Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Aħbarijiet Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum Soup Kitchen għall-persuni foqra mhux biss Beltin Zammit qal ukoll li Kunsill Lokali mmexxi minnu se jkun qed jaħdem id f 'id mal-Patrijiet Franġiskani Minuri (Ta' Ġieżu) biex jitwettaq il-proġett ta' Soup Kitchen, fejn persuni Beltin u oħrajn li ma jkunux jifilħu jixtru l-ikel, ikollhom platt sħun kuljum. "Għal dan il-proġett biss se nkunu qed ninvestu €303,000," qal is-Sindku l-ġdid. Il-Kunsill se jkompli jaħdem ukoll fuq proġett ta' pavimentar u anke biex jitranġaw il-bankini madwar il-Belt Valletta. Ġaladarba tkellimna fuq il-pavimentar u żoni pedonali, ma stajniex ma nitkellmux ma' Alfred Zammit dwar il-problema tal-parkeġġ fil-Belt Valletta. X'se jagħmel kunsill lokali mmexxi minnu? Proġett pilota ta' sensors għall- parkeġġi Is-Sindku qal li prijorità oħra għall- Kunsill Lokali mmexxi minnu se tkun l-installazzjoni ta' parking sensors madwar il-Belt Valletta, bl-għan li residenti Beltin u oħrajn li jżuru l-Kapitali, permezz ta' App fuq il- mowbajl, ikunu jistgħu jiċċekkjaw fejn hemm parkeġġ liberu. Fakkar li dwar dan il-proġett kien diġà nħareġ tender li spiċċa l-Qorti, iżda insista li Kunsill Lokali mmexxi minnu se jkun qed joħroġ tender ġdid biex isir dan il-proġett pilota li se jkun iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Iżda jibqa' l-fatt li dan il-proġett mhux se jżid il-parkeġġ fil-Belt Valletta. "Il-Belt hija dik li hi. Ma nistgħux inwessgħu u mmorru fil-baħar. In-nies trid tifhimha," qal Zammit. Madanakollu qal ukoll li għandu riservi fuq l-ammont ta' parkeġġi riservati għall-Gvern. "Naħseb li hemm numru esaġerat. Sinċerament nistgħu nikkontrollawhom aktar," qal Zammit. Kompla jitkellem magħna dwar il-proġett tas-sensors għall-parkeġġ u saħaq li dan se jnaqqas ukoll l-għadd ta' sewwieqa jduru u jagħqdu mal-Belt biex isibu parkeġġ u allura se jnaqqas ukoll l-emmissjonijiet. 'Il-Belt hawn ħafna emmissjonijiet. Din tinkwetani ħafna. Tfisser ħsara għas- saħħa tar-residenti. It-toroq tal-Belt huma dojoq. Karozzi u trakkijiet iduru fihom. Anke l-problema tat-trakkijiet u l-vannijiet li jidħlu l-Belt irridu nindirizzaw," saħaq is-Sindku. Qal ukoll li l-Kunsill se jkun qed jgħin lis-Sur Maurizio Lapira biex fil-Belt ikun hemm ukoll ċentru għaż-żgħażagħ fejn tingħata assistenza soċjali u anke għajnuna lit-tfal biex jagħmlu x-xogħol tal-iskola. U l-gwardjani lokali għandhom jiġu f 'idejn il-Kunsill? Mistoqsi jekk il-gwardjani lokali għandhomx jiġu lura f 'idejn il-Kunsill, biex il-multi li jingħataw lil dawk li jabbużaw mill-parkeġġ tar-residenti jmur għand il-Kunsill, Zammit wieġeb li hu ma jaqbilx li jsir qligħ miċ-ċitazzjonijiet iżda jemmen aktar fl-edukazzjoni. "Trid tinforza l-liġi, imma l-ewwel irridu nedukaw … irridu ngħarrfu aktar lin-nies fejn u kif jistgħu jipparkjaw il-Belt. Ma hawnx biżżejjed tabelli," qal Zammit. Semma wkoll l-aspett kulturali u kien hawn li wera x-xewqa li jaħdem mal- għaqdiet kollha tal-Belt, inkluż mal- għaqdiet tal-festi. Tkellem b'mod partikolari dwar il-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt Valletta, okkażjoni li hija għal qalbu. Ħabbar li se jkun qed jiltaqa' mal- Presidenti taż-żewġ baned Beltin bl-għan li f 'Ħamis ix-Xirka, waqt li għaddejjin il-visti u b'rispett lejn l-aspett reliġjuż, itellgħu flimkien kunċert ta' mużika sagra. 