Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 illum | Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 Opinjoni B i tmexxija għaqlija u tim iddedikat, l-entità Heritage Malta qed ikollha suċċess wara ieħor. Mhux biss qed tikser ir-rekords tagħha stess, imma qed tkompli żżid mal-kullana ta' suċċessi f 'dak li huwa ħarsien u protezzjoni tal-wirt kultrali storiku tagħna. Din il-ġimgħa fil-Parlament kien hemm id-diskussjoni dwar l-istimi tal-Baġit tal-2019 ta' Heritage Malta u tas- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Din id-diskussjoni saret fl-isfond tar-rapport tal- Heritage Malta għas-sena 2018. Inħossni kburi li din l-entità li taqa' taħt il-ministeru tiegħi għandha rapport li jiżboq ir-rekords tas-sena ta' qabel u għalhekk iħabbar rekords ġodda f 'diversi oqsma. Tajjeb li nsemmi li fis-sena 2018 l-entità rreġistrat surplus ta' madwar €460,000, meta mqabbel ma' dak tas-sena 2017 li kien ta' madwar €362,000. Magħdud ma' dan, l-entità rreġistrat 1.6 miljun viżitatur bi ħlas meta mqabbel mal-1.2 miljun irreġistrati fl-2017. Huma ċifri li ta' min jiftaħar bihom. Huma ċifri riżultat tal-ħidma kollettiva li qed issir b'sinerġija bejn il-Ministeru u din l-entità. Huma ċifri li juru surplus għas-sitt sena konsekuttiva. Imma t-titjib li kien hemm fil-Heritage Malta ma kinux biss dawn iċ-ċifri. It-titjib kien ukoll rifless fil-ħidma li saret. Irridu nibdew billi nsemmu x-xogħol kbir li kienet involuta din l-entità matul is-sena li għaddiet, meta l-Belt Kapitali tagħna kellha t-titlu prestiġġjuż tal-Belt Kapitli Ewropea. Dan mhux biss offra sfidi lil Heritage Malta minħabba l-involviment tagħha f 'inizjattivi għal din is-sena kulturali, imma kienet ukoll parti mill-katina kulturali li pemezz tagħha rajna żieda pożittiva ta' turisti li żaru mużewijiet u wkoll siti li jinsabu taħt il-kappa ta' Heritage Malta. Ta' min isemmi lista ċkejkna ta' dak li wettqet din l-entità u fuq quddiem hemm l-inawgurazzjoni tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti – il-MUŻA. Proġett kofinanzjat minn Fondi tal-Unjoni Ewropea, li qed jinżel tajjeb ferm mhux biss mal-Maltin u mat-turist, imma wkoll maż-żgħar tagħna. U dan riżultat tal-ħidma li perezz tagħha an il-mużew jattira lill-udjenza ċkejkna permezz tal-lingwa tagħhom – it- teknoloġija moderna. Heritage Malta ħadet sehem f 'esebizzjonijiet ta' kwalità barra minn xtutna, imma wkoll kienet hi l-katalista ta' esebizzjonijiet li ttellgħu f 'pajjiżna. Kellha żieda ta' siti li waqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha u wkoll nediet skemi ġodda li jressqu l-kultura lejn iċ-ċittadin u wkoll jiżguraw li l-kultua tkun aċċessibbli għal kulħadd. Fis-sena li qed insemmu, l-entità organizzat l-akbar numru ta' attivitajiet kulturali, kellha aktar żjarat fuq is-sit tagħha fuq il- media soċjali u wkoll ferxet sessjonijiet kulturali li gawdew minnhom studenti tal-iskola, apparti li kellha wkoll 15-il pubblikazzjoni ta' kwalità. Fost dawn insemmi