessi oltrè minn Ministru. Mizzi jidher li m'għandux biżżejjed appoġġ fi ħdan il-Partit Laburista, speċjalment minħabba l-kwistjoni tal-Panama. Imma wieħed ma jistax jinjora l-fatt li Mizzi huwa reżiljenti ħafna; għex wara l-skandlu tal- Panama u l-pressjoni kollha minn barra u anke minn ġol-PL biex jirreżenja u minkejja kollox kiseb ftit inqas minn 5,000 vot fir-raba' distrett. Jekk jirnexxilu jasal sat-tiġrija, dejjem jekk ikun hemm din it-tiġrija, Mizzi jaf jagħti xi sorpriża jew tnejn. U min jinsab f 'vantaġġ biex jieħu post Muscat jekk jitlaq? 'Malta Tagħna Lkoll' kienet l-ewwel għajta rebbieħa ta' Muscat fl-2013

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019