'Hemm bżonn aktar fondi speċjali għall-Belt Valletta' Semmejna ħafna proġetti li Zammit jixtieq li l-Kunsill iwettaq, iżda hemm biżżejjed fondi? Is-Sindku l-ġdid ma tantx dar mal- lewża. Saħaq li l-Prim Ministru, waqt l-attività politika ta' bħal-lum ġimgħa tefa' ħafna piż fuq spallejn il-Kunsill Lokali tal-Belt. Iżda biex jitwettaq dak kollu li hemm ippjanat, Zammit insista li l-Kunsill Lokali Belti jeħtieġ li jingħata aktar fondi speċjali. 'Mhux se naċċetta li l-Kunsill Lokali ma jkunx ikkonsultat' Tkellimna wkoll dwar il-kritika li kienet issir mill-Kunsill Lokali Belti mmexxi minn Amministrazzjoni Nazzjonalista li fil-Belt isiru ħafna affarijiet mingħajr konsultazzjoni, partikolarmant mill-Fondazzjoni Valletta 2018 li llum saret l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Hawnhekk, Alfred Zammit kien skjett ukoll. "Mhux se nkun qed naċċetta, f 'isem ir-residenti, li l-Kunsill Lokali tal-Belt ma jkunx ikkonsultat mhux biss mill- Aġenzija iżda minn kull entità tal-Gvern. Dan mhuwiex Kunsill Lokali. Dan huwa Gvern Lokali," insista s-Sindku. Waqt li kompla jitkellem b'mod aktar dirett dwar l-Aġenzija Kulturali għall- Belt Valletta, Alfred Zammit fakkar li anke l-Prim Ministru stess appella biex l-istess Aġenzija taħdem mal-Kunsill Lokali u mhux il-Kunsill Lokali jaħdem mal-Aġenzija tal-Kultura. "Irridu ngħollu l-livell tas-Sindakat. Mhux biex nitkessaħ jiena. Is-seba' kunsilliera kollha kemm aħna ġejna eletti mill-poplu, mela aħna rridu niġu kkonsultati," insista s-Sindku. "Jiena u sħabi mhux se naċċettaw li ma nkunux ikkonsultati. It-tmexxija tal-Belt hija f 'idejn il-Gvern Lokali." 'L-uffiċċju tiegħi se jkun Triq ir- Repubblika' Fl-aħħar nett, ma stajniex ma nistaqsux lis-Sindku l-ġdid dwar il-possibbilità li s-Sindki jkunu full-time. Alfred Zammit ikun lest li jħalli kollox warajh, inkluż il-midja, biex ikun Sindku biss u daqshekk? "Fuq dan l-argument tlift ħafna voti għax min ried jagħmilli l-ħsara użah għall-vantaġġ tiegħu," saħaq Zammit. Insista li hu jemmen ħafna fix-xogħol ta' tim. Spjega kif għandu tim ta' nies li jaħdem fuq Kalamita, għandu tim ta' nies jaħdmu u jmexxu r-ristoranti tiegħu u jrid li jkollu tim b'saħħtu wkoll fil-Kunsill Lokali. "Ma nixtieqx inħalli l-midja għax dik hija parti minn ħajti. Anzi bil-midja nemmen li nistgħu ngħinu lill-Beltin. Qed naħseb dwar rokna li jkun jisimha: ċempel lis-sindku," qal Zammit. Fakkar li hu għandu vantaġġ kbir li jgħix il-Belt u għalkemm imur Kalamita kuljum, jidħol il-Belt kuljum. "In-nies se jsibuni hemm. Mhux l-uffiċċju l-kbir l-importanti… Jiena l-uffiċċju tiegħi se jkun Triq ir- Repubblika u Triq il-Merkanti," temm jisħaq is-Sindku. Lokali tal-Belt ma jkunx ikkonsultat' Mhux l-uffiċċju l-kbir l-importanti… Jiena l-uffiċċju tiegħi se jkun Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019