Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum Sports RIĊENTAMENT, ir-Royal Malta Yacht Club, ospitat l-RMYC Dinghy Ranking Regatta, waħda mill-avvenimenti ta' klassifikazzjoni li jaqgħu taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar. 58 atleta ħadu sehem f 'diversi kategoriji li kienu jinkludu il- flotta tal-Optimist, Laser, RS Feva u Topper. Matul is-Sibt u l-Ħadd kien hemm sitt tlielaq, immexxija mir-Race Officer Peter Dimech. It-tlielaq seħħew barra l-Port ta' Marsamxett u l-flotta rat lill-klabbs tal-ibburdjar lokali kollha jieħdu sehem fosthom - Birzebbugia Sailing Club, Malta Young Sailors Club, Royal Malta Yacht Club u Vikings Sailing Club. Il-kundizzjonijiet tat-temp ma kinux faċli, u offrew sfida tajba matul il-jumejn ta' kompetizzjoni. Nhar is-Sibt, ir-riħ laħaq forza ta' madwar 20 mil nawtiku, iżda wara l-ewwel tellieqa, naqas għal madwar għaxar mili nawtiċi. Il-Ħadd ra r-riħ b'medja ta' 15-il mil-nawtiku għat- tlielaq kollha - kundizzjonijiet li offrew azzjoni tajba matul il-ġurnata. Ir-Royal Malta Yacht Club Sailing School hija partikolarment kuntenta bir-riżultati miksuba fil-flotta tal-Optimist Novice, kategorija li għadha kemm twaqqfet fl- iskola tal-Club u li rat it-taħriġ u l-kompetizzjonijiet jingħataw bidu din is-sena. F'din il-Klassi, Adele Ramm Ericsson ħadet it-tielet post segwita minn Noelle Delin. Casper Ramm Ericsson, membru tal-RMYC, kien l-iżgħar parteċipant tar-regatta. "Ir-Royal Malta Yacht Club huwa grat għall-appoġġ muri minn klabbs lokali b'mod partikolari l-coaches u l-atleti li ħadu sehem, kif ukoll l-uffiċjali u l-voluntiera kollha li pprovdew appoġġ loġistiku u għajnuna fid-dmirijiet tal-ġestjoni tat-tellieqa" - Godwin Zammit, Commodore - Royal Malta Yacht Club Riżultati Optimist – Senior 1st Antonio Gasperini (MYSC) 2nd Nico Drescher (MYSC) 3rd Shaun Aquilina (BSC) Optimist – Cadet 1st Eric Fenech Pace (MYSC) 2nd Timmy Vassallo (MYSC) 3rd Jonas Micallef (MYSC) Optimist – Novice 1st Matthew Cachia Debono (MYSC) 2nd Nicolo Tomasini (MYSC) 3rd Adele Ramm-Ericsson (RMYC) Laser 4.7 1st Michaela Mifsud (BSC) 2nd Matthew Flores (BSC) 3rd Danjel Bajada (MYSC) Laser Radial 1st Matthew Micallef (MYSC) 2nd Andrew Mifsud (BSC) 3rd Jaminska Deguara (VSC) Laser Standard 1st Christian Durant (RMYC) 2nd Matthew Camilleri (RMYC) 3rd Mark Hilhorst (RMYC) RS Feva 1st Vanya Ramm-Ericsson / Maia Delin (RMYC) 2nd Molly Butler / Maxi Butler (RMYC) 3rd Dimitrios Vertsonis / Rodrigo Casto (RMYC) Topper 1st Angele Vella (VSC) 2nd Luca Sartori (VSC) 3rd Kyran Busuttil Turner (VSC) Azzjoni mimlija fir-Royal Malta Yacht Club Dinghy Ranking Regatta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019