Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410
14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 ILĠURNATA tal-bieraħ bdiet ferm kerha għal anzjana mill-Mellieħa hekk kif inqabdet fl-appartament li fih tgħix li waqa' kmieni filgħodu, għall-ħabta tas-6:00 a.m. Il-binja ta' erba' sulari tinsab fejn ix-Shoppers Supermarket fit-triq prinċipali tal-Mellieħa li tieħdok fil-qalba ta' dan ir-raħal. Il-binja ilha mibnija 20 sena biss u kien fiha żewġ appartamenti. Il-Pulizija u l-uffiċjali tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanzi kienui fuq il-post. Wara li evakwaw lill-mara, il- ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili bdew jagħmlu aktar tfittxijiet fil-ħerba biex ikunu salvati xi klieb u biex jaċċertaw illi ma kienx hemm aktar nies maqbudin taħt it-terrapien. Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei. Maġenb il-binja li waqgħet għaddej xogħol ta' kostruzzjoni. Dan huwa t-tieni inċident simili fl-aħħar xhur hekk kif blokka ta' appartamenti waqgħet riċentement fi Gwardamangia. Hemmhekk ukoll il-binja li waqgħet kienet maġenb sit ta' kostruzzjoni. Fortunatament in- nies irnexxilhom jaħarbu hekk kif ma kinux fil-parti tal-blokka li waqgħet. Dak tal-lum fil-fatt huwa t-tieni li waqa' fl-aħħar tliet xhur. Dan l-inċident qajjem rabja liema bħalha fuq il-midja soċjali b'bosta jwaħħlu fl- industrija tal-kostruzzjoni u n-nuqqas ta' infurzar. 'Ir-responsabbilitajiet huma ċari' – Joseph Muscat Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hemm responsabbilitajiet ċari f 'każi bħalma seħħ ilbieraħ filgħodu fil-Mellieħa. Il-Prim Ministru kien qed jikkummenta fuq ONE Radio waqt intervista rrekordjata li se tixxandar għada. Spjega li dan l-inċident irid jittieħed f 'kuntest ta' inċident ieħor li jidher simili, ta' boom fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-fatt li n-nies jistaqsu kif f 'każijiet bħal dawn il-kwistjonijiet tas-sigurtà u l-ħajja umana se jkunu protetti. Mingħajr ma daħal fil-mertu tal-każ innifsu, biex ma jippreġudikax l-investigazzjonijiet, il-Prim Ministru kien ċar. "Ir-responsabbilitajiet huma ċari f 'każijiet simili. Għandek professjonisti li jiffirmaw il-karti, għandhom warrant għal dawn l-affarijiet u hemm kuntrattur li jrid jimxi mal-istruzzjonijiet li jagħti l-perit. Fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbilitajiet hemm huma ċari u ma jistgħux jiġu maħruba minn imkien u bl- ebda argumentazzjoni oħra," qal il-Prim Ministru li fakkar kif il-Gvern mhux jistenna każi bħal dawn biex jaġixxi. "Diġà ħabbarna li se ngħaqqdu l-entitajiet regolatorji kollha f 'awtorità waħda li tidħol biex tgħasses iktar mill-qrib xogħlijiet simili li jkun qed isiru. Sal- lum il-ġurnata għandna awtorità tal-ippjanar li tista' tapplika għandha imma mhix responsabbli għal ċerti affarijiet oħra. Hemm numru ta' entitajiet bħall-BRO, bħal numru ta' bordijiet oħra li se nikkonsolidawhom flimkien. Tlabt li jitħaffu l-miżuri li jittieħdu interim biex ikun hemm iktar point of call wieħed ta' responsabbilità ċara li għandu x'jaqsam ma' infurzar u regolamentazzjoni." Qal li l-Gvern f 'dan il-qasam ma jidħolx f 'kull proġett individwali, għaliex għalhekk hemm professjonisti bil- warrant. Spjega kif il-Gvern jidħol biex ikun hemm infurzar u żied li jemmen illi fadal ħafna xi jsir. Spjega li l-Gvern jidħol ukoll dwar investigazzjoni biex meta jiġri xi ħaġa bħal din ikun hemm punt fokali. Kien hawn li ħabbar li l-ġimgħa d-dieħla se jkun qed isejjaħ għall-entitajiet u organizazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-settur tal- kostruzzjoni bl-għan li jkunu identifikati miżuri li għandhom ikomplu jittieħdu. "Irridu niġbdu ħabel wieħed, nirrikonoxxu r-responsabbiltajiet ta' kull sezzjoni, ta' kull persuna, ta' kull organizazzjoni, inkluż il-Gvern f 'dan il-qasam li għandna responsabbilità ċara li ninvestigaw każijiet bħal dan," iddikjara l-Prim Ministru. Mara tinqabad taħt it-terrapien hekk kif jaqa' l-appartament tagħha