l-Passaport Kulturali li permezz tiegħu l-istudenti jidħlu b'xejn fis-siti ta' Heritage Malta u magħhom idaħħlu żewġ adulti. Tajjeb li nsemmi wkoll li bħalissa din l-entità għandha diversi proġetti li qed taħdem fuqhom. Ħu l-Mużew Marittimu – ġahwra ta' mużew li jinsab il-Birgu. Bħalissa qed isir xogħol vast f 'dan is-sit, fosthom ir-restawr tal-faċċata, imma se nkomplu nagħmlu din l-esperjenza tal-mużew aktar eċitanti b'investiment ta' żewġ miljun ewro – fondi Ewropej – li permezz tagħhom se naraw ir-riġenerazzjoni tal-mużew u wkoll se nidħlu fid-diġitalizzazzjoni. Hemm Borġ in-Nadur li wara tindif mistħoqq, issa huwa aċċessibbli għall-pubbliku; hemm il-Park ta' Għar Dalam li jinkludi wkoll il-Villa Rumana f 'Ta' Kaċċatura – il-pjan tal- immaniġġjar lest u jisab ukoll approvat. Il-proġett ta' Tas-Silġ li fis-sit se naraw ċentru ġdid għall-viżitaturi u l-intenzjoni li dan jinfetaħ ukoll għal min irid iżuru u wkoll il-proġett ta' restawr tal-Kappella ta' San Pawl Milqi li mistenni jitlesta aktar tard din is-sena. Heritage Malta taħdem fil-qrib ukoll ma' NGOs. L-aħħar ftehim li sar kien dak mal-'Ħbieb ta' Villa Frere' li permezz tiegħu l-entità qed tara li jsir xogħol t'emerġenza fil-ġonna u wkoll se tieħu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom. Xogħol ieħor marbut ma' fondi mill-Unjoni Ewropea huwa dak li qed isir bħalissa fil-Palazz tal-Gran Mastri fil-Belt bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat tar-Restawr, li se jwassal għal restawr, rilokazzjoni tal-Armerija u fuq kollox se jkun hemm esperjenza mtejba għall- viżitatur. Matul is-sena li qed jitkellmu dwarha, Heritage Malta ħadet fi ħdanha wkoll il-Main Guard, Fortress Builders u wkoll iċ- Ċisterni ta' taħt il-Belt Kapitali – siti importanti li ninsab ċert li se jinbidlu wkoll f 'esperjenza unika għalina u għall-viżitaturi barranin. Din is-sena hija waħda li se tipprometti tajjeb ukoll. Biss biss tvara l-Passaport għall- Adulti, tnediet it-taqsima li se tieħu ħsieb il-wirt storiku ta' taħt wiċċ il-baħar, twaqqaf il-Valletta Management Unit li se jieħu ħsieb il-Belt Kapitali tagħna u fuq kollox jiżgura li l-Belt Valletta tibqa' fuq il-lista tal-UNESCO bħala Belt ta' Wirt Dinji. Xogħol impekkabbli li se jkompli jiżgura l-ħarsen tal- Partimonju Malti u li dan jibqa' hemm għall-posterità. * * * Id-diskussjoni fil-Parlament kienet ukoll dwar is- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, entità li għaddejja minn tiġdid sħiħ. Fil-fatt lejn tmiem l-2017, is-Sovrintendenza bdiet taħseb għal riorganizzazzjoni biex issaħħaħ il-kisbiet ta' qabel u nediet fażi oħra biex tilqa' l-isfidi preżenti u futuri. Ir- riorganizazzjoni rat il-ħatra ta' Joseph Magro Conti bħala Sovrintendent ġdid filwaqt li dak preċedenti, Anthony Pace, ingħata inkarigu ġdid bħala kordinatur għal-Lista Tentattiva tal-UNESCO għal Siti ta' Wirt Dinji. Is-Sovrintendenza ssaħħet bi 13-il professjonist ikkwalifikat f 'oqsma differenti tal- patrimonju, u tlieta oħra fl-amministrazzjoni. Ħames uffiċjali oħra speċjalizzati fil- patrimonju mill-Awtrorità tal- Ippjanar għas-Sovrintendenza ngħaqdu wkoll ma' dan it-tim ġdid. Wara li bdiet tissaħħaħ l-istruttura, bdejna naraw ukoll titjieb sostanzjali fix- xogħol. Tajjeb għalhekk li jingħad li s-sena li għaddiet is-Sovrintendenza rċeviet madwar 10,000 konsultazzjoni dwar applikazzjoni ta' żvilupp li wieġbithom kollha fiż-żmien stipulat mil-liġi. Is-Sovrintendenza naqqset il- każijiet pendenti ta' moniteraġġ arkeoloġiku li kellha minħabba nuqqas ta' uffiċjali u nuqqas ta' arkeologi li jaħdmu fil-privat fuq siti ta' kostruzzjoni. Irrid ngħid li l-pressjoni żdiedet minħabba ż-żieda ta' xogħol infrastrutturali u proġetti kapitali. Ir-riġenerazzjoni miexja, u hemm pjani ta' aktar titjib. Fil-fatt qed isiru iktar sforzi biex in-nuqqas ta' riżorsi umani jiġi indirizzat ħalli l-pubbliku jinqeda aħjar. Imma tajjeb li ngħidu wkoll li permezz ta' dan il-moniteraġġ arkeoloġiku saru diversi sejbiet arkeoloġiċi minuri u oħrajn interessanti li ġew salvati waqt li nstabu soluzzjonijiet diversi bejn is-Sovrintendenza u l-iżviluppaturi biex proġetti ta' żvilupp jitwettqu b'ħarsien tal- arkeoloġija. Fl-entità żdiedet il-ħidma u l-koperazzjoni ma' entitajiet pubblici li huma stakeholders fil-qasam tal-patrimonju, speċjalment mal-Awtorità tal-Ippjanar, Heritage Malta, id-Direttorat tar-Restwar u l-Università ta' Malta, u saru wkoll diversi laqgħat ta' konsultazzjoni ma' entitajiet oħra. L-impenn huwa ferm akbar. Is-Sovrintendenza qed tipparteċipa u tinsab f 'koperazzjoni f 'għadd ta' kumitati u bordijiet dwar oqsma differenti ta' patrimonju, ingħata bidu għal titjib u aġġornament tekniku fl-infrastruttura diġitali u ta' komunikazzjoni tas-sistemi li għandha bżonn is-Sovrintendenza, speċjalment taħriġ u użu ta' apparat modern. Hemm ukoll impenn mal-ħaddiema stess billi dawn qed jingħataw taħriġ intensiv kontinwu biex b'hekk il-ħaddiema jkunu dejjem aġġornati fix-xogħol professjonali tagħhom ta' kuljum. Interessanti wkoll li s-Sovrintendenza bdiet analiżi dwar proċeduri b'obbligi internazzjonali u lokali dwar l-importazzjoni u esportazzjoni ta' oġġetti kultrali, antikwarjat u arkeoloġiċi, u anke dwar il- ħidma kontra t-traffikar illegali ta' patrimonju kulturali. * * * Is-Sovrintendenza tal- Patrimonju Kulturali flimkien ma' Heritage Malta jisabu fuq quddiem biex iħarsu l-wirt storiku tagħna. Biex iħarsuh, jippriservawh u għalhekk ikun protett mhux biss ħalli ngawduh aħna, imma wkoll it-turist kulturali li qed jiżdied, imma aktar importanti – nħalluh bħala legat għal ta' warajna. Owen Bonnici huwa Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Heritage Malta: rekord ta' suċċessi OWEN BONNICI Għar Dalam: Heritage Malta mhux biss qed tikser ir-rekords tagħha stess, imma qed tkompli żżid mal-kullana ta' suċċessi f 'dak li huwa ħarsien u protezzjoni tal-wirt kultrali storiku tagħna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019